Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Akkwisti

Id-differenza bejn kuntratt pubbliku u konċessjoni

L-akkwist ikopri l-kuntratti pubbliċi li l-Kummissjoni tikkonkludi ma’ operaturi ekonomiċi sabiex tikseb servizz jew prodott bi ħlas. L-operaturi jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

F’każ ta’ konċessjoni, il-Kummissjoni tappoġġja finanzjarjament azzjoni ta’ organizzazzjoni esterna permezz ta’ sussidju minħabba li l-attivitajiet ta’ dik l-organizzazzjoni jkunu jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika ta’ l-UE. Il-benefiċjarji ta’ konċessjonijiet jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għall-proposti.

Opportunitajiet ta’ akkwist fil-qasam ta’ l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji


Firxa ta’ studji u evalwazzjonijiet jitwettqu minn kuntratturi esterni għall-ECFIN. Numru ta’ kuntratti għandhom ukoll ikunu konklużi sabiex tiġi assigurata l-provvista ta’ statistiċi għall-bażijiet ta’ data tad-DĠ ECFIN.

Bl-għan li tikseb dawn is-servizzi, l-ECFIN tagħżel kuntratturi esterni permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test