This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!
Kosmetiċi © Valua Vitaly – Fotolia.com

Kosmetiċi

Il-prodotti kosmetiċi huma prodotti importanti għall-konsumaturi bi rwol essenzjali fil-ħajja ta' kulħadd: apparti l-prodotti kosmetiċi "tradizzjonali", bħall-make-up u fwejjaħ, dawn jinkludu wkoll prodotti għall-iġjene personali, pereżempju prodotti tal-kura tas-snien, xampu u sapun.

Is-suq tal-kosmetiċi tal-lum huwa xprunat mill-innovazzjoni inkluż varjetajiet ta' kulur differenti, kuri maħsuba għal tipi speċifiċi ta' ġilda u formoli uniċi li jikkonċentraw fuq ħtiġijiet differenti. Bosta prodotti kosmetiċi għandhom ħajja ta' inqas minn ħames snin u l-fabbrikanti jirrifformulaw 25% tal-prodotti tagħhom kull sena. JInħtieġ li huma jtejbu l-prodotti l-ħin kollu sabiex jibqgħu fuq quddiem f'suq tassew kompetittiv, fejn il-konsumatur dejjem jistenna aktar għażla u aktar effikaċja.

L-industrija Ewropea tal-kosmetiċi hija mexxejja dinjija u esportatur dominanti tal-kosmetiċi, settur innovattiv ferm u li joffri ħafna mill-impjiegi fl-Ewropa. L-involviment tal-UE jolqot b'mod ewlieni l-qafas regolatorju għall-aċċess tas-suq, ir-relazzjonijiet tal-kummerċ internazzjonali u l-konverġenza regolatorja, li lkoll jimmiraw li jiżguraw l-ogħla livell ta' sigurtà għall-konsumatur filwaqt li jippromwovu l-innovazzjoni u l-kompetittività ta' dan is-settur.

Aktar... Uri aktar informazzjoni / Naqqas l-informazzjoniAktar... Uri aktar informazzjoni / Naqqas l-informazzjoni
  • Regulatory-framework - © Aintschie - Fotolia.comRegulatory-frameworkDeutsch (de)English (en)français (fr)
  • Scientific-assessment - © James Peragine - Fotolia.comScientific-assessmentDeutsch (de)English (en)français (fr)
  • Cosing - © Jim Hughes - Fotolia.comCosingDeutsch (de)English (en)français (fr)
  • Cosmetic-products - © Streamroller - Fotolia.comCosmetic-productsDeutsch (de)English (en)français (fr)
  • Animal-testing - © Eric Isselée - Fotolia.comAnimal-testingDeutsch (de)English (en)français (fr)
  • Cooperation-trade - © Vladimir Makhonin - Fotolia.comCooperation-tradeDeutsch (de)English (en)français (fr)
Publications
Public consultations
Fuq