Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Consumer credit you have rights!

Kreditu għall-konsumaturi
INTI GĦANDEK DRITTIJIET!

Kreditu għall-konsumaturi
INTI GĦANDEK DRITTIJIET!

Kreditu għall-konsumaturi
INTI GĦANDEK DRITTIJIET!

  • Id-dritt għal reklamar trasparenti tal-krediti

    Issibha diffiċli biex tifhem ir-reklami tal-krediti?

     Ir-reklamar li juri l-ispejjeż involuti mal-kreditu jew ir-rata ta’ mgħax għandu jkun fih ċerta informazzjoni biex tgħinek tqabbel offerti u biex tkun tista’ tagħżel l-aqwa offerta.

    Din għandha tinkludi eżempju rappreżentattiv, li jagħtik opinjoni ċara u bbilanċjata tan-natura u tal-ispejjeż involuti tal-kreditu.

  • Id-dritt għal informazzjoni ta’ qabel il-kuntratt

    Qed tfittex l-aqwa offerta relatata ma' kreditu għalik?

     Fornitur tal-krediti huwa obbligat jagħtik l-informazzjoni ewlenija ferm qabel ma inti tiffirma ftehim fuq kreditu.

    Inti għandek tirċievi din l-informazzjoni f'format ċar, standardizzat imsejjaħ il-formola Ewropea Standard tal-Informazzjoni dwar il-Krediti għall-Konsumaturi (SECCI).

  • Id-dritt li tiċċara informazzjoni fil-kuntratt

    Trid tiċċekkja l-ftehim dwar il-kreditu tiegħek?

    Inti għandek id-dritt li tirċievi kopja tal-ftehim ta’ kreditu li tkun iffirmajt. Il-ftehim ta’ kreditu għandu jkun miktub b'lingwaġġ ċar u konċiż. Fost affarijiet oħra, huwa għandu jiddikjara d-dettalji tal-kreditu, l-ammont totali dovut u r-Rata Perċentwali Annwali tal-Imposta (APR – Annual Percentage Rate of Charge).

  • Id-dritt li tibdel fehmtek

    M'intix ċert/a jekk il-ftehim ta’ kreditu li inti ffirmajt huwiex tajjeb għalik?

    Jekk għandek xi dubju dwar il-ftehim ta’ kreditu li ffirmajt, tinsiex li inti tista' tirtira mill-ftehim fi żmien 14-il jum minn meta tiffirma. Ovvjament, ikollok tħallas lura l-flus li inti tkun issellift, kif ukoll l-imgħax u kwalunkwe imposta li ma tingħatax lura li tkun diġà tħallset mill-fornitur tal-kreditu.

  • Id-dritt li tħallas lura qabel iż-żmien

    Trid tħallas lura d-dejn tiegħek qabel iż-żmien?

    Jekk tixtieq, inti tista’ tħallas lura l-kreditu tiegħek qabel iż-żmien dovut. Madankollu, jista’ jkun li jkollok tikkumpensa lill-fornitur tal-kreditu għad-dħul mitluf tiegħu. Iżda l-kumpens ma jistax jaqbeż l-ammont totali ta’ mgħax li inti kieku kont tħallas.

Ittestja l-għarfien tiegħek dwar il-krediti għall-konsumatur

1

Qed tikkunsidra numru ta’ offerti ta’ kreditu biex tiffinanzja televixin ġdid u tara reklam li jindika l-ispiża ta’ offerta partikolari.

Liema informazzjoni oħra huwa obbligat li jagħtik il-fornitur tal-kreditu f’reklami li fihom iċ-ċifri eż. l-imgħax?

It-tweġiba t-tajba

Ir-rata ta’ self u kwalunkwe ħlas kif ukoll l-ammont totali offrut

Spjegazzjoni

Ir-rata ta’ self (fissa jew varjabbli jew it-tnejn) flimkien ma’ dettalji dwar kwalunkwe imposta inkluża u l-ammont ta’ kreditu offrut għandhom jintwerew b’mod ċar fi kwalunkwe reklamar li jkun fih ċifri.

2

Qed tfittex friġġ ġdida u qed iddur minn ħanut għall-ieħor biex tara min qiegħed jagħti l-aħjar offerta.

Liema tip ta’ informazzjoni int intitolat/a li tirċievi f’dan l-istadju?

It-tweġiba t-tajba

Il-formula tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur (SECCI)

Spjegazzjoni

: Il-fornitur tal-kreditu huwa obbligat li jagħtik l-informazzjoni ewlenija fil-ħin, qabel ma inti tiffirma l-ftehim ta’ kreditu. Inti għandek tirċievi din l-informazzjoni b’mod ċar, f’format standardizzat imsejħa l-formula tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur (SECCI). Jekk tirċievi l-istess formula minn kull fornitur tal-kreditu, dan jippermettilek li faċilment tqabbel l-offerti u tagħżel l-aħjar waħda għalik.

