Mogħdija tan-navigazzjoni

Titolu

Konsultazzjoni Pubblika: Rieżaminazzjoni tar-Regolament tal-Kooperazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumatur

Grupp Destinatarju

Din il-konsultazzjoni hi miftuħa għall-partijiet interessati u dawk kollha li għandhom interess fl-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur bejn il-fruntieri nazzjonali fi ħdan is-Suq Uniku (eż. mid-dipartimenti tal-politika tal-konsumatur tal-Istat Membru, l-uffiċjali tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti, ir-regolaturi tas-swieq, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, in-negozji u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-infurzar internazzjonali, l-akkademiċi).

Perjodu

Mill-11.10.2013 sal-31.01.201413.02.2014.

Għan

L-UE żviluppat sett solidu ta’ regoli dwar l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi sabiex jiġu pprovduti liċ-ċittadini fis-Suq Uniku kundizzjonijiet ġusti għall-kumpaniji u kundizzjonijiet indaqs għall-konsumatur. In-netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur ġie stabbilit biex jippermetti awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar jaħdmu mill-qrib flimkien sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-regoli u jiġu indirizzati każijiet ta’ ksur transkonfinali.

Ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni f’dan in-netwerk huma stabbiliti fil-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) ir-Regolament (2006/2004/KE). Ir-Regolament tas-CPC jipprovdi mekkaniżmi għal talbiet għall-assistenza reċiproka biex jiġi indirizzat ksur konkret tal-leġiżlazzjoni tal-UE li jinvolvi mill-anqas żewġ pajjiżi tal-UE. Fi ħdan din l-iskema, awtorità nazzjonali tista’ tuża l-poteri amministrattivi tagħha biex tindirizza l-infrazzjonijiet imwettqa minn kumpanija li tinsab fit-territorju tagħha iżda li hi ta’ dannu għall-interess kollettiv ta’ konsumaturi f’pajjiż ieħor tal-UE. Kwistjonijiet u każijiet ta’ ksur indirizzati mis-CPC konnessi ma’ għadd sinifikanti ta’ direttivi u regolamenti tal-UE, u li jistgħu jkopru kwistjonijiet inklużi: prattiki kummerċjali inġusti jew qarrieqa, termini inġusti fil-kuntratti, id-drittijiet tal-konsumaturi għall-informazzjoni, id-drittijiet tal-garanzija u d-drittijiet speċifiċi f’każijiet ta’ bejgħ mill-bogħod jew elettroniku. Kull sena l-awtoritajiet fin-netwerk tas-CPC iwettqu skrining koordinat ta’ websajts elettroniċi (“sweep”) f’settur partikulari biex jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-liġijiet tal-konsumatur tal-UE u s-segwitu dwar ksur possibbli.

Ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ, il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi analizzat mill-ġdid biex jiġi vvalutat jekk laħaqx l-għanijiet tiegħu jew jekk għandux bżonn tisħiħ u kif għandu jiġi mtejjeb. Abbażi tar-rieżaminazzjoni, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar il-funzjonament tar-Regolament tas-CPC u se tippreżenta prospett dwar passi xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’2014.

Bħala parti mill-proċess ta’ rieżaminazzjoni, twettqet valutazzjoni indipendenti fl-2012. Hi kkonkludiet b’mod pożittiv dwar l-infurzar ġenerali fuq il-valur miżjud li ġab il-qafas tas-CPC u dwar il-benefiċċji għall-konsumaturi, in-negozji u l-awtoritajiet. Hi rrikkmandat għadd ta’ kjarifiki u titjib fl-oqsma ta’ setgħat disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali u ta’ frammentazzjoni proċedurali nazzjonali. Hi talbet ukoll li jkun hemm koordinazzjoni msaħħa, sistemi ta’ twissija aħjar u qsim ta’ intelliġenza u rwol imsaħħaħ tal-Kummissjoni. Is-Samit Ewropew dwar il-Konsumatur, li sar f’Marzu 2013, b’480 rappreżentant ta’ diversi gruppi tal-partijiet interessati kkonferma l-ħtieġa li jitkattru l-isforzi ta’ infurzar u biex jitqies mill-ġdid il-mekkaniżmu tas-CPC sabiex tiżdiedlu l-effiċjenza.

Din il-konsultazzjoni pubblika hi wkoll element ewlieni tal-proċess ta’ rieżaminazzjoni, maħsub biex jinġabru l-fehmiet tal-partijiet interessati dwar l-aħjar għażliet biex jitjiebu t-tħaddim u l-effettività tar-Regolament tas-CPC għall-infurzar tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi fl-UE.

Kif tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek

Biex taċċessa l-kwestjonarju onlajnikklikkja hawnhekk

Il-Kwestjonarju jinkludi l-komponenti li ġejjin:

  • L-Identifikazzjoni ta' min iwieġeb
  • Sfidi ewlenin u l-possibilitajiet għal titjib fl-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur
  • Titjib fil-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ ksur
  • Tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu d-dmirijiet tas-CPC
  • Indirizzar ta’ ksur mifrux fis-Suq Uniku

Dawk li wieġbu huma mitlubin jissustanzjaw it-tweġibiet tagħhom fl-oqsma tat-tweġibiet tal-kwestjonarju, jagħtu eżempji konkreti u, fejn possibbli, dejta ta’ appoġġ rilevanti li tinsab disponibbli għalihom.

Jekk jogħġbok innota: jekk tħalli miftuħa l-formola mingħajr ma tmissha għal aktar minn 90 minuta, is-sessjoni tiegħek jgħaddilha l-ħin u tweġibietek jintilfu. Tista’ għalhekk tkun tixtieq tipprepara l-kontribuzzjonijiet tiegħek l-ewwel offlajn bl-użu tal-formola PDFta’ din il-konsultazzjoni.

Ara l-kwestjonarjupdf(86 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Malti (mt) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) offlajn (pdf)

Jekk qed twieġeb din il-konsultazzjoni f’isem organizzazzjoni li tirrappreżenta l-interess tal-membri tagħha, l-ewwel għandek tirreġistra fir-Reġistru tat-Trasparenza Konġunt u taċċetta l-kodiċi ta’ kondotta tiegħu.

Riżultati aggregati tal-konsultazzjoni se jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li wieħed jaqra d-dikjarazzjoni speċifika dwar il-privatezza Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal tagħrif dwar kif id-dejta personali tiegħek u l-kontribuzzjonijiet tiegħek se jiġu ttrattati.

Dettalji ta’ kuntatt

email: sanco-b5@ec.europa.eu

Indirizz postali:
European Commission
Directorate general Health and Consumers
Unit B5 Enforcement and European Consumer Centres
B-1049 Brussels
Belgium

Dokumenti ta’ referenza

Roadmap għar-reviżjoni tar-Regolament tas-CPC:pdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 
Informazzjoni dwar ir-Regolament tas-CPC, rapporti kull sentejn dwar l-applikazzjoni tar-regolament, valutazzjoni esterna:xml Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 
Samit dwar il-Konsumaturi fuq l-infurzar, Marzu 2013 - dokument ta’ diskussjoni:pdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel