Kummissjoni Ewropea > NGE > Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 08-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Isvezja

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ limiti ta’ żmien fi kwistjonijiet ċivili? 1.
2. Liema ġranet huma meqjusa bħala ġranet mhux tax-xogħol skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti taż-żmien? 2.
3. X’inhuma r-regoli ġenerali applikabbli dwar il-limiti taż-żmien għad-diversi proċeduri ċivili?  3.
4. Meta jibda limitu taż-żmien?  4.
5. Meta jispiċċa limitu taż-żmien?  5.
6. Estensjoni tal-limiti taż-żmien f’ċertu każijiet  6.
7. Jeżistu limiti taż-żmien għal appelli speċifiċi għal ċertu kwistjonijiet ċivili? 7.
8. Jistgħu l-qrati, f’każ ta’ emerġenza jew għal kwalunkwe raġuni oħra, iqassru l-limiti taż-żmien sakemm wieħed jista’ jidher jew jappuntaw data speċjali biex wieħed jidher? Inkella jistgħu dawn il-perjodi jiġu estiżi?  8.
9. Meta azzjoni intenzjonata għal parti residenti f’post fejn ikun jibbenifika minn estensjoni tal-limitu taż-żmien tiġi nnotifikata f’post fejn din l-estensjoni ma tapplikax, din il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ dan il-limitu taż-żmien? 9.
10. X’inhuma l-penali għan-nuqqas ta’ osservanza tal-perjodi? 10.
11. Jekk id-deadline jiskadi, x’rimedji hemm għal partijiet li jkunu naqsu?  11.

 

1. Liema huma t-tipi differenti ta’ limiti ta’ żmien fi kwistjonijiet ċivili?

Hemm diversi tipi differenti ta’ limiti ta’ żmien fi kwistjonijiet ċivili, kif ukoll perjodi stabbiliti fil-Kostituzzjoni. Dawn jinkludu, per eżempju, limiti taż-żmien għal appell, biex wieħed jagħmel kwerela, u biex jerġa’ jinfetaħ każ (il-perjodu li fih jista’ jinġieb każ quddiem il-qorti). Hemm ukoll dispożizzjonijiet li sempliċiment jistipulaw li trid tittieħed miżura u li mbagħad tkun f’idejn il-qorti biex tiddeċiedi l-perjodu taż-żmien li fih din trid issir, per eżempju, limiti taż-żmien biex wieħed jipprovdi iżjed informazzjoni, evidenza jew risposta tad-difiża.

2. Liema ġranet huma meqjusa bħala ġranet mhux tax-xogħol skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti taż-żmien?

Is-Sibt, il-Ħadd u vaganzi pubbliċi huma meqjusa bħala ġranet mhux tax-xogħol.

Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala vaganzi pubbliċi fl-Iżvezja (Att (1989:253) dwar il-vaganzi pubbliċi):

  • L-Ewwel tas-Sena (1 ta' Jannar)
  • L-Epifanija (6 ta' Jannar)
  • Il-Ġimgħa l-Kbira (l-aħħar Ġimgħa qabel l-Għid)
  • Ħadd il-Għid (l-ewwel Ħadd wara l-qamar sħiħ li jiġi wara l-21 ta' Marzu)
  • It-Tnejn ta' wara l-Għid (ġurnata wara Ħadd il-Għid)
  • L-1 ta' Mejju
  • Lapsi (is-sitt Ħamis wara Ħadd il-Għid)
  • Il-Pentekoste (is-seba' Ħadd wara l-Għid)
  • Il-Jum Nazzjonali Żvediż (6 ta' Ġunju)
  • Nhar San Ġwann (is-Sibt li jaqa' bejn l-20 u s-26 ta' Ġunju)
  • Jum il-Qaddisin Kollha (is-Sibt li jaqa' bejn il-31 ta' Ottubru u s-6 ta' Novembru)
  • Il-Milied (25 ta' Diċembru)
  • L-Għada tal-Milied (26 ta' Diċembru).

