This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  Children’s toysslide
right
transtrans
 

Ġugarelli tat-tfal
Prodotti perikolużi
Kooperazzjoni internazzjonali
Kimiki

Ġugarelli tat-tfal

"Kif inkun naf li l-ġugarelli tat-tfal tiegħi huma sikuri?"

Anne, omm friska li tgħix f'Limerick, l-Irlanda, flimkien mar-raġel tagħha u t-tarbija tagħha ta' 18-il xahar Sean. Issa Sean qed jikber u Anne trid tassigura ruħha li l-ġugarelli li jilgħab bihom binha huma sikuri.

"Kull Milied, fix-xandir nisimgħu bi stejjer tal-waħx dwar ġugarelli perikolużi li jinsabu fis-suq li jistgħu joqtlu jew iweġġgħu serjament lit-tfal. Kif nista' jien, bħala ġenitur, inkun naf jekk il-ġugarelli li nixtri għat-tifel tiegħi jagħmlulux il-ħsara?"

Ladarba Anne tgħix fl-Unjoni Ewropea, mgħandix għalfejn tinkwieta dwar is-sikurezza tal-ġugarelli li jinxtraw minn manifatturi ta' fama tajba. Ir-regoli ta' l-UE dwar is-sigurtà tal- prodotti jistipulaw li r-reponsabbiltà hija f'idejn il-produtturi u d-distributuri biex ipoġġu fis-suq prodotti sikuri biss. Barra minn hekk, jekk jinstabu xi prodotti difettużi minnufih jittieħdu miżuri ta' protezzjoni. Il-ġugarelli, il-kożmetiċi u t-tagħmir elettroniku għandhom ikunu konformi ma' ħtiġijiet addizzjonali ta' sigurtà.

L-awtoritajiet ta' sorveljanza f'kull pajjiż ta' l-UE hija responsabbli li tassigura li l-prodotti jissodisfaw il-miżuri tas-sigurtà. Jekk il-prodotti ma jkunux konformi, l-awtoritajiet jistgħu jneħħuhom mis-suq, jirtirawhom mill-ħwienet, joħorġu twissijiet dwarhom jew jieħdu kwalunkwe miżura oħra xierqa.

Wara l-irtirar riċenti tal-ġugarelli u l-kriżi tas-sigurtà tal-prodotti impurtati miċ-Ċina, il-Kummissarju Meglena Kuneva stipulat serje ta' inizjattivi biex jagħtu spinta lill-effettività tas-sistema Ewropea tas-sigurtà tal-prodotti. Il-Kummissjoni għamlet l-ewwel eżerċizzju ta' rendikont, li r-riżultati tiegħu ġew ippreżentati fit-22 ta' Novembru 2007. Fost il-miżuri ta' prijorità li se jitmexxew 'il quddiem fix-xhur li ġejjin hemm: verifika fid-dettall ta' miżuri ta' sigurtà min-negozji fil-katina ta' provvista tal-ġugarelli (li tkun lesta fl-ewwel tliet xhur ta' l-2008); sensiela ta' miżuri speċifiċi biex tkun rinforzata s-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju minn awtoritajiet nazzjonali tas-soveljanza tas-suq u d-dwana - fosthom miżura mmirata apposta mill-Kummissjoni li tkun titlob twissijiet xierqa dwar il-perikli tal-kalamiti fil-ġugarelli. Iż-żieda fil-kooperazzjoni maċ-Ċina u l-Istati Uniti se tibqa' prijorità. Iċ-Ċina se ddaħħal sistema domestika ta' alerta fuq il-mudell tas-sistema RAPEX biex ikun ikkoordinat ix-xogħol mar-reġjuni u tiżdied il-kooperazzjoni effettiva.

Evaluating Business safety measures in the toy supply chainEN - Final report pdf


 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2