Konsultazzjonijiet Pubbliċi
Għajnuna mill-istat: ammonti żgħar ta' għajnuna (Regolament de minimis 1998/2006)
Qasam/Oqsma Politiċi
Għajnuna mill-Istat
Grupp(i) fil-mira
L-Istituzzjonijiet l-oħra, l-Istati Membri u l-partijiet interessati huma mistiedna jwieġbu l-kwestjonarju
Perjodu ta' konsultazzjoni
Minn 26.07.2012 sa 18.10.2012
L-għan tal-konsultazzjoni
Il-finanzjament mill-Istat li jilħaq il-krterji tal-Artikolu 107(1) TFUE jikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat. Madankollu, il-Kunsill, bl-applikazzjoni tal-Art 109 TFUE, bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 9948/98 ('Ir-Regolament ta' Awtorizzazzjoni') awtorizza lill-Kummissjoni biex permezz ta' Regolament tistabilixxi limitu massimu li minnu 'l isfel, il-miżuri tal-għajnuna ma jkunux meqjusa bħala li jilħqu l-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) TFUE u għalhekk ikunu eżenti mill-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 108(3) TFUE.
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) 1998/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (illum l-Artikoli 107 u 108 TFUE) għall-għajnuna de minimis, applikabbli sa mill-1 ta' Jannar 2007. Dan ir-Regolament iffissa l-limitu massimu de minimis għal EUR 200 000 kull impriża li jingħata fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali, biex b'hekk l-għotjiet ta' ammonti żgħar ta' appoġġ ġew issimplifikati b'mod konsiderevoli. Hu se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013 u għahekk se jiġi rrevedut.
Fit-8 ta' Mejju tal-2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-inizjattiva ta' modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ('SAM'), li se tniedi u tinkwadra d-dibattitu dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Ir-reviżjoni tar-Regolament de minimis hija element importanti tal-SAM.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Istituzzjonijiet l-oħra, lill-Istati Membri u l-partijiet interessati biex jikkontribwixxu għar-reviżjoni tar-Regolament de minimis. Sabiex jiġi żgurat li jinġabar l-akbar ammont ta' informazzjoni possibbli għal reviżjoni xierqa tar-Regolament, dan il-kwestjonarju se jiffoka mhux biss fuq il-mistoqsijiet ġenerali marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament de minimis, imma wkoll fuq informazzjoni fattwali rigward l-użu tiegħu u dwar kwistjonijiet prattiċi, inkluż il-monitoraġġ.
Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek
Int mistieden twieġeb dan il-kwestjonarju hawn taħt fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Minħabba li jista' jkun hemm dewmien biex jiġu tradotti l-kummenti f'ċerti lingwi, napprezzaw jekk tkun tista' tagħmel traduzzjoni tat-tweġibiet f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni (preferibbilment l-Ingliż) biex il-Kummissjoni tkun tista' tipproċessahom iktar malajr.
M'hemmx għalfejn twieġeb il-mistoqsijiet kollha. Jekk m'intix ikkonċernat b'mistoqsija partikolari jekk jogħġbok tweġibhiex. Nilqgħu kwalunkwe kummenti u informazzjoni li tibgħat lil hinn mill-ambitu tal-kwestjonarju, partikolarment dokumenti rilevanti oħrajn, rapporti, studji u sorsi ta' dejta.
Fit-tweġiba tiegħek, jekk jogħġbok indika jekk intix qed twieġeb bħala ċittadin, organizzazzjoni jew awtorità pubblika. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek hi reġistrata fir-Reġistru għat-Trasparenza, jekk jogħġbok indika n-numru tal-ID tar-Reġistru. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix reġistrata, tista' tirreġistra issa. Tweġibiet minn organizzazzjonijiet mhux reġistrati jiġu ppubblikati separatament.
Il-kontribuzzjonijiet se jiġu ppubblikati f'dan il-websajt. Is-sottomissjonijiet li huma indikati b'mod ċar bħala "kunfidenzjali" ma jiġux ippubblikati. F'dak il-każ jekk jogħġbok ipprovdi wkoll verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġiba tiegħek. Hu importatanti li taqra' l-istqarrija dwar il-privatezza mehmuża ma' din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-dejta personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.
Ara l-kwestjonarju
bg cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv (DOCX)
bg cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv (ODT)
Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati
Dettalji biex tikkuntattjana
servizz responsabbli: Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni - Unità A.3
Ref.: HT.3572 – SAM – de minimis review
E-mail: stateaidgreffe@ec.europa.eu
indirizz postali::
Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni
Reġistru tal-għajnuna mill-istat
Ref.: HT.3572 – SAM – de minimis review
1049 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIE
Ref.: HT.3572 – SAM – de minimis review
|