Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea
Politika tas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur

Merħba fil-websajt tiegħi!

Merhba fil-websajt tieghi! Nixtieq nuza dan l-ispazju biex naqsam maghkom kif qed nippjana t-twettiq tal-mandat tieghi fis-snin li gejjin. Kif digà kelli l-okkazjoni nispjega waqt is-seduta ta’ smigh fil-Parlament Ewropew, il-principju li se jigwida hidmieti matul il-hames snin li gejjin jista' jitqassar fi frazi semplici "Il-Pazjenti l-ewwel!, Il-Konsumaturi l-ewwel!". L-akkwist ta’ standard ta’ ghajxien ahjar u l-protezzjoni tac-cittadini Ewropej hu fil-qalba tal-portafoll tal-politika ghas-Sahha u l-Konsumatur, u l-ghan tieghi hu li nkompli nahdem fuq dak li digà nkiseb u biex inkompli nsarraf il-hidma tal-Kummissjoni f’beneficcji konkreti ghac-cittadini taghna.

Ghajxien tajjeb ghas-sahha u l-benessri in generali, l-access ghall-aqwa kura, konsumaturi informati u protetti tajjeb u l-oghla livelli ghas-sahha u l-benessri tal-annimali fid-dinja jibqghu fil-qalba tal-valuri Ewropej. L-Unjoni Ewropea ghandha tkun kburija bihom u ghandna, mhux biss inkomplu nippreservawhom, izda ghandna naghmlu dak kollu li nistghu biex inkomplu nizviluppaw dawn il-valuri. Fl-istess waqt, ghandna nwiegbu ghall-isfidi importanti li jinsabu quddiemna bhax-xjuhija, it-tibdil tal-klima u r-riskji godda ghas-sahha.

Ninsab entuzjast li nilqa' din l-isfida, bil-kooperazzjoni mill-qrib mal-imsiehba kollha – il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha u se nibqa’ impenjat bi shih biex nizgura li l-politiki dwar is-sahha u l-konsumatur tkompli tinghatalhom l-attenzjoni politika mehtiega matul il-hames snin li gejjin.