Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Evalwazzjoni tal-progress kurrenti mill-Bulgarija u r-Rumanija

Meta ssieħbu fl-UE nhar l-1 ta' Jannar 2007, ir-Rumanija u l-Bulgarija kien għad fadlilhom jirreġistraw aktar progress fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

Sabiex tiffaċilita s-sħubija ta' dawn iż-żewġ pajjiżi u fl-istess waqt tħares it-tħaddim tal-politiki u l-istituzzjonijiet tagħha, l-UE ddeċidiet li tistabbilixxi "mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verifika" speċjali sabiex jgħinhom jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet pendenti.

F'Diċembru 2006, il-Kummissjoni ffissat xi kriterji ("benchmarks") li permezz tagħhom jista' jiġi evalwat il-progress dwar dawn il-kwistjonijiet (ara r-rapporti hawnhekk English (en) ).

Id-deċiżjoni li tkompli ssegwi lill-Bulgarija u r-Rumanija juri l-impenn ta' l-UE li tiżgura li dawn iż-żewġ pajjiżi jiżviluppaw is-sistemi amministrattivi u ġudizzjarji effettivi li jeħtieġu sabiex isegwu l-obbligi tas-sħubija kif ukoll igawdu minnha.

Il-progress fir-riforma ġudizzjarja, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata għad jippermetti lill-Bulgari u r-Rumeni jibdew igawdu b'mod sħiħ jeddijiethom bħala ċittadini ta' l-UE.

Il-bażi ġuridika

  • Bulgaria: Decision of 13/12/2006 [C(2006) 6570] pdf - 26 KB [26 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Romania: Decision of 13/12/2006 [C(2006) 6569] pdf - 26 KB [26 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)