Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
L-iskadenzi li ġejjin huma rikonoxxuti fi proċedimenti ċivili Pollakki:
Skadenzi finali jinkludu: termini iffissati minn qabel u skadenzi tal-qorti.
Il-liġi tipprovdi għal termini ta' preskrizzjoni (jiġifieri nuqqas ta' konformità magħhom jirrendu l-att proċedurali ċivili invalidu). Dawn l-iskadenzi ma jistgħux ikunu estiżi jew imqassra mill-qrati. Termini ffissati minn qabel jibdew mill-punt tal-bidu speċifikat mil-liġi.
Termini ffissati minn qabel jinkludu b'mod partikolari:
Termini ffissati minn qabel jinkludu skadenzi għall-eżerċizzju ta' rimedji fid-dritt, eż. skadenzi għall-preżentata ta' appelli.
Ukoll termini ta' preskrizzjoni, iżda stabbiliti minn qorti jew imħallef. Skadenzi tal-qorti jistgħu jkunu estiżi jew imqassra, iżda biss għal raġuni valida u wara talba magħmula qabel l-iskadenza tat-terminu, ukoll mingħajr ma tkun mismugħa l-parti opposta.
Dawn l-iskadenzi jibdew malli jkun hemm avviż ta' deċiżjoni jew ordni f'dak ir-rigward, jew, jekk il-Kodiċi jipprovdi għal konsenja ex officio, mill-konsenja ta' deċiżjoni jew ordni bħal dawk.
Termini ta' skadenza tal-Qorti jinkludu l-iskadenza għal rimedju tal-inkapaċità li wieħed jaġixxi f'qorti jew l-inkapaċità li jkun parti fil-proċedimenti, jew l-iskadenza biex ikun issupplimentat appell.
Il-qorti hija obbligata ex officio li tara li jkun hemm konformità ma' perjodi ffissati minn qabel u ma' skadenzi tal-qorti.
Dawn ikunu stabbiliti mill-partijiet fil-proċedimenti fi ftehim biex jinbdew proċedimenti mill-ġdid sospiżi fuq talba reċiproka tagħhom.
Dawn huma skadenzi għal azzjonijiet mill-qorti biex jiżguraw l-operazzjoni effiċjenti ta' korpi tal-qorti fi proċedimenti ċivili. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-iskadenzi min-naħa tal-qorti ma jintitolax lill-partijiet li jikkontestaw l-azzjonijiet tal-qorti.
Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Pollakk (fil-qosor: KPĊ), it-termini proċedurali statutorji stabbiliti għall-eżerċizzju ta' rimedji skont il-liġi jiddependu fuq it-tip ta' deċiżjoni tal-qorti kkonċernata (sentenza, deċiżjoni dwar il-mertu tal-każ fi proċedimenti mhux litiġjużi, sentenza ta' kontumaċja, ordni ta' ħlas fi proċedimenti għal ordni ta' ħlas, ordni ta' ħlas fi proċedimenti u deċiżjoni wara ċitazzjoni għal ħlas). B'mod partikolari, hemm dispożizzjonijiet għall-perjodi ffissati minn qabel, skont kif ġej:
Il-motivi għal sentenza jitħejjew fuq talba ta' parti, ippreżentati fi żmien ġimgħa mill-għoti tas-sentenza jew, jekk il-parti ma tkunx rappreżentata minn avukat, konsulent legali jew konsulent dwar il-privattivi u kienet assenti meta tkun ingħatat is-sentenza minħabba priġunerija, mid-data tal-għoti tas-sentenza.
Appelli għandhom ikunu ddepożitati fil-qorti li tkun tat is-sentenza kkontestata fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha s-sentenza u l-motivi tas-sentenza jiġu ppreżentati lill-attur. Jekk il-parti ma tkunx talbet il-motivi tas-sentenza, hija tista' tissottometti l-appell tagħha fi żmien 21 jum mid-data li fiha tingħata s-sentenza.