3. X’inhuma r-regoli ġenerali applikabbli dwar il-limiti taż-żmien għad-diversi proċeduri ċivili?  

Il-prinċipju bażiku li jirregola l-limiti taż-żmien hu li meta persuna tkun rikjesta mill-qorti li tagħmel xi azzjoni fil-proċeduri, għandha tiġi mogħtija żmien raġonevoli biex tikkonforma (Kapitolu 32 Sezzjoni 1 tal-Kodiċi Żvediża tal-Proċedura Ġudizzjarja). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet iż-żmien mogħti hu stabbilit mill-qorti, li għandha f’dak il-punt tagħti limitu taż-żmien li jippermetti lill-parti kkonċernata perjodu taż-żmien aċċettabbli sakemm tikkonforma.  

FuqFuq

F’numru żgħir ta’ każijiet, hemm stabbilit perjodu taż-żmien partikolari fil-Kodiċi Żvediża tal-Proċedura Ġudizzjarja. Dan japplika l-iżjed għal limiti taż-żmien biex wieħed jappella kontra sentenza jew deċiżjoni tal-qorti, biex wieħed jitlob li każ magħluq jerġa’ jinfetaħ, jew f’xi każijiet biex jitbiddel limitu taż-żmien..

Persuna li tixtieq tappella kontra sentenza tal-qorti distrettwali f’każ ċivili għandha tagħmel hekk fi żmien tliet ġimgħat wara li tkun ingħatat is-sentenza. Persuna li tixtieq tappella kontra sentenza tal-qorti distrettwali f’każ ċivili għandha tagħmel hekk fl-istess żmien. Madankollu, jekk deċiżjoni li tkun ittieħdet waqt il-proċeduri ma tkunx ġiet mogħtija, il-perjodu għall-appell jiġi kkalkulat mill-ġurnata meta l-appellant ikun irċieva d-deċiżjoni.  Għal appelli kontra sentenzi jew deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell, il-limitu taż-żmien hu ta’ erba’ ġimgħat (Kapitolu 50 Sezzjoni 1, Kapitolu 52 Sezzjoni 1, Kapitoli 55 Sezzjoni 1 u Kapitolu 56 Sezzjoni 1 tal-Kodiċi Żvediża tal-Proċedura Ġudizzjarja).

Parti li tkun ingħatat sentenza kontrieha fin-nuqqas tagħha minn qorti distrettwali tista’, fi żmien xahar mid-data li fiha s-sentenza tkun ġiet innotifikata lilha, tapplika għall-ftuħ mill-ġdid tal-każ (Kapitolu 44 Sezzjoni 9 tal-Kodiċi Żvediża tal-Proċedura Ġudizzjarja).  

Jekk appell ikun skada għax l-appellant ma jkunx attenda l-proċeduri fil-qorti tal-appell, l-appellant jista’, fi żmien tliet ġimgħat mid-data meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni, japplika lill-qorti biex il-każ jerġa’ jinġieb (Kapitolu 50 Sezzjoni 22 tal-Kodiċi Żvediża tal-Proċedura Ġudizzjarja).

FuqFuq

Jekk xi parti ma tkunx laħħqet mad-deadline biex isir appell jew biex tapplika sabiex każ jerġa’ jinġieb jew jinfetaħ mill-ġdid, tista’ tapplika biex jerġa’ jibda japplika l-perjodu taż-żmien. L-applikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet ġimgħat mit-tmiem taċ-ċirkostanzi ta’ skuża u mhux iżjed tard minn sena wara l-iskadenza tal-limitu taż-żmien (Kapitolu 58 Sezzjoni 12 tal-Kodiċi Żvediża tal-Proċedura Ġudizzjarja).

