Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-prijoritajiet tiegħi

 

Bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, il-prijoritajiet tiegħi se jiffokaw fuq oqsma li fihom nistgħu nagħmlu differenza f’ħajjiet in-nies u nikkontribwixxu għal Ewropa aħjar.

L-edukazzjoni u t-taħriġ huma fil-qalba tal-istrateġija "Ewropa 2020" tal-Kummissjoni li hi favur ekonomija kompetittiva, ambjentali u sostenibbli.Il-prijoritajiet tiegħi jsegwu l-linji gwida wiesgħin tal-politiki tal-Kummissjoni għal 5 snin li ġejjin:

 

  • it-titjib tal-kapaċitajiet u l-aċċess għall-edukazzjoni u taħriġ, li jiffokaw fuq il-ħtiġijiet tas-suq
  • iż-żieda tal-mobilità fit-tagħlim u tal-opportunitajiet għaż-żgħażagħ
  • it-trawwim tal-espressjoni u l-kreattività kulturali għal kulħadd.

Il-prijoritajiet tiegħi

 

Bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, il-prijoritajiet tiegħi se jiffokaw fuq oqsma li fihom nistgħu nagħmlu differenza f’ħajjet in-nies u nikkontribwixxu għal Ewropa aħjar.

L-edukazzjoni u t-taħriġ huma fil-qalba tal-istrateġija tal-Kummissjoni "Ewropa 2020" li hi favur ekonomija kompetittiva, ambjentali u sostenibbli. Il-prijoritajiet tiegħi jsegwu l-linji gwida wesgħin tal-politiki tal-Kummissjoni għal 5 snin li ġejjin:

 

  • it-titjib tal-kapaċitajiet u l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, li jiffokaw fuq il-ħtiġijiet tas-suq
  • iż-żieda tal-mobilità fit-tagħlim u tal-opportunitajiet għaż-żgħażagħ
  • it-trawwim tal-espressjoni u l-kreattività kulturali għal kulħadd.

 

Edukazzjoni

 

Meħtieġ titjib fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni biex:

  • ngħinu l-Ewropa tikkompeti bmod globali
  • inħejju liż-żgħażagħ għas-suq tal-impjiegi tal-lum il-ġurnata
  • nindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

It-titjib għandu jibda fost l-iċken tfal tal-iskola, speċjalment permezz ta’ taħriġ aħjar għall-għalliema – l-għalliema għadhom l-ewwel fattur importanti fis-suċċess tat-tfal fil-ħajja. Standards ogħla għandhom itejbu wkoll il-valur intrinsiku tal-edukazzjoni tat-tfal.

 

Se ngħinu b’mod attiv:

  • 1 minn 6 żgħażagħ li jħallu l-iskola b’mod bikri
  • 1 minn 5 bl-età ta’ ħmistax-il sena b’kapaċità fqira fil-qari
  • 80 miljun persuna li għadhom jgħixu b'kapaċitajiet baxxi jew bażiċi.

 

Se ninkuraġġixxi l-politiki biex jitnaqqas it-tluq mill-iskola b'mod bikri u se nagħmel proposti biex jissaħħu l-livelli ta' referenza ħalli jittejbu l-politiki dwar l-impjegabilità, il-mobilità tat-tagħlim u t-tagħlim tal-lingwi.

 

L-edukazzjoni għolja hi wkoll vitali biex jittejbu l-livelli tal-kapaċitajiet. Minkejja l-progress veru permezz tar-riformi ta' Bolonja għall-edukazzjoni għolja, mhumiex ħafna l-universitajiet tagħna li jħabbtuha mal-aħjar universitajiet fid-dinja. Għandna niżguraw li huma jagħmlu dan.