3

Iddeċidejt li tixtri karozza ġdida u ġejt offrut/

a l-kreditu biex jgħinek tħallasha.

It-tweġiba t-tajba

Dettalji ċari u konċiżi dwar il-kreditu, l-ammont totali li għandek tagħti u r-Rata Perċentwali Annwali ta’ Imposta (APR)

Spjegazzjoni

L-elementi ewlenin li għandhom jinkitbu fi kwalunkwe kuntratt normalment jinkludu:

  • It-tip ta’ kreditu;
  • L-identità u l-indirizz ġeografiku tal-partijiet kontraenti kollha (jiġifieri l-kreditur, il-konsumatur u jekk appikabbli, l-intermedjajru tal-kreditu);
  • It-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;
  • L-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ self;
  • Il-prezz fi flus kontanti tal-oġġett jew servizz speċifiku jekk il-kreditu qed jieħu l-forma ta’ ħlas differit u fil-każ ta’ krediti marbuta;
  • Ir-rata ta’ self, il-kundizzjonijiet għar-rata ta’ self, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata u fejn huwa disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata inizjali ta’ self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata ta’ self u jekk ir-rati ta’ self jinbidlux skont ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rati applikabbli kollha;
  • Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta (APR - annual percentage rate of charge) u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkolati meta jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu; l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata għandhom jissemmew;
  • L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur u fejn xieraq l-ordni li biha l-ħlasijiet se jiġu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati ta’ self differenti għall-finijiet ta’ rimborż;
  • Fejn ikun involut amortizzament ta’ kapital ta’ ftehim ta’ kreditu b’tul ta’ żmien fiss, il-konsumatur għandu d-dritt li jirċievi, fuq talba u mingħajr ħlas, fi kwalunkwe ħin, tul il-ftehim kollu tal-kreditu, rendikont f’forma ta’ tabella ta’ amortizzament ;
  • Rendikont li juri l-perjodi u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-imgħax u ta’ kwalunkwe imposta rikorrenti u mhux rikorrenti assoċjata jekk l-imposti u l-imgħax iridu jitħallsu mingħajr amortizzament ta’ kapital;
  • Fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta’ kont wieħed jew aktar li jirreġistraw kemm it-transazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll ta’ ġbid sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv, flimkien mal-imposti għall-użu ta’ mezzi ta’ ħlas kemm għat-transazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għal dawk ta’ ġbid u kwalunkwe imposta oħra li tkun riżultat tal-ftehim ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet skont liema dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;
  • Ir-rata ta’ imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlas tard kif applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu u l-arranġamenti għall-aġġustament tiegħu u fejn applikabbli, l-imposti dovuti minħabba xi nuqqasijiet;
  • Twissija dwar il-konsegwenzi ta’ ħlasijiet nieqsa;
  • Fejn applikabbli, dikjarazzjoni li t-tariffi notarili huma pagabbli;
  • Kwalunkwe garanzija u assigurazzjoni meħtieġa;
  • L-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt ta’ rtirar, il-perjodu li matulu dak id-dritt jista’ jiġi eżerċitat u kundizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu, inkluża informazzjoni dwar l-obbligu tal-konsumatur li jħallas il-kapital miġbud u l-imgħax skont l-Artikolu 14(3)(b) u l-ammont ta’ imgħax pagabbli kuljum;
  • Informazzjoni dwar id-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 15 kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-eżercizzju ta’ dawk id-drittijiet;
  • Id-dritt ta’ rimborż antiċipat, il-proċedura għal ħlas kmieni, kif ukoll fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens u l-mod li bih dan il-kumpens jiġi ddertiminat;
  • Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-eżercizzju tad-dritt ta’ terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
  • Jekk jeżistix jew le mekkaniżmu ta’ lmenti barra mill-qorti u rimedju għall-konsumatur u jekk iva, il-metodi biex wieħed ikollu aċċess għalih;
  • Fejn ikun applikabbli, termini u kundizzjonijiet oħra;
  • Fejn ikun applikabbli, l-isem u l-indirizz tal-awtorità superviżorja kompetenti.