L-iskadenza biex jiġi ppreżentat ilment hija ta' ġimgħa, li tibda tiddekorri mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni, u, jekk il-parti ma tkunx ressqet rikors, fi żmien l-iskadenza stabbilita, biex jingħata kopja tad-deċiżjoni mogħtija waqt is-seduta, minn meta tingħata d-deċiżjoni.
Konvenuti li kontrihom tkun ingħatat sentenza ta' kontumaċja jistgħu jippreżentaw oġġezzjoni fi żmien ġimgħa mid-data meta jingħataw kopja tas-sentenza.
Sentenza ta' kontumaċja għandha tkun immotivata mill-qorti jekk it-talba tkun ġiet miċħuda kollha jew parzjalment, u l-attur ikun talab motivazzjoni bħal dik fi żmien ġimgħa mid-data meta jingħata kopja tas-sentenza, jew jekk l-attur li ma jkunx issottometta dik it-talba jkun appella fi żmien l-iskadenza stabbilita.
L-ordni ta' ħlas titlob lill-konvenut biex iħallas it-talba kollha, inklużi l-ispejjeż, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-konsenja tal-ordni, jew li tkun ippreżentata oġġezzjoni fil-qorti fi żmien l-iskadenza msemmija.
Meta tinħareġ ordni għal ħlas, il-qorti tordna li l-konvenut ikollu, fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-konsenja tal-ordni, iħallas it-talba kollha, inklużi l-ispejjeż, jew jissottometti lment fi żmien l-iskadenza msemmija.
Skont l-Att dwar Btajjel Pubbliċi tat-18 ta’ Jannar 1951, il-jiem li ġejjin huma statutorjament btajjel pubbliċi:
Il-festi reliġjużi mhux fissi jiġu fid-dati li ġejjin:
|
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
|
|
L-ewwel jum tal-Għid |
16.04 |
08.04 |
23.03 |
12.04 |
03.04 |
|
It-tieni jum tal-Għid |
17.04 |
09.04 |
24.03 |
13.04 |
04.04 |
|
L-ewwel jum tal-Għid il-Ħamsin |
04.06 |
27.05 |
11.05 |
31.05 |
23.05 |
|
Corpus Christi |
15.06 |
07.06 |
22.05 |
11.06 |
03.06 |
Skadenza finali (dies ad quem) - b'mod aktar preċiż imsejjaħ bħala ż-żmien li fih tagħlaq l-iskadenza. Mhux meħtieġ li l-iskadenza tkun speċifikata fir-rigward tad-data, iżda għandha tkun determinata minn avveniment imbassar mill-partijiet kontraenti li jkun ser iseħħ f'ċerta sitwazzjoni.
Termini proċedurali huma stabbiliti b'referenza għal unitajiet ta' żmien bħalma huma jiem, ġimgħat, xhur, snin.
Skont l-Artikolu 165 tal-KPĊ, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili (KĊ) relatati ma' skadenzi japplikaw għall-metodu użat biex ikunu kkalkulati skadenzi fi proċedimenti ċivili, jekk liġi, deċiżjoni ta' qorti, deċiżjoni ta' Awtorità oħra tal-Istat jew operazzjoni legali jipprovdu għal skadenza mingħajr ma jispeċifikaw il-metodu ta' kalkolu (Artikolu 110 tal-KĊ). Is-sottomissjoni ta' att ġudizzjarju f'uffiċċju tal-Posta mmexxi mill-operatur pubbliku fil-Polonja hija ekwivalenti għall-preżentazzjoni tal-att ġudizzjarju fil-qorti. L-istess japplika għal att ġudizzjarju preżentat minn suldat fi kwartieri ġenerali militari, minn priġunier fl-uffiċċju amministrattiv tal-istituzzjoni korrezzjonali jew minn membru tal-ekwipaġġ ta' bastiment Pollakk lill-kaptan tal-bastiment.
L-Artikolu 111 tal-KĊ: Jekk il-bidu tat-terminu speċifikat f’jiem ikun ċertu avveniment, il-jum li fih l-avveniment iseħħ ma jitqisx meta għall-finijiet tal-kalkolu tat-terminu.
Il-qorti tista’ tagħmel konsenji b’diversi methodi: bil-posta, permezz ta’ marixxalli jew purtiera tal-qorti, u wkoll permezz tas-servizz ta’ konsenja tal-qorti. Konsenja lil destinatarji tista’ ssir ukoll billi l-att ġudizzjarju jingħatalhom personalment fl-uffiċċju tal-qorti. Bħala regola, iżda, atti ġudizzjarji jkunu kkonsenjati bil-posta (Artikolu 131 tal-KĊP). Dawn il-metodi kollha, sakemm il-konsenja tkun saret b’mod korrett, huma validi ndaqs u l-użu ta’ kull wieħed minnhom ma jaffettwax l-iskadenzi.
Ikun hemm konformità ma’ skadenza jekk l-att ġudizzjarju li għalih l-iskadenza tkun ġiet stabbilita jasal il-qorti fi żmien dik l-iskadenza, jiġifieri jkun sottomess fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti (bit-timbru tad-data jkun il-fattur determinanti) jew ikun iddepożitat f’uffiċċju tal-Posta mmexxi mill-operatur pubbliku fil-Polonja.
Hemm preżunzzjoni f’deċiżjonijiet ġudizzjarji li d-data ta’ depożitu ta’ att proċedurali permezz tat-telefon tkun id-data tat-tluq tat-telegramma u, jekk l-att jintbagħat bil-faks, ikun il-ħin immarkat fuq ir-rikonoxximent tal-wasla tal-att fil-qorti. Bl-istess mod, id-data tal-ħlas tad-dritt tal-qorti bi trasferiment bankarju magħmul f’bank barrani tkun id-data tal-wasla tal-ordni ta’ ħlas għand il-bank nazzjonali li jservi bħala l-korrispondent tal-bank barrani. Il-konformità mal-iskadenza biex titlesta l-azzjoni tkun determinata mhux mid-data li fiha l-att ġudizzjarju jintbagħat barra, iżda mid-data li fiha huwa jkun ittrasferit għal uffiċċju postali Pollakk.
Skont l-Artikolu 111 tal-KĊ, jekk il-bidu ta’ skadenza stabbilita f’jiem ikun ċertu avveniment, il-jum li fih l-avveniment iseħħ jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskadenza.
Il-ħin tal-bidu ta’ kull terminu jiddependi b’xi mod mill-irċevuta jew mir-rikonoxximent tal-azzjoni mir-reċipjent. Jekk huwa hekk, kif?
Ir-reċipjent jirrikonoxxi li jkun wasallu l-att ġudizzjarju u d-data tiegħu permezz tal-firma tiegħu/tagħha. Jekk ir-reċipjent ma jkunx jista’ jew ma jkunx irid jagħmel dan, il-persuna li tikkonsenja l-att ġudizzjarju timmarka d-data tal-konsenja hija stess u tindika għaliex ma tkun ingħatat ebda firma. Il-persuna li tikkonsenja l-att tispeċifika l-metodu ta’ konsenja fuq ir-rikonoxximent tal-irċevuta u timmarka d-data tal-konsenja fuq l-att konsenjat, flimkien mal-firma tiegħu/tagħha.
Hemm preżunzjoni li l-firma tar-reċipjent tikkonferma mhux biss li l-att ġudizzjarju jkun wasal, iżda wkoll id-data tal-wasla. In-nuqqas ta’ konferma tad-data tal-konsenja mir-reċipjent ma jirrendix il-konsenja invalida. Id-data tal-konsenja għandha tkun preżunta bħala d-data murija fuq it-timbru tad-data tal-uffiċċju tal-posta li jikkonsenja. In-nuqqas tal-firma tal-att mir-reċipjent jeħtieġ li l-persuna li tikkonsenja l-att tispeċifika r-raġuni, jiġifieri li wieħed ma kienx jista’ jew irrifjuta li jiffirma (barra mill-każijiet ta’ konsenja skont l-Artikolu 139, dan jista’ jseħħ minħabba li wieħed ma jkunx jista’ jiffirma, ikollu diżabilità jew ikun marid) u d-data tal-konsenja. Id-data ta’ konsenja bħal din tkun, fiċ-ċirkustanzi speċifikati fil-paragrafu 1 u parzjalment fl-Artikolu 139(2), data mingħajr effett legali. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ data ma jirrendix il-konsenja invalida, minħabba li d-data tat-timbru tal-posta tkun il-fattur determinanti biex tkun stabbilita d-data tal-konsenja.
