Language selector

 
left
  Servizzi sikuri – ħarsa ġeneralislide
right
transtrans
 

Jeħtieġilna ntejbu l-għarfien tagħna rigward ir-riskji konnessi ma’ servizzi speċifiċi offruti lill-konsumatur.

Is-settur tas-servizzi

Is-settur tas-servizzi huwa il-mutur ewlieni li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku ta' l-UE: dan jgħodd għal madwar 70% tal-PGD u l-impjiegi fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri.

Is-servizzi wieħed isibhom f'kull qasam ta' l-ekonomiji moderni. Dawn ivarjaw minn oqsma tas-servizzi tradizzjonali msejsa fuq id-domanda li jkun hemm għalihom bħat-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu u l-professjonijiet regolati, sa servizzi li ġew żviluppati aktar reċentement bħall-immaniġġjar ta’ l-iskart, il-konservazzjoni ta’ l-enerġija, is-servizzi għan-negozji u l-ipproċessar tad-dejta.

Regoli dwar is-sigurtà

Xi servizzi partikolari jinvolvu riskji għas-saħħa u s-sigurtà fiżika tal-konsumatur, ngħidu aħna, korrimenti kkawżati minħabba nuqqas ta’ informazzjoni, superviżjoni inadegwata ta’ attivitajiet sportivi organizzati ta’ natura avventuruża jew dannu lill-ġilda kkawżat minn xi trattatament tas-sbuħija.

Bħalissa, bosta mir-regoli dwar is-sigurtà fejn jidħlu s-servizzi huma stabbiliti fil-livell nazzjonali. Is-settur tat-trasport huwa eżempju ta’ settur li diġà hemm ukoll bosta regoli fil-livell Ewropew li jirrigwardjawh.

Hemm bżonn ta’ l-informazzjoni

Għadu mhux ċar jekk jeħtieġx li r-regoli dwar is-sigurtà għas-servizzi in ġenerali jiġu armonizzati fil-livell ta’ l-UE.

Ir- "Rapport dwar is-Sigurtà tas-Servizzi għall-Konsumatur" ikkonkluda li m’hemmx biżżejjed dejta u informazzjoni dwar l-aspetti ta’ riskju u sigurtà f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi. Għaldaqstant, il-prijorità ta’ l-azzjoni Komunitarja hija li qabelxejn tittejjeb il-bażi ta’ l-għarfien.

Is-setturi li ġejjin kien hemm interess speċifiku fihom f’dawn l-aħħar snin:

De volgende gebieden hebben de afgelopen jaren extra aandacht gekregen:





 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
   
requires javascript

Responsible Unit B3