This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  Għajnuna u parirslide
right
transtrans
 

Garanziji tal-prodotti
Servizzi finanzjarji
Kreditu tal-konsumaturi
Prattiki kummerċjali inġusti
L-Enerġija
Għajnuna u pariri
Kun af aktar

"Min jista' jgħini jekk ikolli problema ma' negozjant f'pajjiż ieħor?"

Michel, li jgħix Franza ordna kamera diġitali minn sit web Ġermaniż. Hu ħallas €300 bil-quddiem għall-kamera u mbagħad ġie infurmat li n-negozjant Ġermaniż bgħat il-kamera bil-posta. Madankollu, il-kamera qatt ma waslet. Bosta drabi Michel prova jikkuntattja lin-negozjant iżda ma kellu l-ebda tweġiba. Hu rrikorra għand iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur (ECC) fi Franza għall-għajnuna . L-ECC Franċiż innegozja ma' l-entità Ġermaniża tal-konsumaturi onlajn, li kellha l-abbiltà li tirrikorri direttament għand in-negozjant. Peress li n-negozjant ma kellu l-ebda prova postali, kien obbligat li jipprovdi kamera ġdida lil Michel.

Riżoluzzjoni tad-tilwim

Jekk għandek xi tilwima ma' kummerċjant li għadha mhix solvuta, tiddisprax! Hemm għadd ta' għażliet disponibbli biex tingħata parir jew għajnuna.

Pass 1: Ħu parir

Bħala l-ewwel pass, hemm numru ta' postijiet u organizzazzjonijiet fejn tista' tirrikorri għal parir.

  1. L-assoċjazzjoni nazzjonali tal-konsumatur f'pajjiżek.
    Tista' ssib l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-konsumatur hawnhekk


  2. In-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECC-Net)

    Dan in-netwerk ta' ċentri tal- konsumatur għall-pariri jgħinu speċifikament lil dawk li għandhom xi lmenti dwar xiri transkonfinali. Dan twaqqaf f'Jannar 2005 mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali. Iċ-ċentri jagħtu informazzjoni u pariri dwar problemi relatati ma' xiri transkonfinali u jintervjenu malli jkun hemm xi problemi.
    Aktar tagħrif: In-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECC-Net)


  3. FIN-NET: Netwerk biex jissolvu argumenti finanzjarji transkonfinali barra l-qorti

    Fl-2001, il-Kummissjoni nediet netwerk madwar l-Ewropa sabiex jittranġaw argumenti finanzjarji transkonfinali barra l-qorti. Dan in-netwerk imsejjaħ FIN-NET jimmira li jiffaċilita r-riżoluzzjoni ta' argurmenti barra l-qorti meta l-konsumatur jew il-fornitur tas-servizz finanzjarju (bank, kumpanija ta' l-assigurazzjoni, eċċ) ikunu minn pajjiżi differenti ta' l-UE. Joffri lill-konsumatur mod alternattiv kif isolvi l-argumenti b'mod aktar mgħaġġel, orħos u b'faċilità u jista' jnaqqas il-bżonn li l-individwu jmur il-qorti.
    Aktar tagħrif: FIN-NET: Netwerk biex jissolvu argumenti finanzjarji transkonfinali barra l-Qorti


  4. Solvit: Soluzzjoni ta' problemi fis-suq waħdieni

    Solvit huwa netwerk li jsolvi l-problemi onlajn fejn il-pajjiżi ta' l-UE jaħdmu flimkien biex isolvu problemi kkawżati mill-applikazzjoni ħażina tar-regoli tas-suq waħdieni mill-awtoritaijiet pubbliċi. In-netwek jindirizza każijiet li jinkludu n-nuqqas ta' rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali f'pajjiż ieħor, problemi bir-reġistrazzjoni tal-karozzi, permessi ta' residenza jew aċċess ta' prodotti għas-suq.
    Aktar tagħrif: Is-sit web ta' SOLVIT


Pass 2: Ħu azzjoni

Jekk l-arranġamenti man-negozjanti tiegħek fallew u tixtieq tieħu passi ulterjuri, tista' tikkunsidra żewġ azzjonijiet:

  1. Tressaq azzjoni legali fil-qrati nazzjonali

    jew

  2. Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

    ADRs huma skemi mibnija biex jgħinu jsolvu t-tilwin mingħajr ma jkun hemm il-bżonn ta' proċeduri twal u li jiswew il-flus fil-qorti. L-ECCS jistgħu jagħtuk parir dwar dwak l-ADRs li jilħqu l-istandards ta' l-UE. Il-biċċa l-kbira ta' l-iskemi jużaw parti terza, bħala per eżempju arbitru, medjatur jew ombudsman biex jgħinu lilek u lin-negozjant issibu soluzzjoni. It-tipi prinċipli ta' ADRs li jittrattaw it-tilwin tal-konsumatur huma il-konċiljazzjoni, l-arbitraġġ jew il-medjazzjoni. Normalment, dawn jiġu pprovduti mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ.

Aktar tagħrif: Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2