Numru ta’ limiti taż-żmien japplikaw ukoll fi proċeduri sommarji fl-Awtorità tal-Infurzar Żvediża. L-intimat jiġi ordnat li jikkumenta fuq applikazzjoni f’ċertu żmien mid-data tan-notifika. Minbarra f’ċirkostanzi speċjali, dan il-perjodu m’għandux ikun itwal minn ġimagħtejn (Sezzjoni 25 tal-Att (1990:746)  dwar ordnijiet għall-ħlas u l-assistenza). Jekk ir-rikorrent jikkontesta l-applikazzjoni, l-applikant għandu massimu ta’ erba’ ġimgħat mid-data li fiha n-notifika tal-oppożizzjoni kienet intbagħtet lilu biex jitlob li l-każ jiġi trasferit għal qorti distrettwali sabiex tissokta bil-każ (Sezzjoni 34). Jekk l-Awtorità tal-Infurzar Żvediża toħroġ deċiżjoni f’każ li jkun jinvolvi ordni għall-ħlas jew assistenza ġenerali, l-intimat jista’ jitlob li l-każ jinfetaħ fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni (Sezzjoni 53). Appell jista’ jsir kontra tipi oħra ta’ deċiżjonijiet mill-awtorità fi żmien tliet ġimgħat mid-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni (Sezzjonijiet 55-57).

4. Meta jibda limitu taż-żmien?  

Jekk azzjoni trid issir fi żmien stabbilit, il-perjodu normalment jibda fil-ġurnata li fiha tkun inħarġet id-deċiżjoni jew l-ordni. F’każijiet fejn id-dokument irid jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra, madankollu, il-perjodu ma jibdiex qabel ma l-parti tkun irċiviet id-dokument (data tan-notifika).

FuqFuq

5. Meta jispiċċa limitu taż-żmien?  

Meta d-data tal-bidu hi d-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni jew saret l-ordni, il-limitu taż-żmien hu ħafna drabi espress fil-forma ta' data speċifika li sa dakinhar l-azzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni jew l-ordni trid tkun saret. Xi kultant, madankollu, jista' jiġi stabbilit limitu wkoll meta jkun hemm stipulat li azzjoni trid tittieħed fi żmien numru stabbilit ta' ġranet, ġimgħat, xhur jew snin, li dejjem jibdew bid-data tal-bidu. Meta d-data tal-bidu hi d-data tan-notifika jingħad dejjem li azzjoni trid tittieħed fi żmien numru stabbilit ta' ġranet, ġimgħat, xhur jew snin mid-data tan-notifika, li hi d-data li fiha l-parti tirċievi d-dokument.  

Jekk il-perjodu taż-żmien ikun espress fi ġranet, in-numru tal-ġranet speċifikat ikun jinkludi l-ġranet tal-kalendarju u mhux biss ġranet tax-xogħol. L-Att (1930:173) dwar il-kalkolu tal-limiti taż-żmien bil-liġi jgħid li meta l-limiti taż-żmien ikunu espressi f'ġimgħat, xhur jew snin, id-data finali hi d-data li fiha, permezz tal-isem tagħha jew permezz tan-numru tagħha fix-xahar, tikkorrispondi mal-ġurnata li fiha l-perjodu taż-żmien ikun beda. Jekk ma jkunx hemm data korrispondenti fix-xahar finali, l-aħħar ġurnata tal-perjodu taż-żmien għandha titqies li hi l-aħħar ġurnata tax-xahar.  

Jekk il-ġurnata sa meta għandha titwettaq azzjoni tinzerta s-Sibt, il-Ħadd jew xi vaganzu pubblika oħra (ara 2 hawn fuq), Lejliet Nhar San Ġwann (il-jum qabel Nhar San Ġwann), Lejlet il-Milied (24 ta' Diċembru) jew Lejliet l-Ewwel tas-Sena (31 ta' Diċembru), id-deadline għat-twettiq tal-azzjoni jiġi estiż sal-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Dan japplika wkoll jekk il-perjodu taż-żmien ikun beda fid-data tan-notifika.

FuqFuq

Meta jkun applikabbli ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti taż-żmien, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw minflok.  

6. Estensjoni tal-limiti taż-żmien f’ċertu każijiet  

M’hemmx regoli speċifiċi dwar l-estensjoni tal-limiti taż-żmien f’każijiet fejn il-parti tkun residenti jew stabbilita jew tkun tinsab band’oħra barra l-Iżvezja jew f’żona ‘l bogħod. Madankollu, kif diġà intqal, il-qorti f’ħafna każijiet tiddeċiedi hi kemm għandu jkun twil il-limitu taż-żmien u f’dak il-punt tassigura li l-parti tingħata ammont taż-żmien raġonevoli sakemm tkun tista’ tagħmel l-azzjoni.  

