This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  Servizzi finanzjarjislide
right
transtrans
 

Garanziji tal-prodotti
Servizzi finanzjarji
Kreditu tal-konsumaturi
Prattiki kummerċjali inġusti
L-Enerġija
Għajnuna u pariri
Kun af aktar

"Għadni kif xtrajt polza ta' l-assigurazzjoni fuq il-ħajja minn fuq l-internet, u issa reġa' bdieli. Nista nikkanċellaha?"

Waqt li kien qed iqalleb fl-internet,Matt mil-Lussemburgu ra reklam li offra polza ta' l-assigurazzjoni fuq l-ħajja irħas minn dik li għandu. Hu ddeċieda li japplika għal assigurazzjoni li tkopri 20 sena. Madankollu, meta aktar tard ċċekkja poloz oħra, hu ra li ħallas iżżejjed u jista' jakkwista prezz aħjar.

"M'hemm xejn ħażin f'dak li xtrajt, iżda ħadt deċiżjoni mgħaġġla u issa nixtieq inbiddilha. Huwa possibbli?"

Il-każ ta' Matt huwa kopert mil-liġijiet Ewropej dwar il-bejgħ b'distanza tas-servizzi finanzjarji. Il-liġi tistipula li jkollu 30 ġurnata cooling off period (għall-assigurazzjoni tal-ħajja jew pensjonijiet personali) fejn hu jista' jitira mill-kuntratt. Matul dan iż-żmien, hu jista' jinforma lil min jipprovdi l-assigurazzjoni li jixtieq jitira u jirċievi l-flus li jkun ħallas lura. L-individwu għandu jiġi mgħarraf dwar dan qabel ma jiffirma l-kuntratt u dan għandu jkun imniżżel fid-dokumenti li jirċievi.

Attwalment, il-konsumaturi qed jirċievu offerti kummerċjali aktar minn qatt qabel – kemm bil-posta, permezz tat-telefown jew fuq l-internet. Dawn it-tekniki differenti ta' "bejgħ b'distanza" jistgħu jidhru li joffru ffrankar fin-nefqa tal-konsumaturi. Iżda, migħajr il-bejgħ wiċċ imb'wiċċ, hemm inqas opportunitajiet ta' mistoqsijiet jew li tassigura li tassew sodisfatt b'dak li qed tixtri. Il-liġi Ewropea dwar il-bejgħ b'distanza tas-servizzi finanzjarji timmira li tipproteġik billi:

  • tipprjobixxi prattiki ta' bejgħ abbużiv li jfittxu li jobbligaw lill-konsumaturi li jixtru xi servizz li ma jkunux staqsew għalih.
  • tirrestrinġi prattiki oħra bħal per eżempju telefonati jew emails mhux mixtieqa ('codcalling' jew 'spamming);
  • tobbliga lill-intrapriżi tas-servizzi finanzjarji biex jipprovdu lill-konsumaturi bit-tagħrif neċessarju kollu qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, ikunu inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur, il-prezz u l-arraġamenti tal-ħlas, id-drittjiet u l-obbligi kuntrattwali u r-riżultat tas-servizz offrut;
  • Tagħti dritt lill-konsumatur li jirtira mill-kuntratt matul il-perjodu cooling-off, normalment għal 14-il ġurnata iżda jitla' għal 30 ġurnata f'każ ta' assigurazzjoni tal-ħajja u pensjonijiet personali.




Aktar tagħrif: Id-drittijiet ta' l-UE dwar il-bejgħ b'distanza ta' servizzi finanzjarji

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2