Language selector

 
left
  Prodotti siguri – ħarsa ġeneralislide
right
transtrans
 

Bħala ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandekx ikollok għalfejn tinkwieta dwar jekk prodott ikunx sigur, sew jekk dan tixtrih minn pajjiżek inkella minnn xi pajjiż ieħor fi ħdan l-UE.

Kif niżguraw li kull prodott li jinbiegħ ikun sigur?

  • Hemm ċerti regoli ġenerali dwar is-sigurtà tal-prodotti li tobbliga lill-produtturi u d-distributuri ma jpoġġux għajr prodotti siguri fis-suq.

    Għal ċerti prodotti, hemm stabbiliti regoli dwar is-sigurtà speċifiċi. Dawn jinkludu l- Ġugarelli , l-apparat li jaħdem bl-elettriku (b'vultaġġ baxx) , il-Kożmetiċi , u l-Farmaċewtiċi .

    Ta’ kuljum nikkonsmaw, nużaw jew sempliċiment niġu f’kuntatt ma bosta prodotti differenti. Għandna nkunu konfidenti li dawn il-prodotti jkunu siguri. Dan, imma, mhux dejjem huwa l-każ. Ġieli jiġri li jkun hemm min iweġġa’ waqt li jkun qed juża xi prodotti perikolużi. Il-produttur huwa obbligat li jieħu miżuri adatti sabiex jelimina l-periklu.


  • Nissorveljaw is-suq : Ir-regoli waħedhom mhumiex biżżejjed. Dawn għandhom jiġu infurzati. Din ir-responsabbiltà taqa’ fuq spallejn l-Istati Membri. Għalhekk, kull Stat Membru nnomina l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza tas-suq. Dawn xogħolhom jiċċekkjaw li l-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-sigurtà, u fin-nuqqas ta' dan, l-awtoritajiet ikollhom is-setgħa jieħdu azzjonijiet korrettivi, iġibu l-prodotti f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, jew jimponu l-penali skond ma jkun meħtieġ.


  • Nużaw l-istandards : L-iżvilupp ta’ l-istandards Ewropej huwa mod kif nassistu fil-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej. L-istandards Ewropej huma ftehimiet volontarji li jiddefinixxu l-kriterji għall-prodotti u s-servizzi.


  • Niġbru l-informazzjoni : Sabiex il-politika dwar il-konsumatur tkun effettiva fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-oġġetti u s-servizzi, jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni u dejta relevanti sabiex jiġu identifikati l-kategoriji ta' prodotti li jkunu qed jikkawżaw il-problemi. Dan jinkludi l-ġbir tad-dejta mid-dipartimenti ta' l-emerġenza fl-isptarijiet dwar korrimenti konnessi ma’ prodotti perikolużi.


  • Aħna nikkooperaw fuq livell internazzjonali : Fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti, naħdmu kemm mar-regolaturi u l-awtoritajiet ta' l-infurzar, kif ukoll mar-rappreżentanti kummerċjali u tal-konsumaturi madwar id-dinja.


  • Il-kimiċi : jiffurmaw parti minn ħajjitna ta’ kuljum. Dawn itejbulna saħħitna u l-kwalità ta’ ħajjitna, p.eż. permezz tal-farmaċewtiċi. Madankollu, il-kimiċi jistgħu jippreżentaw riskji għal saħħet il-bniedem u l-ambjent. Sabiex dan ir-riskju jitnaqqas kemm jista’ jkun, jeħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar l-effetti negattivi fuq il-bnedmin. Il-Kummissjoni, għalhekk, nediet proġett sabiex tiżviluppa sistema ta’ informazzjoni Ewropea dwar ir-riskji mill-kimiċi fil-prodotti offruti lill-konsumatur.
    Aqra aktar .

X’jiġri jekk jinqabad prodott li ma jkunx sigur?

  • Min-naħa tagħna, nirreaġixxu minnufih: Fil-livell ta’ l-UE ġew stabbiliti diversi mekkaniżmi u proċeduri sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti fis-sorveljanza tas-suq tal-prodotti. Is- Sistema Rapida ta’ Twissija (RAPEX – Rapid Alert System) hija waħda fosthom. Din tippermetti li l-informazzjoni dwar prodotti li jkunu qed jippreżentaw riskji serji tingħadda bil-ħeffa.

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
   
requires javascript

Responsible Unit B3