7. Jeżistu limiti taż-żmien għal appelli speċifiċi għal ċertu kwistjonijiet ċivili? 

Le.

8. Jistgħu l-qrati, f’każ ta’ emerġenza jew għal kwalunkwe raġuni oħra, iqassru l-limiti taż-żmien sakemm wieħed jista’ jidher jew jappuntaw data speċjali biex wieħed jidher? Inkella jistgħu dawn il-perjodi jiġu estiżi?  

Jekk il-limitu taż-żmien hu stabbilit bil-liġi (eż. limitu taż-żmien biex wieħed jagħmel appell) dan il-perjodu la jista’ jitnaqqas u lanqas jiġi miżjud. Jekk xi parti tkun ġiet orndata li tkun preżenti fil-qorti jew li twettaq xi azzjoni oħra, il-qorti tista’ testendi l-limitu taż-żmien billi twaqqaf deadline ġdid. F’każ ta’ emerġenza m’hemm xejn li jwaqqaf il-qorti milli tikkanċella seduta pjanata. Madankollu, il-partijiet għandhom jingħataw żmien raġonevoli sabiex jippreparaw.  

FuqFuq

9. Meta azzjoni intenzjonata għal parti residenti f’post fejn ikun jibbenifika minn estensjoni tal-limitu taż-żmien tiġi nnotifikata f’post fejn din l-estensjoni ma tapplikax, din il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ dan il-limitu taż-żmien? 

Le (ara 6 hawn fuq).

10. X’inhuma l-penali għan-nuqqas ta’ osservanza tal-perjodi? 

Limiti taż-żmien biex wieħed jobdi l-ordnijiet, eċċ.

Jekk l-attur ma jobdiex ordni li jipprovdi iżjed informazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu għal taħrika jew jekk hemm xi tfixkil ieħor biex isir il-każ, it-talba ma tiġix aċċetata. Jekk l-intimat jonqos milli jagħmel risposta tad-difiża, tista’ tingħata sentenza  kontrieh fin-nuqqas tiegħu. In-nuqqas ta’ konformità ma’ ordni fil-ħin jista’ jwassal ukoll għal deċiżjoni tal-qorti fuq il-każ.

Nuqqas li wieħed jidher il-qorti  

F’każijiet soġġetti għal risolviment barra mill-qorti (eż tilwimiet kummerċjali) in-nuqqas minn waħda mill-partijiet li tidher fil-qorti distrettwali tista’ twassal biex sentenza tingħata fin-nuqqas tagħha. F’każijiet oħra jistgħu jiġu imposti multi. Madankollu, f’każijiet li m’humiex soġġetti għal risolviment barra mill-qorti (eż: litigazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja) in-nuqqas mill-attur li jidher il-qorti jista’ jwassal biex il-każ jieqaf filwaqt li l-parti opposta li ma tkunx dehret tista’ jew tiġi mmultata jew titressaq il-qorti. Jekk min ikun għamel il-kwerela jonqos milli jidher fil-proċeduri quddiem il-qorti tal-appell, l-appell jista’ jiskadi. Jekk il-parti opposta tonqos milli tidher, tista’ tiġi imposta multa.

Limitu taż-żmien għall-appell  

Jekk xi parti tappella tard wisq, l-appell mhux se jiġi aċċettat.

11. Jekk id-deadline jiskadi, x’rimedji hemm għal partijiet li jkunu naqsu?  

Jekk il-limitu taż-żmien ma jkunx stabbilit bil-liġi, il-parti għandha qabel ma jkun skada l-limitu taż-żmien, tapplika lill-qorti għal dewmien u titlob li l-perjodu jiġi estiż.  Jekk il-limitu taż-żmien ikun skada u b'konsegwenza ta' dan, il-qorti tkun ħadet azzjoni, eż iddeċidiet fuq il-każ, hemm numru ta' miżuri ordinarji u straordinarji li parti tista' tieħu. L-għan ta' dawn il-miżuri hu li jew jerġa' jinġieb mill-ġdid każ li jkun ingħalaq jew f'ċertu ċirkostanzi li jitbiddel il-limitu taż-żmien (ara 3 hawn fuq).

« Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 08-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit