Mogħdija tan-navigazzjoni

Page navigation

Għodod addizzjonali

Narrattiva ġdida għall-Ewropa

 

Il-moħħ u l-ġisem tal-Ewropa

Il-kumitat kulturali tal-proġett jiddefinixxi l-Ewropa bħala stat mentali u responsabbiltà morali u politika kondiviża miċ-ċittadini mal-kontinent kollu. Tfakkarna fil-valuri komuni tal-Ewropa li jattiraw kotra kbira ta’ nies. Huwa appell għal rinaxximent xjentifiku u artistiku li jeħtieġ mexxejja kuraġġuża u ċittadini b'sens ta' impenn.

Aqra d-dikjarazzjoni sħiħapdf(601 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

"Narrattiva Ġdida għall-Ewropa" Artisti, xjentisti u intellettwali jżommu l-prinċipju tal-Ewropa, kontra l-populiżmu

 

Skeda

It-23 ta' April 2013, Brussell - It-Tnedija 

il-11 ta' Lulju 2013, Varsavja - L-Ewwel Assemblea Ġenerali dwar il-"Forom ta' Imaġinazzjoni u Ħsieb għall-Ewropa" 

it-8-9 ta' Diċembru 2013, Milan - It-Tieni Assemblea Ġenerali dwar il-"Forom ta' Imaġinazzjoni u Ħsieb għall-Ewropa" 

L-1 ta' Marzu 2014, Berlin - L-Aħħar Assemblea Ġenerali dwar il-"Forom ta' Imaġinazzjoni u Ħsieb għall-Ewropa"

Kumitat Kulturali

Membri tal-Kumitat Kulturalipdf(10 kB)

Kuntatti għall-ġurnalisti

Cezary LEWANOWICZ, Kelliemi

Mark GRAY, Kelliemi

Links rilevanti

Websajt tal-President BarrosoDeutschfrançaisportuguês

Uffiċċju tal-Konsulenti tal-Politika Ewropeafrançais

Dwar

President Barroso

“Narrattiva ġdida għall-Ewropa mhux għaliex ma għandhiex nibqgħu leali lejn il-filosofija tal-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ewropea; naturalment, din tibqa’ valida. Iżda għaliex naħseb li, fil-bidu tas-seklu XXI, għandna bżonn inkomplu nirrakkontaw l-istorja tal-Ewropa, speċjalment għall-ġenerazzjoni l-ġdida li mhix daqstant identifikata ma' din in-narrattiva tal-Ewropa. Bħal ktieb: ma nistgħux nieqfu wara l-ewwel ftit faċċati, anke jekk l-ewwel ftit faċċati kienu sbieħ ħafna. Għandna nkomplu n-narrattiva tagħna; inkomplu niktbu l-ktieb tal-preżent u tal-futur. Dan hu għaliex għandna bżonn ta’ narrattiva ġdida għall-Ewropa.”

Il-President BARROSO
Tnedija ta’ Narrattiva Ġdida għall-Ewropa
Bozar - Brussell, it-23 ta’ April 2013

Aktar