|
"X'inhuma d-drittijiet tiegħi f'tilwima minħabba vaganza organizzata?"
Annuka u Carl ibbukkjaw vaganza organizzata għal ġimgħa ġo lukanda ta' ħames stilel f'Paphos, Ċipru permezz ta' operatur tal-vjaġġi fil-Finlandja. Madankollu, meta waslu, skoprew li l-kumpanija kienet se tpoġġihom ġo lukanda ta' tliet stilel bosta kilometri 'l bogħod minn Paphos.
"Il-lukanda ma kinitx dik li konna qegħdin nistennew u kellna nirkbu tal-linja kuljum biex naslu l-bajja. Il-kumpanija ta' l-ivvjaġġar Finlandiża qalet li l-lukanda oriġinali tagħna kienet magħluqa għall-manutenzjoni u li ma kienx hemm kamra disponibbli f'lukanda oħra ta' l-istess livell minħabba li kien żmien impenjattiv tas-sena.
Ovvjament ressaqna ilment iżda rrifjutaw li jagħtuna l-flus lura, għax qalu li l-avvenimenti kienu lil hinn mill-kontroll tagħhom. X'inhuma drittijietna f'dan il-każ?"
Bħala ċittadin ta' l-UE għandek firxa wiesgħa ta' drittijiet li jippermettulek tħossok protett u kunfidenti filwaqt li tivvjaġġa kemm fl-UE u lil hinn minnha.
Il-liġi ta' l-UE tipproteġi konsumaturi li jixtru għadd ta' servizzi ta' vjaġġar minn kumpanija lokalizzata fl-UE. Ta' spiss, vaganzi organizzati bħal dawn jinkludu t-trasport u l-akkomodazzjoni u jistgħu jinkludu wkoll l-ikel u l-ġiti.
Il-liġi ta' l-UE tistipula li l-organizzaturi ta' l-ivvjaġġar huma obbligati li jipprovdu informazzjoni preċiża dwar il-pakkett propost, li jinkludi informazzjoni dwar it-trasport, l-akkomodazzjoni, l-ikel, l-itinerarju u r-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni.
Jekk il-btala tiegħek ma tikkorrispondix ma' dak li ġejt imwiegħed fil-fuljett, l-operatur ta' l-ivvjaġġar għandu jagħtik kumpens.
Jekk l-operatur ta' l-ivvjaġġar tiegħek ifalli waqt li tkun għall-vaganza tiegħek, għandu jkollhom arranġamenti preparati biex tkun tista' tmur lura f'pajjiżek. Barra minn hekk, għandek id-dritt tikkanċella l-booking tiegħek, per eżempju, jekk il-kumpanija tbiddel b'mod sinifikanti t-termini essenzjali tal-pakkett bħal per eżempju d-dati tal-btala jew il-prezz.
Aktar tagħrif:
Vaganzi organizzati
|