Mogħdija tan-navigazzjoni

DIBATTITU ONLAJN DWAR YOUTH ON THE MOVE – FIS-17 TA' SETTEMBRU – TITILFUHX!

"Youth On the Move" – waħda mill-inizjattivi prinċipali fl-istrateġija għall-iżvilupp Ewropa 2020, tnediet fil-15 ta' Settembru 2010.

Il-pakkett jipproponi miżuri li l-għan tagħhom hu:

  • li jittejbu l-prospettivi tal-impjiegi taż-żgħażagħ
  • li l-edukazzjoni u t-taħriġ isiru aktar rilevanti għal ħtiġijiethom
  • li jiżdied l-għarfien dwar l-għotjiet tal-UE għall-mobbiltà biex wieħed jistudja, jitħarreġ jew jagħti servizz voluntarju f'pajjiż ieħor - studji indipendenti juru li din l-esperjenza tingħata importanza qawwija minn dawk li jħaddmu.


Aktar informazzjoni dwar "Youth On the Move" tinsab disponibbli f'dawn id-dokumenti:

 

Il-Kummissarju Vassiliou se tieħu sehem fid-dibattitu dwar "Youth on the Move" fis-17 ta' Settembru, mit-3 p.m sal-4 p.m (ħin ta' Brussell). Dan se jkun adattat għal web biex kull min għandu kompjuter ikun jista' jipparteċipa.

Din hi opportunità għalik li tistaqsi lill-Kummissarju kull ma tixtieq dwar il-politika tal-UE dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-mobbiltà. Tista' tistaqsi l-mistoqsija tiegħek f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għidilha dak li jogħgbok – u dak li ma jogħġbokx. Forsi diġà ħadt sehem fil-programmi Erasmus, Leonardo da Vinci, Comenius jew fl-iskambju Żgħażagħ f'Azzjoni. Tissuġġerixxih lil ħaddieħor? L-UE għandha tirsisti aktar biex tippromwovi l-mobbiltà?

Jekk tixtieq tattendi għall-avveniment b'mod dirett fi Brussell, jekk jogħġbok ibgħat email lil EAC-YOM@ec.europa.eu.

Jekk ma tistax tattendi iżda għandek kompjuter, tista':


Għal aktar punti ta' għajnuna dwar kif tuża din l-applikazzjoni adattata għal web, jekk jogħġbok ikkonsulata t-tutorial, disponibbli bl-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljanil-Pollakk, il-Portugiż, u l-Ispanjol.

L-aħħar aġġornament: 13/06/2012 |  Fuq