Navigation path

Paġna ewlenija
Il-Websajt tal-Kompetizzjoni
Il-Websajt Joaquin Almunia
Direttur Ġenerali
Il-Kap ta' l-Ekonomisti tal-Kompetizzjoni
L-Uffiċjali tas-Smigħ
Ir-Rapport Annwali
Kuntatti

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni

Politika dwar il-Kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali għall-kompetizzjoni, tinforza b’mod dirett ir-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-KE, l-Artikoli 101-109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE), biex is-swieq tal-UE jaħdmu aħjar, billi tiżgura li l-kumpaniji kollha jikkompetu bl-istess mod u b'mod ġust abbażi tal-mertu tagħhom. Dan hu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, in-negozji u b’mod ġenerali l-ekonomija Ewropea.

Fi ħdan il-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali (DĠ) għall-Kompetizzjoni hu primarjament responsabbli għal dawn is-setgħat ta’ infurzar dirett. Aktar..… pdf


Struttura u staff

  • Il-kap ta' DĠ Kompetizzjoni huwa Alexander Italianer.
  • Organigramma en fr pdf
  • Il-Kap ta' l-Ekonomisti tal-Kompetizzjoni jaħdem fid-DĠ Kompetizzjoni, jirrapporta direttament għand id-Direttur Ġenerali biex jipprovdi parir ekonomiku indipendenti fuq każijiet u politika.
  • L-Uffiċjali tas-Smigħ, is-Sur Joos Stragier u s-Sur Wouter Wils huma indipendenti mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni u jirrapportaw direttament lill-Kummissarju tal-Kompetizzjoni. Il-missjoni tagħhom hi li jiżguraw li jseħħ il-proċess dovut, li jiddefendu d-drittijiet proċedurali tal-partijiet, u li jikkontribwixxu għall-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-proċedimenti tal-UE dwar il-Merġers u l-ġlieda kontra l-monopolji (Anti-trust).

Opportunitajiet ta' xogħol

  • Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

    Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-aktar politika importanti u l-inizzjattivi u deċiżjonijiet leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ta' l-UE.


    Il-Pjan Annwali ta' Ġestjoni

    Il-pjan annwali ta' ġestjoni huwa l-programm ta' ħidma għad-Direttorat Ġenerali. Għandu żewġ għanijiet: jittraduċi l-inizjattivi ta' prijorità u l-għanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni f'attivitajiet konkreti. Jipprovdi wkoll strument li jippermetti t-tmexxija tal-pjan, segwitu u rapport fuq l-attivitajiet u r-riżorsi kollha tad-DĠ.


    Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet

    Ir- rapport annwali dwar l-attivitajiet jippreżenta l-kisbiet u r-riżorsi korrispondenti użati mid-DĠ waqt l-attivitajiet ta' sena waħda. Huwa l-"mera" tal-programm ta' ħidma annwali. Barra minn hekk huwa r-rapport tat-tmexxija tad-Direttur Ġenerali għall-Kummissjoni dwar kif wettaq dmirijietu bħala uffiċjal Awtoritevoli mid-delegazzjoni, fit-tmexxija tal-baġit ta' l-UE.


    Kuntatti u indirizzi postali


    Indirizz għaż-żjarat

    DĠ Kompetizzjoni
    Place Madou, Madouplein 1
    1210 Saint-Josse-ten-Noode /Sint-Joost-ten-Noode
    Belgium

    Ara l-mappa bl-informazzjoni dwar it-trasport pubbliku pdf

  •