Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej

B’baġit ta’ €454 biljun għall-2014-20, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) huma l-għodda ewlenija tal-politika ta' investiment tal-Unjoni Ewropea.

Sal-2023, il-FSIE se jwasslu massa kritika ta' investiment f'oqsma ta' prijorità ewlenin tal-UE, biex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ekonomija reali billi jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi u billi jwasslu l-ekonomija Ewropea għal tkabbir mill-ġdid b'mod sostenibbli.

Il-pajjiżi tal-UE jimpenjaw ruħhom li:

  • jappoġġjaw aktar minn 2 miljun negozju permezz tal-fondi biex iżidu l-kompetittività tagħhom, jiżviluppaw prodotti, isibu swieq ġodda u joħolqu impjiegi ġodda.
  • jinvestu fl-infrastruttura f’oqsma bħalma huma l-broadband, l-IT u t-telekomunikazzjoni, u l-provvisti tal-ilma. Dan se jgħin il-pajjiżi tal-UE – speċjalment dawk li huma anqas żviluppati – itejbu l-istandards tal-għajxien tal-popli u jagħmlu l-ambjenti tan-negozju aktar kompetittivi.
  • jużaw l-fondi biex jinvestu fil-ħiliet u l-adattabilità tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa, filwaqt li jagħtu lil għexieren ta’ miljuni ta’ nies, inklużi żgħażagħ, refuġjati u migranti legali l-opportunitajiet biex jitħarrġu, jitħarrġu mill-ġdid, jew jibdew negozji.

Riżultati tan-negozjati dwar programmi ta’ investiment tal-FSIE

  • Komunikazzjoni dwar in-negozjati dwar il-programmi ta’ investiment tal-pajjiżi tal-UE
  • Ninvestu f’impjiegi u tkabbir — nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-FSIE pdf - 670 KB [670 KB] English (en)
  • Il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea/INTERREG pdf - 219 KB [219 KB] English (en)
  • Informazzjoni fil-livell nazzjonali pdf - 2 MB [2 MB] English (en)   
  • Valutazzjoni u għażla taż-żmien pdf - 377 KB [377 KB] English (en)
  • Portal tad-dejta miftuħa tal-FSIEEnglish

Oqsma ta’ investiment:

  • Impjiegi, Tkabbir u Investiment pdf - 2 MB [2 MB] English (en)
  • Suq Diġitali Uniku pdf - 952 KB [952 KB] English (en)
  • Unjoni tal-Enerġija u l-Klima pdf - 992 KB [992 KB] English (en)
  • Suq Intern pdf - 2 MB [2 MB] English (en)
  • Unjoni Ekonomika u Monetarja pdf - 826 KB [826 KB] English (en)  
  • Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali pdf - 865 KB [865 KB] English (en)
  • Migrazzjoni pdf - 716 KB [716 KB] English (en)  

Fondi koordinati

L-għanijiet ta’ dawn ir-regoli huwa li

  • jistabilixxu rabta ċara mal-Istrateġija Ewropa 2020
  • itejbu l-koordinazzjoni
  • jiżguraw implimentazzjoni konsistenti
  • jagħmlu l-aċċess għall-fondi ċar kemm jista’ jkun għal dawk li jistgħu jibbenefikaw minnhom.

Il-pajjiżi tal-UE jamministraw il-fondi fuq bażi deċentralizzata permezz ta’ ġestjoni kondiviża. Il-websajt ta' kull fond jagħti aktar informazzjoni dwar il-finanzjament disponibbli u l-proċedura tal-applikazzjoni.

 

Ir-regolamenti dwar il-fondi strutturali u ta' investiment tal-UE

Ir-regoli li jkopru l-5 fondi strutturali u tal-investiment kollha huma stabbiliti fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni. Regolamenti oħra jistabbilixxu regoli speċifiċi għal kull fond.

 

Ftehim ta' sħubija

Ftehimiet ta' sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u pajjiżi individwali tal-UE jistabbilixxu l-pjanijiet tal-awtoritajiet nazzjonali dwar kif jużaw fondi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej bejn l-2014 u l-2020. Jispjegaw l-għanijiet strateġiċi u l-prijoritajiet ta' investiment, jillinkjawhom mal-għanijiet ġenerali tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir għaqli, sostenibbli u inklużiv.

