Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Kampanji nazzjonali - Malta - Malta

Trid tkun taf aktar dwar id-drittijiet tal-kreditu għall-konsumaturi tiegħek f’ Malta?

Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin tiegħek meta tieħu kreditu, avvenimenti li se jsiru dalwaqt u links għal siti elettroniċi utli.

Id-drittijiet ewlenin tiegħek tal-krediti għall-konsumaturi f'Malta

Id-dritt għal reklamar trasparenti

Ir-reklamar kollu li għandu x'jaqsam mal-krediti li jiddikjara r-rata ta' imgħax jew l-ispejjeż involuti mal-kreditu għandu jkun fih ċerta informazzjoni sabiex tgħinek tqabbel offerti u biex tkun tista' tagħżel l-aqwa offerta. Għandu jinkludi eżempju rappreżentattiv, li jagħtik opinjoni ċara u bbilanċjata tan-natura u tal-ispejjeż involuti tal-kreditu.

Id-dritt għal informazzjoni ta' qabel il-kuntratt

Fornitur tal-krediti huwa obbligat jagħtik l-informazzjoni ewlenija ferm qabel inti tiffirma ftehim fuq kreditu. Inti għandek tirċievi din l-informazzjoni f'format ċar, standardizzat imsejjaħ il-formola tal-Informazzjoni dwar il-Krediti għall-Konsumaturi Ewropea Standard (SECCI).

Id-dritt li tiċċara informazzjoni fil-kuntratt

Inti għandek id-dritt li tirċievi kopja tal-ftehim dwar il-kreditu li inti iffirmajt. Il-ftehim dwar il-kreditu għandu jkun miktub b'lingwaġġ ċar u konċiż. Għandu jiddikjara dettalji dwar it-tip ta' kreditu, l-ammont totali dovut u r-Rata Perċentwali Annwali tal-Imposta (APR - Annual Percentage Rate of Charge).

Id-dritt li tibdel fehmtek

Jekk għandek xi dubju dwar ftehim fuq il-kreditu li inti iffirmajt, tinsiex li inti tista' tirtira mill-ftehim fi żmien 14-il jum minn meta tiffirma. Ovvjament, ikollok tħallas lura l-flus li inti tkun issellift, kif ukoll l-imgħax u kwalunkwe imposta li ma tingħatax lura li tkun diġà tħallset mill-fornitur tal-kreditu.

Id-dritt li tħallas lura qabel iż-żmien dovut

Tista' tħallas il-kreditu tiegħek kmieni. Madankollu jista' jkun li inti jkollok tikkumpensa lill-fornitur tal-kreditu għad-dħul mitluf tiegħu jekk l-ammont li inti tħallas lura jaqbeż l-EUR 3 000 fi żmien 12-il xahar. Normalment, il-kumpens ma jaqbiżx bejn 0.5-1 % tal-ammont imħallas lura qabel iż-żmien, iżda ma jistax jaqbeż l-ammont totali ta' imgħax li inti kieku kont tħallas.

IEQAFAĦSIBHAĦU AZZJONI