This site was  archived on 27/06/14
27/06/14
Visit the new website!

Language selector

 
left
  L-Ivvjaġġar bl-annimalislide
right
transtrans
 

Pakkett tal-btala
Timeshare
L-ivvjaġġar bl-ajru
L-ivvjaġġar bl-annimali
Kun għaqli! Ħares lilek innifsek mix-xemx das-Sajf!

"Nista' nieħu l-klieb tiegħi għal btala miegħi?"

Roberta hija Taljana li taħdem Madrid bħala għalliema. Dan is-sajf tixtieq iżżur il-ġenituri tagħha f'Firenze, iżda dan l-aħħar xtrat żewġt iklieb u ma tafx jekk tistax teħodhom magħha għall-vjaġġ.

"Tassew nixtieq li meta mmur lura l-Italja l-ġenituri tiegħi jaraw il-klieb. Huwa permess li l-annimali domestiċi jivvjaġġaw fl-UE? X'għandi bżonn biex neħodhom miegħi?"

Issa sar aktar faċli biex tieħu l-annimal domestiku miegħek meta tivvjaġġa bejn pajjiżi ta' l-UE. Għal qtates, klieb u insma, issa teżisti leġiżlazzjoni armonizzata ta' l-UE għal bosta pajjiżi ta' l-UE, u għalhekk, kulma teħtieġ li tagħmel huwa li tassigura li l-annimal tiegħek għandu:

  • tilqima valida kontra r-ridrofobija (rabies);
  • transponder elettroniku jew tpinġija (tattoo) li tkun viżibbli;
  • passaport għall-annimali, li jista' jinħareġ mill-veterinarju tiegħek.

Għad-dħul fl-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit huwa meħtieġ test ulterjuri biex ikun assigurat li t-tilqim tar-ridrofobija kienet effettiva. It-trattament kontra l-qurdien u d-duda jistgħu jkunu neċessarji wkoll.

Tista' tuża wkoll il-passaport għall-annimali domestiċi jekk qed tivvjaġġa lejn jew minn wieħed mill-pajjiżi tal-viċinat ta' l-UE fejn l-istat tar-ridrofobija jaqbel ma' dak ta' l-UE (jiġifieri li huwa kkunsidrat li jkun taħt kontroll). Dawn jinkludu Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera, u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda li dejjem tieħu parir mingħand il-veterinarju tiegħek dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni jew ċ-ċirkostanzi individwali qabel ma ssiefer ma' l-annimal domestiku tiegħek.

Għall-annimali kollha għajr il-qtates, il-klieb u l-insma, hemm liġijiet nazzjonali f'kull pajjiż ta' l-UE.


Annimali fuq l-ajruplani

Jekk tixtieq tivvjaġġa bl-annimal domestiku tiegħek permezz ta' ajruplan, huwa essenzjali li tkellem lil-linja ta' l-ajru qabel ma tibbukkja biljett.

Il-linji ta' l-ajru għandhom kundizzjonijiet differenti għall-ivvjaġġar bl-annimali domestiċi, iżda ġeneralment jitolbuk li tassigura:

  • li l-annimal huwa f'kaxxa jew gaġġa ta' l-ivvjaġġar;
  • Li l-annimal domestiku ħa t-tilqim neċessarju kollu, għandu ċ-ċertifikati u l-permessi tad-dħul għall-pajjiż lejn fejn ikun qed jivvjaġġa;
  • li l-annimal huwa komdu u għandu biżżejjed spazju fil-gaġġa jew kaxxa u għandu biżżejjed ikel u/jew ilma għal matul il-vjaġġ.

Sadatant saru xi emendi:

Fit-8 ta' Ottubru, il-Kummissjoni Ewropea adotatt rapport lill-Parlament u l-Kunsill dwar il-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi fi ħdan u lejn l-UE.

Aktar tagħrif: Ir-rekwiżiti tas-saħħa applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi

L-ispiża

L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ma' l-annimali jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor u bejn metodi differenti tat-trasport. Madankollu, se jkollok bżonn tħallas miżata lill-veterinarju tiegħek għall-passaport ta' l-annimal domestiku u kwalunkwe trattament neċessarju.

Per eżempju, il-linji ta' l-ajru għandhom miżati differenti għall-ġarr ta' l-annimali. Xi wħud jistgħu jistaqsuk tħallas rati għal 'bagalji żejda' (per eż. €20 għal kull kilogramm). Oħrajn jitolbuk tħallas rata fissa, bħal per eżempju €50 għal kull rotta.

Aktar tagħrif: Mistoqsijiet u tweġibiet rigward il-passaport ta' l-annimali domestiċi

 
lefttranspright

 

  Print  
Public HealthFood SafetyConsumer Affairs
   
requires javascript

Consumers Affairs 2