Language selector

 
left
  Prodotti li mhumiex siguri – ħarsa ġeneralislide
right
transtrans
 

Jekk xi prodott fis-suq Ewropew jikkawża riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, tista’ tittieħed azzjoni fuq tliet livelli differenti sabiex jiġi eliminat dak il-periklu.

Azzjonijiet fil-livell ta’ l-Istati Membri (RAPEX)

X’inhi r-RAPEX?

Ir-RAPEX hija sistema rapida ta’ twissija Ewropea għall-prodotti perikolużi li mhumiex oġġetti ta’ l-ikel. Din tiżgura li l-informazzjoni dwar prodotti perikolużi identifikati fl-Istati Membri tiċċirkola malajr bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Kif taħdem ir-RAPEX?

  • Meta xi prodott (p.eż. ġugarelli, oġġetti li jintużaw fit-trobbija tat-tfal, jew makkinarju tad-dar) jinstab li huwa perikoluż, l-awtorità nazzjonali kompetenti tieħu l-azzjoni li tkun tixraq sabiex jitneħħa r-riskju. Tista’ tiġbor il-prodott lura mis-suq, titlob lill-konsumaturi jirritornawh jew tippubblika twissijiet. Il- Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali , imbagħad, jinforma lill-Kummissjoni Ewropea (id-Direttorat-Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur) dwar il-prodott, ir-riskji li jippreżenta lill-konsumaturi u l-miżuri mittieħda mill-awtorità bil-għan li tevita r-riskji u l-inċidenti.

  • Il-Kummissjoni Ewropea xxerred it-tagħrif li jkun waslilha fost il-Punti tal-Kuntatt Nazzjonali tal-pajjiżi kollha l-oħra ta’ l-UE. Barra minn hekk toħroġ fuq l-internet pubblikazzjonijiet ta’ kull ġimgħa li jagħtu ħarsa ġenerali lejn il-prodotti perikolużi u l-miżuri mittieħda sabiex jiġu eliminati r-riskji

  • Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali f’kull pajjiż ta’ l-UE jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli jiċċekkjaw jekk prodott li jkun għadu kif ġie nnotifikat bħala perikolużi ikunx preżenti fis-suq. Jekk jirriżultalhom li iva, l-awtoritajiet jieħdu xi miżuri sabiex jeliminaw ir-riskju, jew billi jobbligaw li l-prodott jinġabar lura mis-suq, jew li jintalab lura minn għand il-konsumaturi inkella billi joħorġu twissijiet.

Azzjonijiet fil-livell tan-Negozju

Il-produtturi u d-distributuri għandhom jinfurmaw l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn jintebħu (jew imisshom jintebħu) li prodott li jkun poġġew fis-suq (p.eż. ġugarell jew xi makkinarju li jaħdem bl-elettriku) ikun perikoluż. Dan ifisser li l-produtturi u d-distributuri iġorru l-ewwel responsabbiltà sabiex jiġu evitati kwalunkwe riskji li jippreżentaw il-prodotti perikolużi li jpoġġu fis-suq. Il-Linjigwida jiddeskrivu meta, kif u lil min għandhom jinnotifikaw il-produtturi u d-distributuri.

Azzjonijiet fil-livell Komunitarju

Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tadotta Deċiżjoni formali li tobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxu t-tpoġġija fis-suq ta' xi prodott li ma jkunx sigur, jitolbuh lura minn għand il-konsumaturi jew jiġbruh lura mis-suq. Jistgħu jittieħdu Deċiżjonijiet ta’ dan it-tip fil-livell Komunitarju:

  • meta l-Istati Membri jkollhom strateġiji differenti sabiex jittrattaw ir-riskji li jippreżentaw it-tali prodotti perikolużi,
  • meta r-riskju mill-prodott jagħmel it-teħid tat-tali Deċiżjoni kwistjoni ta' emerġenza, u meta m’hemm l-ebda liġijiet Komunitarji oħra li jittrattaw dak ir-riskju, u
  • meta dawn id-Deċżjonijiet ikunu l-aktar mod effettiv biex jiġi eliminat ir-riskju.

Deċiżjoni ta’ dan it-tip iddum tgħodd biss għal perjodu massimu ta’ sena. S'issa, ittieħdu żewġ Deċiżjonjiet ta' dan it-tip fil-livell Komunitarju:

  • Id-Deċiżjoni dwar il-Phthalates (kimiċi li jintużaw biex irattbu l-plastiks)

    Fl-1999, xi Stati Membri esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-effetti negattivi li l-phthalates jafu jħallu fuq saħħet it-tfal. Dan wassal għal Deċiżjoni li pprojbiet temporanjament l-użu ta’ sitt phthalates fil-ġugarelli u oġġetti li jintużaw fit-trobbija tat-tfal. Minħabba l-istatus temporanju tagħha, id-Deċiżjoni kellha tiġi aġġornata regolarment. Sadanittant, l-istati Membri implimentaw ukoll miżuri nazzjonali li jipprojbixxu l-użu tal-phthalates fil-ġugarelli.

    Deher fiċ-ċar li kien hemm il-ħtieġa ta projbizzjoni permanenti meta sensiela ta' evalwazzjonijiet tar-riskji kkonfermat it-tħassib dwar is-sigurtà. F'Lulju 2005, l-użu tal-phthalates fil-ġugarelli ġie projbit permezz ta' Direttiva permanenti.
  • Deċiżjoni dwar il-lajters

    Fil-11 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li, mill-11 ta' marzu 2007 ’il quddiem, il-lajters tas-sigaretti tat-tip li jintremew wara li jintużaw li jitpoġġew fis-suq ta' l-UE jridu jkunu reżistenti għat-tfal. Mill-istess data, id-Deċiżjoni tipprojbixxi wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ lajters li jixbħu oġġetti li huma partikolarment attraenti għat-tfal. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jeskludi l-lajters ta’ preġju u dawk parzjalment ta’ preġju, għalkemm dawn ukoll għandhom jikkonformaw ma' l-obbligi ġenerali dwar is-sigurtà li jirrigwardjaw dawn it-tipi ta' prodotti kollha. Aktar tagħrif


In-notifika ta' prodotti perikolużi minn produtturi u distributuri
Fuljett imħejji mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippromwovi l-obbligu tal-produtturi u d-distributuri li jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri dwar prodotti perikolużi mqiegħda fis-suq ta' l-UE

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
   
requires javascript

Responsible Unit B3