Navigation path

Paġna ewlenija
X'inhi l-politika tal-kompetizzjoni?
Għaliex il-politika tal-kompetizzjoni hi importanti għall-konsumaturi?
Il-Kummissjoni kif tapplika l-politika tal-kompetizzjoni?
L-istituzzjonijiet tal-UE u l-politika tal-kompetizzjoni
Kuntatti

Riżultati għall-konsumaturi

Abbuż minn pożizzjoni dominanti

Kumpanija tista' tirristrinġi l-kompetizzjoni jekk tkun f'pożizzjoni ta' saħħa f'suq speċifiku. Pożizzjoni dominanti fiha nfisha mhix antikompetittiva, iżda jekk il-kumpanija tisfrutta din il-pożizzjoni biex telimina l-kompetizzjoni, tiġi kkunsidrata li tkun abbużat mill-pożizzjoni tagħha.

Eżempji jinkludu:

  • titlob prezzijiet għoljin bla bżonn
  • iċċaħħad kompetituri iżgħar mill-klijenti billi tbigħ bi prezzijiet artifiċjalment baxxi biex ma jkunux jistgħu jikkompetu magħhom
  • tostakola kompetituri fis-suq (jew f'suq ieħor relatat) billi ġġiegħel lill-konsumaturi jixtru prodott li huwa artifiċjalment relatat ma' prodott iktar popolari u iktar mitlub
  • tirrifjuta li tittratta ma' ċerti klijenti jew toffri skontijiet speċjali lill-klijenti li jixtru il-foriment kollu jew kważi kollu mill-kumpanija dominanti
  • tpoġġi kundizzjoni fejn prodott irid jinbiegħ ma' prodott ieħor

  
ta' qabel lura li jmiss