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ self overdraft biss, għandu jiġi speċifikat dan li ġej:

  • It-tip ta’ kreditu;
  • L-identità u l-indirizz ġeografiku tal-partijiet kontraenti kollha (jiġifieri l-kreditur, il-konsumatur u jekk appikabbli, l-intermedjajru tal-kreditu);
  • It-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;
  • L-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-self;
  • Il-prezz fi flus kontanti tal-oġġett jew servizz speċifiku jekk il-kreditu qed jieħu l-forma ta’ ħlas differit u fil-każ ta’ krediti marbuta;
  • Ir-rata ta’ self, il-kundizzjonijiet għar-rata ta’ self, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata u fejn huwa disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata inizjali ta’ self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal bidliet fir-rata ta’ self u jekk ir-rati ta’ self jinbidlux skont ċirkostanzi differenti, l-informazzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tar-rati applikabbli kollha;
  • Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta (APR - annual percentage rate of charge) u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkolati meta jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu; l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata għandhom jissemmew;
  • Indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont sħiħ ta’ kreditu meta mitlub fi kwalunkwe ħin;
  • Kundizzjonijiet li jirregolaw l-eżercizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-ftehim ta’ kreditu; u
  • Informazzjoni dwar l-imposti applikabbli

Il-fornitur tal-kreditu għandu jiżgura li dan jiġi ppreżentat b’mod ċar, konċiż u faċli biex jinftiehem.

4

Għadek kif xtrajt karozza użata bi kreditu imma f’daqqa waħda tirrealizza li wara kollox mhux se jkollok bżonn tieħu l-kreditu.

F’kemm-il jum kalendarju mill-iffirmar tal-ftehim ta’ kreditu tkun intitolat li tbiddel ħsiebek u tirtira?

It-tweġiba t-tajba

14-il jum kalendarju

Spjegazzjoni

Jekk l-affarijiet jinbidlu u jkollok dubji dwar il-ftehim ta’ kreditu li ffirmajt, tinsix li inti tista’ tirtira mill-ftehim sa 14-il jum wara li tkun iffirmajt mingħajr spjegazzjoni. Inti jkollok tħallas lura biss il-flus mislufa flimkien mal-imgħax u kwalunkwe ħlas mhux rifondabbli li jkun diġà sar mill-fornitur tal-kreditu.

5

Irnexxielek tieħu dik il-promozzjoni li tant ittamajt għaliha u issa interessat/a li tuża’ ż-żieda ta’ flus biex tħallas lura l-kreditu kmieni.

Il-kumpens li int obbligat/a tħallas lill-fornitur ta’ kreditu ma jistax jaqbeż...

It-tweġiba t-tajba

…l-ammont totali ta’ imgħax li kieku kont se tħallas.

Spjegazzjoni

Għandek id-dritt li tħallas lura l-kreditu tiegħek kmieni. Madankollu, jista’ jkollok tikkumpensa lill-fornitur ta’ kreditu għall-introjtu mitluf tiegħu. Il-kumpens li tħallas ma jistax jaqbeż l-ammont totali ta’ imgħax li kieku kont se tħallas matul il-perjodu tal-kuntratt.

Your score is 0/0

IEQAF
Oqgħod attent/a.

Hemm bżonn li tiċċekkja d-drittijiet tiegħek għal darb’oħra qabel tieħu l-kreditu.

Ibbrawżja l-websajt tagħna biex issir taf aktar.

AĦSEB
Għadek ma tafx kollox.

Taf ftit imma xorta waħda għandek tipproċedi b’kawtela u tivverifika d-drittijiet tiegħek f’aktar dettall.

Ibbrawżja l-websajt tagħna biex issir taf aktar.

ĦU AZZJONI
Prosit!

Tidher li taf l-affarijiet bażiċi, madankollu aħna xorta nagħtuk il-parir li tiċċekkja d-drittijiet tiegħek.

Ibbrawżja l-websajt tagħna biex issir taf aktar.

Try the quizz again

Jista’ jkun faċli mhux ħażin li tixtri dishwasher, vaganza jew saħansitra karozza bil-kreditu. Il-ħanut, l-aġent tal-ivvjaġġar jew in-negozjant tal-karozzi jista’ joffrilek kreditu flimkien mal-kuntratt.

Faċli titħajjar u taċċetta offerta bħal din mill-ewwel. Iżda taqbadx u tiffirma! Inti għandek drittijiet li jipproteġuk u jiggarantulek ħruġ, jekk tkun teħtieġu. Il-fornitur tal-kreditu jrid jagħtik ukoll xi informazzjoni bażika. Din għandha tgħinek tifhem b’mod ċar dak li tkun qiegħed tikkunsidra li tiffirma u tippermettilek li tqabbel offerti.

L-informazzjoni f’dawn il-paġni tkopri kważi kull tip ta’ kreditu għall-konsumaturi, minn EUR 200 sa EUR 75 000. Li mhumiex koperti huma l-krediti għall-konsumaturi:

  • garantiti b’ipoteka;
  • konklużi għax-xiri ta’ art jew proprjetà immobbli;
  • ftehimiet ta’ lokazzjoni jew ta’ kiri fejn ma jkun hemm l-ebda obbligu ta’ xiri;
  • mogħtija bla mgħax, mingħajr imposti oħra jew fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft;
  • li jkunu r-riżultat ta’ deċiżjoni ġudizzjarja;
  • marbuta mal-pagament jew l-avall ta’ dejn; u
  • marbuta ma’ self mogħti lil grupp limitat tal-pubbliku.