Navigation path

Paġna ewlenija
X'inhi l-politika tal-kompetizzjoni?
Għaliex il-politika tal-kompetizzjoni hi importanti għall-konsumaturi?
Il-Kummissjoni kif tapplika l-politika tal-kompetizzjoni?
L-istituzzjonijiet tal-UE u l-politika tal-kompetizzjoni
Kuntatti

Riżultati għall-konsumaturi

Kuntatti u aktar tagħrif

1. X’nista’ nagħmel jekk nissuspetta li xi prattika kummerċjali tkun qed tirrestrinġi l-kompetizzjoni?
2. X’nista’ nagħmel jekk naħseb li l-kumpanija tiegħi tista’ tkun involuta f’kartell jew qiegħda tirrestrinġi l-kompetizzjoni b’xi mod jew ieħor?
3. Kif nista’ nressaq ilment jew suġġeriment dwar amalgamazzjoni kummerċjali lill-Kummissjoni Ewropea?
4. X’nista’ nagħmel jekk ikun hemm tfixkil tal-kompetizzjoni permezz ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat?
5. Fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?
6. Lil min nistaqsi mistoqsijiet dwar il-kompetizzjoni?
7. Lil min nista' nagħti rispons dwar dan is-sit web?
Aktar kuntatti


Fil-prattika ...

1. X’nista’ nagħmel jekk nissuspetta li xi prattika kummerċjali tkun qed tirrestrinġi l-kompetizzjoni?

Fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, tista’ tiltaqa’ ma’ sitwazzjonijiet fejn ikun hemm sinjali ta’ prattika kummerċjali li tista' tirrestrinġi l-kompetizzjoni, bħal ma huma dawk deskritti f’dan is-sit. Per eżempju, kien hemm kumpaniji li xi drabi rrifjutaw li jaċċettaw ordnijiet mingħand konsumaturi minn Stati Membri oħrajn. Din iċ-ċaħda tista’ tkun sinjal ta’ prattika restrittiva u illegali u inti jista’ jkun li tkun tixtieq tinforma lil xi awtorità għall-kompetizzjoni dwarhom.

  • Pass 1: Iddeċiedi lil liema awtorità għall-kompetizzjoni għandek tinforma

    Jekk is-sitwazzjoni li ltqajt magħha hija speċifika u limitata għall-pajjiż jew iż-żona fejn tgħix, jew tinvolvi sa mhux aktar minn tliet Stati Membri, tista’ bħala l-ewwel pass tkellem lil xi awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni. L-awtoritajiet għall-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-UE issa japplikaw l-istess regoli dwar il-kompetizzjoni bħall-Kummissjoni Ewropea u huma spiss ikunu f’pożizzjoni tajba biex jieħdu ħsieb il-problema tiegħek. Jekk taħseb li hemm numru ikbar ta’ Stati Membri involuti, tista’ tagħżel li tibda billi tikkuntattja l-Kummissjoni Ewropea. Anki jekk m’intix ċert dwar il-kuntest tal-problema, tibqax lura milli tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea jew lil xi awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni. L-awtoritajiet jikkooperaw bejniethom u jistgħu jallokaw il-każ li jista’ jqum mir-rapport tiegħek bejniethom kif xieraq.

  • Pass 2A: Jekk tixtieq tinforma lill-Kummissjoni Ewropea

    • Kif tirrapporta t-tħassib tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea

      Tista’ tirrapporta t-tħassib tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ e-mail lil comp-market-information@ec.europa.eu. Inkella, tista’ tikteb ittra lill-

      Kummissjoni Ewropea
      Directorate-General for Competition
      Antitrust Registry
      B-1049 Brussels
      Belgium

      Jekk jogħġbok agħti ismek u l-indirizz tiegħek, identifika d-ditti u l-prodotti kkonċernati u ddeskrivi b’mod ċar il-prattika li tkun osservajt. Dan jgħin lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiskopri problemi fis-suq u jista’ jkun il-punt tat-tluq għal investigazzjoni.

    • Biex tressaq lment formali quddiem il-Kummissjoni Ewropea

      Minflok tagħmel dan, tista’ tressaq ilment formali fil-każ li tkun ġejt milqut direttament minn prattika li tissuspetta li tista' tirrestrinġi l-kompetizzjoni u li inti tkun tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea informazzjoni speċifika dwarha. F’dan il-każ, ikun jinħtieġ li tirrispetta ċerti rekwiżiti legali li huma spjegati fid-dettall fin-Notifika tal-Kummissjoni dwar il-proċedura applikabbli għall-ilmenti (għal aktar informazzjoni ara http://europa.eu.int/dgcomp/ ).

      Tista’ wkoll tibgħat e-mail lil comp-market-information@ec.europa.eu biex tistaqsi għal aktar informazzjoni dwar it-tressiq ta’ lment formali.

    • Informa lil xi assoċjazzjoni tal-konsumatur

      Bħala konsumatur individwali, tista’ tinforma wkoll lil xi assoċjazzjoni tal-konsumaturi dwar l-osservazzjonijiet tiegħek. L-assoċjazzjoni tal-konsumaturi tista’ mbagħad tiddeċiedi li tiġbor l-informazzjoni li rċeviet mingħand konsumaturi differenti u tagħmel ilment uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea.

