|
Tinsab konfuż dwar drittijietek u s-sigurtà tiegħek meta tkun qed tixtri minn pajjiż ieħor ta' l-UE? Tinsab mitluf meta tkun trid tikseb l-aħjar rħos fuq l-oġġetti offruti?
Jekk tiddeċiedi li tixtri sett tat-televiżjoni ġdid minn fuq l-internet minn pajjiż ġar? Se jasal fil-ħin u sħiħ? L-assigurazzjoni se tkopri kull dannu li jista' jsir? F'każ ta' problemi, il-bejjiegħ jagħti l-flus lura?
Filwaqt li l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet nazzjonali jistgħu jipprovdulek pariri speċifiċi dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur f'pajjiżek, dan is-sit web jagħtik ħarsa ġenerali ta' kif il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex tassigura li drittijietek jiġu protetti fil-livell ta' l-UE.
|