Mogħdija tan-navigazzjoni

Preżentazzjoni tad-Direttorat Ġenerali
Missjoni
Organigramma
Għal tagħrif aktar dettaljat żur is-sit ta' l-internet "Programmar Finanzjarju u Baġit" disponibbli bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.

Għodod addizzjonali

 Il-missjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit

Is-sitt ħidmiet ewlenin fil-missjoni tad-Direttorat-Ġenerali tal-Baġit huma:

  • Li jinkisbu mill-awtorità baġitarja - ir-riżorsi meħtieġa biex ikunu implimentati l-elementi ta’ politika ta’ l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ programmar finanzjarju effettiv. Id-DĠ Baġit jara li d-diskussjoni ta’ orjentazzjoni dwar inizjattivi ġodda ta’ politika u/jew azzjonijiet leġiżlattivi jqisu d-dimensjoni baġitarja u li l-ippjanar ta’ l-infiq ikun jinkludi f’kull stadju kunsiderazzjoni ta’ prijoritajiet identifikati, programmi għat-tul, direzzjonijiet ġodda ta’ politika u l-immaniġġjar ta’ żviluppi mhux mistennija iżda li ma jistgħux ikunu evitati. Dan ifisser li l-infiq tal-Komunità għandu jinżamm fi ħdan il-perspettiva finanzjarja għal perjodu ta’ żmien medju u li t-tħaddim bla tfixkil tal-proċedura annwali tal-baġit għandu jiġi żgurat permezz ta’ djalogu kostruttiv bejn l-istituzzjonijiet. Id-DĠ Baġit għalhekk iħejji l-proposti tal-baġit ippreżentati mill-Kummissjoni u jsegwihom sakemm ikunu adottati mill-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri. Barra minn dan, huwa jalloka riżorsi lid-Direttorati-Ġenerali u lis-Servizzi tal-Kummissjoni.
  • L-amministrazzjoni tal-qafas regolatorju tal-baġit. Id-Direttorat-Ġenerali jressaq proposti u jimplimenta l-qafas regolatorju għat-twaqqif, l-implimemntazzjoni u l-kontroll tal-baġit.
  • L-implimentazzjoni sew tad-dħul kif ukoll ta’ l-infiq fil-baġit, skond il-qafas regolatorju. Bħala l-uffiċjal li jawtorizza r-riżorsi proprji, id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit jamministra l-flussi finanzjarji ma’ l-Istati Membri u jiċċekkja li r-riżorsi proprji jinġabru kif għandu jkun. Taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Uffiċjal Kontabbli tal-Kummissjoni, id-DĠ Baġit jara li jsiru l-pagamenti għan-nefqa kollha awtoritzzata tal-Kummissjoni, kif ukoll li jinġabar dak li hu dovut lilha.
  • It-Tfassil tal-kontijiet annwali ta' l-istituzzjonijiet. L-istqarrijiet finanzjarji annwali ta’ l-istituzzjonijiet kollha ta’ l-Unjoni jitħejjew taħt l-awtorità tad-DĠ Baġit fuq il-bażi ta’ qafas ta’ kontabilità modern li jilħaq il-livelli ta’ kontabilità aċċettati b’mod ġenerali u sostnuti minn sistema ta' informazzjoni li wieħed jista’ joqgħod fuqha.
  • Li tinġieb ’il quddiem l-amministrazzjoni finanzjarja soda fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni. Bis-saħħa tal-funzjoni ta’ għoti ta’ pariri u ta’ taħriġ li għandu, u billi jipprovdi mekkaniżmi ta’ kontroll u ta' amministrazzjoni, id-DĠ Baġit joffri lis-servizzi tal-Kummissjoni sew il-qafas kif ukoll l-istrumenti meħtieġa biex ikun hemm amministrazzjoni finanzjarja stretta u effiċjenti.
  • Li jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u jaħdem biex tingħata d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (DAS) mill-Qorti ta' l-Awdituri. Id-DĠ Baġit jikkoordina l-arranġamenti marbuta mal-proċedura ta’ rilaxx (relazzjonijiet mal-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.) Għaldaqstant jipproponi analiżi u ideat dwar l-amministrazzjoni ta’ fondi tal-komunità lill-interlokuturi ewlenin tiegħu bil-għan li jitħaffef l-għoti ta’ DAS pożittiv mill-Qorti ta’ l-Awdituri.