  • Pass 2B: Informa lil xi awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni

    L-awtoritajiet nazzjonali għall-kompetizzjoni fl-Istati Membri ta’ l-UE jistgħu jiġbru informazzjoni mingħand il-kumpaniji kkonċernati u jistgħu jieħdu passi biex isolvu l-problema jekk isibu li l-liġi ta’ l-UE dwar il-kompetizzjoni tkun ġiet miksura.

    Tajjeb li tinnota li l-proċeduri użati mill-awtoritajiet nazzjonali jiddependu fuq il-liġijiet nazzjonali tagħhom u jistgħu ivarjaw minn Stat Membru ta’ l-UE għal ieħor. Għalhekk, qabel ma’ tikkuntattja lil xi awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, jista' jkun f'waqtu li tagħti daqqa t’għajn lis-sit ta’ l-internet tagħha jew tistaqsi lill-awtorità kkonċernata dwar kif l-aħjar li tirrapporta t-tħassib tiegħek.

top

2. X’nista’ nagħmel jekk naħseb li l-kumpanija tiegħi tista’ tkun involuta f’kartell jew qiegħda tirrestrinġi l-kompetizzjoni b’xi mod jew ieħor?

Jekk il-kumpanija tiegħek tiddeċiedi li tibbenefika mill-politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar kumpaniji f’kartell li jagħtu informazzjoni interna dwar l-eżistenza ta’ dak il-kartell, inti tkun tista’ tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea direttament jew permezz ta’ intermedjarju, bħal konsulent legali.

Applikazzjonijiet għall-immunità jew għal multi mnaqqsa skond din il-politika għandhom jintbgħatu lin-numru tal-fax iddedikat għalihom:

(32-2) 29-94585

Dan jjżgura li l-ħin u d-data preċiżi tal-kuntatt ikunu mniżżla u li l-informazzjoni tiġi trattata bl-akbar kunfidenzjalità. Jekk ikun meħtieġ, il-kuntatt inizjali jista’ jsir ukoll permezz tan-numri tat-telefon li ġejjin u li huma ddedikati għal hekk:

(32-2) 29-84190 jew (32-2) 29-84191.

Skond din il-politika, l-ewwel kumpanija li tagħti provi ta’ kartell li m’huwiex magħruf mill-Kummissjoni Ewropea jew li m’huwiex ippruvat minnha tista’ tirċievi immunità totali mill-multi. Kumpaniji li jressqu applikazzjonijiet aktar tard jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fil-multi.

Jekk inti impjegat jew kont impjegat ma’ kumpanija li inti taħseb li qiegħda tirrestrinġi l-kompetizzjoni b’xi mod jew ieħor, tista’ tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea permezz tan-numri tat-telefon t'hawn fuq u li huma ddedikati għal hekk biex twassal xi informazzjoni u provi li jista’ jkollok dwar dan. L-identità tiegħek ma’ tiġix żvelata mingħajr il-kunsens tiegħek. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni u l-provi li inti tipprovdi, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tiddeċiedi li tiftaħ investigazzjoni.

Kif nista’ nressaq ilment jew suġġeriment dwar amalgamazzjoni kummerċjali lill-Kummissjoni Ewropea?

top

3. Kif nista’ nressaq ilment jew suġġeriment dwar amalgamazzjoni kummerċjali lill-Kummissjoni Ewropea?

Fil-każ li tkun tixtieq tressaq ilment jew suġġeriment dwar xi amalgamazzjoni kummerċjali, tista’ tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ e-mail fuq l-indirizz comp-mergers@ec.europa.eu jew billi tikteb lil:

European Commission
Directorate-General for Competition
Merger Registry
B-1049 Brussels
Belgium

top

4. X’nista’ nagħmel jekk ikun hemm tfixkil tal-kompetizzjoni permezz ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat?
  • Ressaq ilment formali

    Jekk temmen li l-kompetizzjoni tkun qed tiġi mfixkla permezz ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat inti tista’ tressaq ilment lill-Kummissjoni Ewropea. Formola speċjali u aktar informazzjoni huma disponibbli fuq din il-paġna

  • Informa lill-Kummissjoni Ewropea waqt investigazzjoni formali

    Tista’ wkoll issemma leħnek meta l-Kummissjoni tiftaħ proċedura għal investigazzjoni formali. Il-Kummissjoni dejjem ikollha tieħu dan il-pass ta' proċedura meta jkun hemm dubju dwar jekk xi għajnuna mill-Istat tistax tiġi aċċettata. Tiġi ppubblikata ittra fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, li tispjega d-diffikultajiet li għandha l-Kummissjoni fl-approvazzjoni ta’ l-għajnuna u li tistieden lill-partijiet interessati biex jagħmlu l-kummenti tagħhom.

    L-ittri ppubblikati jinsabu wkoll fuq is-sit web tal-Kompetizzjoni, f'paġna speċjali li fiha l-informazzjoni ppubblikata fuq il-Ġurnal Uffiċjali relatata ma' l-għajnuna ta' l-Istat.

top

5. Fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni?

top

6. Lil min nista' nistaqsi domanda speċifika dwar il-kompetizzjoni?

Jekk ikollok mistoqsija speċifika dwar il-politika tal-kompetizzjoni għandek tuża dawn il-kaxxi postali apposta: :

top

7. Lil min nista' nagħti rispons dwar dan is-sit web?

Int mistieden tgħid x'jidħirlek, partikolarment jekk għandek xi ideat li jistgħu jtejjbu t-tagħrif provdut f'dawn il-paġni. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-webmasters comp-web@ec.europa.eu

top

Aktar kuntatti