 

Programmi nazzjonali

Ladarba l-ftehimiet ta’ sħubija jkunu ġew adottati, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jaqblu dwar programmi li jistabbilixxu l-prijoritajiet għal kull pajjiż, reġjun jew qasam ta’ politika kkonċernat.

  • Il-baġits u l-programmi tal-ESIF pdf - 355 KB [355 KB] English (en)

Aktar dwar kull programm

Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija

Sabiex il-fondi jkollhom impatt massimu, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fil-pajjiżi tal-UE għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib u fi sħubija ma’

  • trejdjunjins
  • min iħaddem
  • organizzazzjonijiet mhux governattivi
  • entitajiet oħra li jippromwovu, pereżempju, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.

L-involviment tal-imsieħba fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-UE jippermetti lill-pajjiżi tal-UE jiffokaw il-fondi fejn hemm l-aktar bżonn u sabiex isir l-aħjar użu tar-riżorsi.

Il-pajjiżi tal-UE kollha għandhom jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-20. Huma għandhom jiżguraw li l-opinjonijiet rilevanti kollha jitqiesu meta jidentifikaw il-prijoritajiet għal finanzjament, ifasslu u jimplimentaw l-aktar strateġiji ta’ investiment effettivi.

 

Dokumenti ta’ gwida

Serje ta’ noti ta’ gwida DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski huma disponibbli biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jipprogrammaw u jimplimentaw il-fondi.

Gwida għal benefiċjarji potenzjali ta’ Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment u strumenti relatati tal-UE pdf - 968 KB [968 KB] English (en)

Jgħinek:

  • ikseb u agħmel użu mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment
  • agħmel użu miill-l-istrumenti l-oħra ta’ politika tal-EU li jikkumplimentaw dawn il-fondi.

Uża l-links fid-dokument biex jinstabu s-siti u d-dokumenti tal-internet l-aktar utli. Checklist English tgħinek biex tidentifika l-akar sorsi ta' finanzjament xierqa.

Agrikoltura, sajd u ikel

  • Akkwakultura
  • CFP
  • Il-ħarsien tal-annimali English (en)
  • Is-saħħa tal-pjanti English (en)
  • PAK English (en)
  • Żvilupp rurali English (en)

Negozju

  • Intrapriża u Industrija English (en)
  • Kompetittività English (en)
  • Moviment liberu English (en)
  • SMEs English (en)
  • Suq waħdieni English (en)

Kultura, edukazzjoni u żgħażagħ

  • Edukazzjoni u taħriġ English (en)
  • Kultura English (en)
  • Żgħażagħ English (en)

Ekonomija, finanzi u taxxa

  • Baġit Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Dwana Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Ekonomija
  • Il-ġlieda kontra l-frodi Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Kompetizzjoni English (en)
  • Stabilità Finanzjarja u Servizzi Finanzjarji English (en)
  • Tassazzjoni Deutsch (de) English (en) français (fr)

Impjiegi u drittijiet soċjali

Enerġija u riżorsi naturali

  • Azzjoni favur il-klima English (en)
  • Enerġija English (en)
  • Enerġija intelliġenti English (en)

Ambjenti, konsumaturi u saħħa

  • Ambjent English (en)
  • Konsumaturi English (en)
  • Politika marittima Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Saħħa
  • Żvilupp sostennibbli English (en)

Relazzjonijiet barranin u affarijiet barranin

  • Għajnuna umanitarja English (en) español (es) français (fr)
  • Il-politika barranija English (en)
  • It-tkabbir English (en)
  • Kummerċ barrani English (en)
  • Politika Barranija ta' Sigurtà Komuni English (en)
  • Żvilupp u Kooperazzjoni English (en)

Ġustizzja, affarijiet domestiċi u drittijiet taċ-ċittadini

  • Ċittadinanza Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Fruntieri English (en)
  • Ġustizzja Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Immigrazzjoni English (en)
  • Migrazzjoni English (en)
  • Pulizija English (en)

Żvilupp reġjonali u lokali

Xjenza u teknoloġija

  • L-Aġenda Diġitali English (en)
  • Riċerka u Innovazzjoni English (en)

Trasport u vjaġġi

  • Trasport English (en)
  • Turiżmu English (en)

Oħrajn

  • Komunikazzjoni Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Midja English (en)
  • Servizzi Awdjoviżivi Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Statistika Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Taħriġ għall-interpreti tal-konferenzi English (en)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?