This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  Prattiċi kummercjali inġustislide
right
transtrans
 

Garanziji tal-prodotti
Servizzi finanzjarji
Kreditu tal-konsumaturi
Prattiki kummerċjali inġusti
L-Enerġija
Għajnuna u pariri
Kun af aktar

Minn Diċembru 2007, il-prattiċi kummerċjali inġusti huma pprojbiti skond il-liġi Ewropej. Id-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Inġusti tinkludi 'lista sewda' ta' prattiċi inġusti pprojbiti. Ara l- fuljett PDF għal aktar eżempji li niltaqgħu magħhom ta' kuljum.

Riklamar abbużiv
Negozjant li jiddikjara l-effett ta' prodott għandu jkun kapaċi jagħti evidenza – kull fejn in-negozjant ta' l-UE huwa bbażat. Per eżempju, huwa illegali li waqt il-bejgħ jiġi ddikjarat li prodott jista’ jfejjaq xi marda jekk ma hemm l-ebda prova xjentifika li ssostni din id-dikjarazzjoni.

Prattiċi aggressivi
Is-sinjura Rouveure qabbdet plamer jirranġalha radjatur difettuż. Inizjalment kienet infurmata li x-xogħol se jiġi jiswa €80. Madankollu, minflok irċeviet kont ta' €450. Meta rrifjutat tħallas l-ammont miżjud, il-plamer neħħa l-provvista tagħha ta' ilma sħun. F'dan il-każ, il-plamer uża l-pożizzjoni ta' poter tiegħu fuq il-konsumatur, li hija ħaġa illegali skond il-liġi Ewropea.

Bejgħ aggressiv bieb bieb
Bejjiegħ jiġi fuq l-għatba ta' biebek u jipperswadik tixtri b'mod aggressiv billi per eżempju jinjora t-talba tiegħek biex jitlaq. Imġiba bħal din hija prattika aggressiva illegali u hija pprojbita.

Aktar tagħrif: Prattiċi kummerċjali inġusti - www.isitfair.eu

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2