Navigation path

Paġna ewlenija
X'inhi l-politika tal-kompetizzjoni?
Għaliex il-politika tal-kompetizzjoni hi importanti għall-konsumaturi?
Il-Kummissjoni kif tapplika l-politika tal-kompetizzjoni?
L-istituzzjonijiet tal-UE u l-politika tal-kompetizzjoni
Kuntatti

Riżultati għall-konsumaturi

Ftehimiet antikompetittivi

Il-kumpaniji jistgħu jgħawwġu l-kompetizzjoni billi jikkoperaw mal-kompetituri, jiffissaw il-prezzijiet jew jaqsmu s-suq b'mod li kull wieħed ikollu monopolju fuq parti mis-suq. Il-ftehimiet anitkompetittivi jistgħu jkunu magħrufa jew segreti (pereżempju il-kartelli). Jistgħu jkunu miktuba (jew bħala "ftehim bejn il-kumpaniji" jew fid-deċiżjonijiet jew ir-regoli tal-assoċjazzjonijiet professjonali) jew jistgħu jsiru arraġamenti inqas formali.

Għalfejn il-kartelli huma daqshekk ħżiena u kif tinduna bihom?

Il-kumpaniji f'kartelli li jikkontrollaw il-prezzijiet jew jaqsmu s-swieq huma protetti mill-pressjoni kompetittiva biex iniedu prodotti ġodda, itejbu l-kwalità u jżommu l-prezzijiet baxxi. Il-konsumaturi jispiċċaw iħallsu iktar għall-inqas kwalità.

Il-kartelli huma illegali skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE, u l-Kummissjoni titlob multi għolja lill-kumpaniji involuti. Billi l-kartelli huma illegali, ġeneralmenti huma sigrieti ħafna u diffiċli jinstabu provi.

Il-'programm ta' klemenza' tal-Kummissjoni jinkoraġġixxi lill-kumpaniji biex jipprovdu provi minn ġewwa tal-kartelli. L-ewwel kumpanija f'kartell li tagħmel dan ma tħallasx multa. Il-politika kellha suċċess kbir fit-tkissir ta' kartelli.


Il-kumpaniji jilħqu ftehimiet kulljum. Kollha illegali?

Il-ftehimiet huma kważi dejjem illegali jekk il-parteċipanti jiftehmu li:

  • jiffissaw il-prezzijiet
  • jillimitaw il-produzzjoni
  • jaqsmu s-swieq jew il-klijenti
  • jiffissaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid (bejn produttur u d-distributuri tiegħu).

Iżda ftehim jista' jkun aċċettat jekk:

  • għandu iktar effetti pożittivi milli negattivi
  • ma jkunx miftiehem bejn kompetituri
  • jinvolvi kumpaniji b'parti żgħira flimkien mis-suq
  • hu meħtieġ biex itejjeb il-prodotti jew is-servizzi, ikunu żviluppati prodotti ġodda jew jinstabu modi ġodda u aħjar biex jagħmlu l-prodotti disponibbli għall-konsumatur.

Eżempji

Il-ftehimiet dwar ir-riċerka u l-iżvilupp u l-ftehimiet dwar it-trasferiment tat-teknoloġija spiss huma kumpatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni, billi ċerti prodotti ġodda għandhom bżonn riċerka li tiswa wisq għal kumpanija waħda waħidha. Ftehimiet dwar produzzjoni konġunta, xiri jew bejgħ, jew dwar l-istandardizzazzjoni, jistgħu jkunu legali wkoll.

Ftehimiet dwar id-distribuzzjoni jistgħu ikunu illegali, pereżempju, jekk il-produtturi iġegħlu lill-bejjiegħa bl-imnut jiddekoraw il-ħanut jew iħarrġu l-persunal b'mod partikolari. Iżda jistgħu jkunu permessi jekk l-għan ikun biex jipprovdi ambjent xieraq għall-ħażna jew il-bejgħ tal-prodott, biex jipprovdi lill-klijenti b'parir personalizzat, jew biex jevita l-parrasitiżmu ta' distributur wieħed fuq l-isforzi promozzjonali ta' kompetitur. Kull każ għandu jkun valutat individwalment - b'kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni fis-suq tal-kumpaniji involuti u l-ammonti involuti.


  
lura li jmiss