 

Biħsiebni naħdem għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja, billi nagħmel l-Ewropa destinazzjoni ta’ għażla għall-istudenti u r-riċerkaturi permezz ta’:

 

Se ngħinu lill-EIT ħalli jkollu f'idejh it-tmexxija lejn il-ġejjieni bbażat fuq l-għerf tal-Ewropa. L-iskema Marie Curie għandha ssaħħaħ l-isforzi biex jinġibu flimkien l-Oqsma Ewropej ta' Edukazzjoni Għolja u ta' Riċerka sabiex l-għerf - u r-riċerkaturi u l-istudenti li jiġġenerawh - jiċċaqalqu b'mod ħieles bejn il-fruntieri, ħalli jistimulaw l-innovazzjoni mal-Ewropa kollha.

 

Il-programm Erasmushu ta’ suċċess, pero nixtieq nagħmel aktar biex nippromwovih billi ntejjiblu l-fondi u l-kwalità.Ninsabu ftit 'il bogħod mill-mira tagħna ta' 3 miljun student ta’ Erasmus sal-2010 u l-parteċipazzjoni qed tonqos f’terz tal-pajjiżi involuti.

 

Erasmus Mundus, li jappoġġa l-iskambji bejn l-UE u l-istituzzjonijiet akkademiċi internazzjonali, sar il-mezz prinċipali għall-integrazzjoni u konnessjonijiet madwar id-dinja.Se nirriklamah b’mod mifrux u wiesa’ biex insaħħaħ il-viżibilità globali tal-edukazzjoni għolja tal-UE.

 

Biex dan kollu jiġi implimentat, se naħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, fl-ippjanar ta' strateġiji komuni għal sfidi komuni, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u livelli ta’ referenza. Se ninsisti wkoll għal aktar riżorsi mill-UE għal dan ix-xogħol.

 

Kif juru l-programmi tal-UE, il-mobilità fit-tagħlim hi ferm effettiva fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet (inklużi dawk tal-lingwi) u fl-impjegabilità u tiftaħ l-imħuħ tan-nies għall-kulturi oħrajn. L-għan tiegħi hu li jiġi stabbilit qafas ta’ ħidma għall-inizjattiva"Żgħażagħ fil-Mobilità" fis-sajf 2010 u li nipproponi programm għaliha mill-aktar fis possibbli.  Dan għandu jsaħħaħ id-diversità kulturali, id-djalogu interkulturali u t-tagħlim tal-lingwi.

 

Kultura

Se naħdem għal ambjent li jwassal għall-kreattività, l-innovazzjoni u l-espressjoni kulturali.Se ninkuraġġixxi l-industriji kulturali u kreattivi tagħna (li jammontaw għal 2.6% tal-PGD tal-Ewropa) biex jgħaġġlu aktar fl-innovazzjoni u l-iżvilupp. Green Paper fl-2010 se tgħinna nimmiraw lejn azzjoni Ewropea u nazzjonali f’dan il-qasam.

 

Dalwaqt se nippreżenta proposta għal Ċertifikat ta’ Patrimonju Ewropew, li jagħti viżibilità lil siti li huma eżempji perfetti tal-ideali Ewropej, biex jitrawwem sens ta’ identità u ta’ appartenanza Ewropea komuni.

 

Biħsiebni nibni fuq is-suċċess tal-programm MEDIA, li jgħin fil-wiri tal-kultura Ewropea b’mod globali billi tingħata għajnuna finanzjarja lill-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films Ewropej u lil taħriġ relatat. L-għan tagħna hu li nippromwovu industrija rebbieħa mad-dinja kollha, li toħloq impjiegi u żvilupp. Se nagħti attenzjoni partikulari lill-impatt tat-teknoloġiji diġitali fiċ-ċinema.

 

Dwar id-drittijiet tal-awtur, se naħdem mill-qrib mal-kummissarji kollegi tiegħi dwar l-aġenda diġitali l-ġdida biex jinħoloq bilanċ bejn aċċess usa' għall-kultura u remunerazzjoni xierqa għall-artisti (vitali għad-diversità kulturali).
B’mod aktar wiesa’, nixtieq ninkorpora l-prijoritajiet kulturali f’politiki oħra tal-UE.

