This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  Il-kreditu tal-konsumaturslide
right
transtrans
 

This page has moved ! If you are not redirected please click here
Garanziji tal-prodotti
Servizzi finanzjarji
Kreditu tal-konsumaturi
Prattiki kummerċjali inġusti
L-Enerġija
Għajnuna u pariri
Kun af aktar

"Kif nista' nkun naf li qed nagħmel l-aħjar deċiżjoni meta nissellef il-flus?"

Yiannis, mill-Greċja, ried jixtri dgħajsa bil-mutur biex jżur il-gżejjer Griegi mat-tifel tiegħu. Ma rnexxilux iġemma' biżżejjed flus mil-paga u għalhek ħaseb biex jissellef il-flus.

"Li nissellef il-flus ifisser li jkolli biżżejjed biex nixtri d-dgħajsa mal-ewwel u mbagħad inħallas il-flus fuq perjodu ta' żmien. Iżda kif nista' nkun ċert li qed nieħu l-aħjar għażla?"

L-opportunità li tissellef il-flus (kreditu tal-konsumatur) huwa mod utli għall-konsumaturi biex jixtru oġġetti bħal karozzi, vjaġġi, għamara jew ħwejjeġ mingħajr il-bżonn li jħallsu l-ammont sħiħ bil-quddiem. Madankollu, esponiment żejjed għall-kreditu jista' jkun riskju wkoll.

Meta tissellef il-flus, bħala konsumatur għandek ċertu drittijiet minimi, kull fejn tkun fl-UE. Il-leġiżlazzjoni Ewropea tipprovdi ċerti obbligi għal min isellef li jkopru kemm it-termini tal-ftehim għall-kreditu (p.e. id-dritt ta' ħlas minn qabel) u t-tagħrif li int intitolat li tirċievi.

Sa mhux aktar tard minn Mejju 2010, wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva ġdida dwar il-Kreditu tal-Konsumatur fil-liġi nazzjonali, il-pożizzjoni tiegħek bħala konsumatur tkun imsaħħa: .

  • Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, il-kreditur ikollu jipprovdik b'lista komprensiva ta' informazzjoni dwar il-kreditu. Din l-informazzjoni trid tingħatalek bħala formola standard (Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur). Tinkludi ir-Rata Annwali ta’ Perċentwal tal-Ħlas, jiġifieri ċifra waħda li tirrappreżenta l-ispiża tal-kreditu.
  • Il-kreditur ikollu jindika l-informazzjoni ewlenija fil-kuntratt.
  • Jekk jerġa' jibdielek u ma tkunx trid tieħu l-kreditu, ikollok dritt tmur lura mill-ftehim tal-kreditu bla ma tagħti raġuni sa 14-il jum wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
  • Ikollok dritt terġa' tħallas il-kreditu qabel iż-żmien imniżżel fil-kuntratt, filwaqt li l-kreditur għandu d-dritt jitolbok kumpens li jkun ġust u objettivament ġustifikat.

Aktar tagħrif: Id-drittijiet ta' l-UE dwar il-kreditu tal-konsumatur

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2