Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Konċessjonijiet

Id-differenza bejn konċessjoni u kuntratt pubbliku

Il-Kummissjoni tappoġġja finanzjarjament organizzazzjoni esterna permezz ta’ sussidju jew konċessjoni minħabba li l-attivitajiet ta’ dik l-organizzazzjoni jkunu jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika ta’ l-UE. Il-benefiċjarji ta’ konċessjonijiet jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għall-proposti.

F’każ ta’ akkwist, il-Kummissjoni tikkonkludi kuntratti ma’ operaturi ekonomiċi sabiex tikseb servizz jew prodott bi ħlas. L-operaturi jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

Konċessjonijiet fil-qasam ta’ l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji


L-ECFIN tikkoordina l-istħarriġ armonizzat ta’ l-impriżi u tal-konsumaturi li jitwettqu f’setturi ekonomiċi differenti fl-Istati Membri ta’ l-UE u fil-pajjiżi kandidati.

Għal din l-attività – magħrufa bħala 'il-Programm Konġunt Armonizzat ta' l-Unjoni Ewropea ta' Servejs fl-Impriżi u l-Konsumaturi – l-ECFIN perjodikament tniedi sejħiet għall-proposti sabiex tagħżel imsieħba kollaboraturi taħt il-programm. Wara l-għażla, l-ECFIN tiffirma ftehimiet ta’ konċessjoni b’rata ta’ ko-finanzjament li titla’ sa 50%.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test