 

Multilingwiżmu

 

It-tagħlim u l-użu tal-lingwi jgħinna kemm b'mod professjonali kif ukoll soċjali, biex niftħu l-imħuħ tan-nies għad-diversità kulturali li hi parti integrali mill-ġid tal-UE. Għandna nappoġġaw mhux biss 23 lingwa uffiċjali tal-UE iżda 60 reġjun tal-Ewropa u l-lingwi minoritarji.

 

Wieħed mill-inkarigi prinċipali tiegħi se jkun li t-tagħlim tal-lingwi jiġi promoss minn età żgħira. L-għan tagħna hu li kull ċittadin tal-UE jitkellem tal-anqas 2 lingwi barranin flimkien mal-lingwa tiegħu.L-abbiltà fil-lingwi ttejjeb il-prospettivi ta' impjiegi, il-komunikazzjoni u l-komprensjoni, kemm fl-Ewropa kif ukoll bnadi oħra.

Żgħażagħ


Il-politiki dwar iż-żgħażagħ tal-UE għandhom l-għan li jissodisfaw l-aspettattivi li qed kulma jmur jinbidlu taż-żgħażagħ filwaqt li jħeġġuhom jikkontribwixxu lejn is-soċjetà. Il-politiki huma appoġġati bi programm speċifiku għaż-żgħażagħ imsejjaħ Żgħażagħ f'Azzjoni, li għandu l-għan li:

  • iqanqal sens ta' ċittadinanza Ewropea attiva u ta' tolleranza fost iż-żgħażagħ Ewropej
  • jinvolvihom fil-proċess demokratiku fit-tfassil tal-ġejjieni tal-UE.

Se nkompli nippromwovi u nappoġġa kemm it-tagħlim mhux formali u d-djalogu interkulturali fost iż-żgħażagħ Ewropej, kif ukoll l-inklużjoni taż-żgħażagħ kollha, b'mod partikulari dawk li ġejjin minn ambjenti inqas ixxurtajati.

Biħsiebni niffoka fuq l-inkuraġġiment taż-żgħażagħ biex jipprovaw jgħixu u jaħdmu f'pajjiżi oħra, li jagħtuhom l-opportunità li jwessgħu l-orizzonti tagħhom u li jtejbu l-opportunitajiet tagħhom li jsibu xogħol.

 

Sport

 

L-isport forsi ma jidhirx fil-lista tal-inkarigi tiegħi iżda jien xorta nqisu bħala parti importanti mill-portafoll tiegħi. Nixtieq nesplora kif jista’ jittieħed vantaġġ sħiħ mill-poteri l-ġodda tal-UE fl-isport skont it-Trattat ta’ Liżbona. L-isport għandu importanza bla qies għall-edukazzjoni, it-taħriġ, l-integrazzjoni soċjali u s-saħħa. Għandu wkoll impatt ekonomiku importanti.

Se naħdem mill-qrib ma' organizzazzjonijiet professjonali u dawk tad-dilettanti biex niżguraw:

  • il-promozzjoni ta’ logħob ġust
  • il-ġlieda kontra l-użu ta droga
  • il-protezzjoni ta’ atleti żgħażagħ dilettanti u professjonali
  • il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-vjolenza
  • il-promozzjoni ta sport bażiku u tal-isport bħala delizzju għal kulħadd matul il-ħajja kollha, biex b’hekk l-Ewropej ikollhom stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa mill-età ta’ qabel l-iskola sax-xjuħija.

 

Personalment naħseb...

Bħal ħafna Ewropej oħra, għandi fehmiet qawwija dwar l-edukazzjoni, il-kultura, il-lingwi, iż-żgħażagħ u l-isport.

Dan hu għala se nkun qed nisma bir-reqqa kollha lill-partijiet kollha interessati fi stadju bikri tat-tfassil tal-politiki. Billi naħdmu flimkien, se nakkwistaw riżultati aktar rappreżentattivi, kredibbli u konkreti.

 

Androulla Vassiliou

 

Tixtieq tikkummenta dwar dawn il-prijoritajiet?

Mistoqsijiet mill-istampa u l-mezzi tax-xandir

 

L-aħħar aġġornament: 13/06/2012 |  Fuq