Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Ir-rwol tal-kummissarji Ewropej - Il-Kummissjoni Ewropea

Il-kulleġġjalità tad-deċiżjonijiet

Il-Kummissjoni tiffunzjona skont il-prinċipju tal-kulleġġjalità. Id-deċiżjonijiet huma meħuda flimkien mill-kulleġġ tal-kummissarji, li hu responsabbli kollettivament quddiem il-Parlament Ewropew.

Il-kummissarji m'għandhom l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet individwali, ħlief meta jintalbu mill-Kummissjoni biex għan-nom tagħha jieħdu miżuri fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom. F'dan il-każ, il-Kummissjoni hi responsabbli għal dawn il-miżuri mil-lat politiku u legali.  

Il-president għandu rwol ewlieni: jiddefinixxi l-orjentazzjonijiet politiċi, jagħti portafoll lil kull wieħed mill-kummissarji (suq intern, politika reġjonali, trasport, ambjent, agrikoltura, kummerċ, eċċ.) u jista' f'kull mument ibiddel l-attribuzzjoni tagħhom. Il-kulleġġ jiffissa l-għanijiet strateġiċi u l-programm ta' ħidma annwali.

Il-kummissarji jissottomettu l-proposti lill-kulleġġ, li ġeneralment jieħu d-deċiżjonijiet b'kunsens. Il-kulleġġ jista' jipproċedi wkoll b'vot fuq talba ta' kummissarju. F'dan il-każ, id-deċiżjonijiet jittieħdu b'maġġoranza sempliċi.

Il-kulleġġjalità tiggarantixxi:

  • il-kwalità tad-deċiżjonijiet, peress li l-kummissarji kollha jridu jiġu kkonsultati għal kull proposta;
  • l-indipendenza tal-istituzzjoni, peress li d-deċiżjonijiet huma adottati bla pressjonijiet partiġġjani;
  • il-qsim tar-responsabbiltà politika mill-kummissarji kollha, anke meta d-deċiżjonijiet huma adottati b'maġġoranza    

> Skopri fuq xiex qed jaħdmu l-kummissarji din il-ġimgħa

 

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent send this page to a friend print this page

Ghina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Ghandek xi suggerimenti?