Navigation path

PAĠNA EWLENIJA
Oqsma politiċi
Setturi
Dwar il-politika tal-kompetizzjoni
Leġiżlazzjoni u referenzi
Kuntatti
Kwistjonijiet Attwali
Konsultazzjonijiet pubbliċi

Konsultazzjonijiet pubbliċi


Għajnuna mill-istat u ħarsien ambjentali

Konsultazzjoni dwar il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għal miżuri tal-ħarsien ambjentali u l-appoġġ għall-ambjent fir-Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

Qasam ta' politika

Kompetizzjoni: Għajnuna mill-istat

Grupp fil-mira

Istituzzjonijiet, awtoritajiet pubbliċi, ċittadini, kumpaniji u organizzazzjonijiet huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. B'mod partikolari nixtiequ kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali li jindirizzaw miżuri tal-għajnuna mill-istat koperti biż-żewġ testi.

Perjodu tal-konsultazzjoni

Mill-31.07.2012 sad-23.10.2012

Għan tal-konsultazzjoni

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-UE dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tixtieq tirrevedi l-atti u l-linji gwida ewlenin tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-istat sal-aħħar tal-2013. L-għan ta' din il-konsultazzjoni hu li tinkiseb informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri tal-ħarsien ambjentali u l-appoġġ għall-ambjent fir-Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Ir-riżultati se jipprovdu informazzjoni prezzjuża għall-proġett ta' modernizzazzjoni.

L-għan ewlieni tal-kontroll tal-Għajnuna mill-istat fil-qasam tal-ħarsien ambjentali hu li jiġi żgurat li l-miżuri tal-għajnuna mill-istat jirriżultaw f'livell ogħla ta' ħarsien ambjentali milli kieku jkun hemm bla għajnuna, u biex jiġi żgurat li l-effetti pożittivi tal-għajnuna jegħlbu l-effetti negattivi f'termini ta' tfixkil tal-kompetizzjoni, meta jitqies il-prinċipju "min iniġġes iħallas" stabbilit mill-Artikolu 191 tat-TFUE.

Il-Kummissjoni stabbilixxiet dawn il-kriterji li tuża biex tevalwa l-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali fil-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-istat għall-ħarsien ambjentali. Barra minn hekk, għadd ta' kategoriji ta' miżuri ta' appoġġ għall-ambjent huma eżentati minn notifika minn qabel jekk jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

Il-kontenut ta' din il-konsultazzjoni ma jistax jiġi interpretat bħala dikjarazzjoni ta' pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

  • Int mistieden twieġeb dan il-kwestjonarju hawn taħt fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Minħabba li jista' jkun hemm dewmien biex jiġu tradotti l-kummenti f'ċerti lingwi, napprezzaw jekk tkun tista' tagħmel traduzzjoni tat-tweġibiet f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni (preferibbilment l-Ingliż) biex il-Kummissjoni tkun tista' tipproċessahom iktar malajr.
  • M'hemmx għalfejn twieġeb il-mistoqsijiet kollha. Jekk m'intix ikkonċernat b'mistoqsija partikolari jekk jogħġbok tweġibhiex. Nilqgħu kwalunkwe kummenti u informazzjoni li tibgħat lil hinn mill-ambitu tal-kwestjonarju, partikolarment dokumenti rilevanti oħrajn, rapporti, studji u sorsi ta' dejta.
  • Fit-tweġiba tiegħek, jekk jogħġbok indika jekk intix qed twieġeb bħala ċittadin, organizzazzjoni jew awtorità pubblika. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek hi reġistrata fir-Reġistru għat-Trasparenza, jekk jogħġbok indika n-numru tal-ID tar-Reġistru. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix reġistrata, tista' tirreġistra issa. Tweġibiet minn organizzazzjonijiet mhux reġistrati jiġu ppubblikati separatament.
  • Il-kontribuzzjonijiet se jiġu ppubblikati f'dan il-websajt. Is-sottomissjonijiet li huma indikati b'mod ċar bħala "kunfidenzjali" ma jiġux ippubblikati. F'dak il-każ jekk jogħġbok ipprovdi wkoll verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba tiegħek. Hu importatanti li taqra' l-istqarrija dwar il-privatezza mehmuża ma' din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-dejta personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Ara d-dokument tal-konsultazzjoni

Linji gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali
Regolament dwar Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

Ara l-kwestjonarju

bg cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv (DOCX)
bg cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv (ODT)

Dettalji ta' kuntatt

Servizz responsabbli: Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni - Unità għall-Għajnuna mill-istat fil-qasam tal-Enerġija u l-Ambjent
Indirizz tal-Email: stateaidgreffe@ec.europa.eu
Ref.: "HT 359 - Consultation on Community Guidelines on State Aid for Environmental Protection"

Indirizz tal-posta:
Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni
Reġistru tal-għajnuna mill-istat
Ref.: "HT 359 - Konsultazzjoni dwar il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien Ambjentali"
1049 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIE

Protezzjoni tad-dejta personali Stqarrija dwar il-privatezza


lura għall-paġna tal-konsultazzjonijiet
Links relatati
Il-vuċi tiegħek fl-Ewropa: ipparteċip f'konsultazzjonijiet oħrajn