This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  Prodotti Perikolużi slide
right
transtrans
 

Ġugarelli tat-tfal
Prodotti perikolużi
Kooperazzjoni internazzjonali
Kimiki

Prodotti Perikolużi

"X'qed tagħmel l-UE biex tipproteġini minn prodotti perikolużi?"

Jekk jinstab prodott perikoluż f'pajjiż, it-tagħrif dwar il-prodott jintbgħat fil-pajjiżi l-oħra ta' l-UE permezz tas-sistema ta' twissija rapida “RAPEX” (Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Prodotti Mhux Alimentari). Is-sistema tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej sabiex tidentifika l-prodotti perikolużi u tneħħihom malajr kemm jista' jkun mis-suq. Sistema simili msejħa "RASFF" (Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf) hija mfassla għall-ikel.

Xi kategoriji ta' prodotti u sustanzi li jġibu magħhom riskju għas-sigurtà jew is-saħħa jistgħu jiġu projbiti mis-suq ta' l-UE. L-użu ta' rattaba tal-plastik imsejħa ftalati (phthalates), li jistgħu jkunu tossiċi meta jiġu inġeriti mit-tfal, ġie ipprojbit fil-manifattura tal-ġugarelli sa minn tmiem is-snin disgħin.

Fl-2006, il-Kummissjoni Ewropea pprojbiet ukoll il-bejgħ ta' lajters li jintremew wara l-użu li mhumiex mgħammra b'mekkaniżmu li huwa reżistenti għat-tfal.

Din id-deċiżjoni ġiet emendata fit-12 ta' April 2007.

Fid-29 ta' Novembru 2007, l-Istati Membri ta' l-UE ħaddnu l-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropea biex jitfasslu proposti għal standard li jiġġieled kontra l-kawża prinċipali ta' fatalitajiet ta' ħruq fid-djar kull sena. L-istandard il-ġdid se jeħtieġ li l-kumpaniji tat-tabakk ibiegħu biss sigaretti li għandhom rekwiżit ta' sigurtà fit-tfassil tagħhom sabiex ikunu jistgħu jintfew aktar malajr jekk jitħallew x'imkien mixgħulin. Fir-Rebbiegħa ta' l-2008, il-Kummissjoni Ewropea se tieħu deċiżjoni formali dwar il-mandat għal standard.

Għal aktar tagħrif jekk jgħoġbok żur din il-paġna: : Il-leġiżlazzjoni dwar il-lajters

Prodotti li jixbħu l-ikel u l-kalamiti

Għandna wkoll id-Direttiva dwar l-imitazzjonijiet perikolużi li tipprojbixxi l-bejgħ, l-importazzjoni u l-manifattura ta' prodotti li jixbhu prodotti alimentari iżda li filfatt mhumiex tajbin għall-ikel, u dwar il-kalamiti.

Fl-assenza ta' rekwiżiti ta' sigurtà speċifiċi għall-kalamiti fil-ġugarelli u bi stennija għar-reviżjoni ta' l-istandard relevanti, fl-2008 il-Kummissjoni se tuża d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti biex tħejji abbozz għal miżura apposta, li tkun titlob twissijiet xierqa dwar il-perikli tal-kalamiti fil-ġugarelli.

Aktar tagħrif: Id-Direttiva dwar l-imitazzjonijiet perikolużi li tipprojbixxi l-bejgħ, l-importazzjoni u l-manifattura ta' prodotti li jixbhu prodotti alimentari iżda li filfatt mhumiex tajbin għall-ikel


 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2