L-effetti ta’ konsenja japplikaw wara li l-att ġudizzjarju jkun wasal għand ir-reċipjent jew jekk il-konsenja tkun saret skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi u b’mod li r-reċipjent ikun seta’ jaqra l-att ġudizzjarju konsenjat. Għall-finijiet ta’ terminu proċedurali, mhux rilevanti jekk ir-reċipjenti ikunx fil-fatt qara l-att ġudizzjarju.
Pereżempju, jekk persuna jkollha taġixxi jew tkun innotifikata b’dokument it-Tnejn, 4 ta’ April 2005 u huwa jew hija jintalbu jwieġbu fi żmien 14-il jum min-notifika, dan ifisser li huwa jew hija għandhom iwieġbu qabel:
i) it-Tnejn, 18 ta’ April (jiem kalendarji) jew
ii) il-Ġimgħa, 22 ta’ April 2005 (jiem tax-xogħol)?
Skadenzi speċifikati f’jiem jgħoddu bħala jiem kalendarji, iżda jekk it-tmiem tat-terminu biex issir azzjoni jiġi fi btala pubblika statutorja, l-iskadenza tiskadi fil-jum ta’ wara.
Minħabba f’hekk, it-tweġiba għandha tingħata it-Tnejn, 18 ta’ April. Jekk it-18 ta’ April tkun btala pubblika statutorja, l-iskadenza tiskadi fid-19 ta’ April.
Ara l-punt 3: Artikoli 112-115 KĊ.
Hemm punti ta’ bidu għal termini li japplikaw b’mod eċċezzjonali jew partikolari f’ċerti proċeduri ċivili?
Il-bidu ta’ perjodi ffissati minn qabel huwa speċifikat mil-liġi fid-dispożizzjonijiet partikolari li fihom skadenzi bħal dawn huma stabbiliti. Għalhekk jistgħu jkunu adottati soluzzjonijiet simili għal dawk li japplikaw għal skadenzi tal-qorti, e.ż. fir-rigward tal-bidu tat-terminu biex ikun ippreżentat ilment, jew jistgħu jkunu differenti għal kollox u msejsa fuq premessi differenti, e.ż. fir-rigward tal-iskadenza biex jinbdew proċedimenti mill-ġdid.
L-eċċezzjoni hija speċifikata fl-Artikolu 169(4) tal-KĊP, li jgħid li sena wara li jkun skada terminu, dan ikun jista’ jerġa’ jibda jiddekorri biss f’każijiet eċċezzjonali.
Ara l-punt 3 : Artikolu 115 KĊ.
Mhux applikabbli.
Mhux applikabbli.
Ma ssirx distinzjoni bejn skadenzi għal preżentata ta’ appell kontra sentenza (jew deċiżjoni dwar il-mertu tal-każ fi proċedimenti mhux litiġjużi – Artikolu 518 tal-KĊP). Dwar skadenzi għal preżentata ta’ appelli u għal eżerċizzju ta’ rimedji oħra skont il-liġi, ara l-punt 1.
Fi proċedimenti sommarji u mhux litiġjużi, għall-parti li tkun irrinunzjat għad-dritt li jingħata l-motivi għas-sentenza, skadenza għall-preżentata ta’ appell tibda tiddekorri mid-data meta tingħata s-sentenza. Barra minn dan, fi proċedimenti sommarji, parti preżenti waqt is-seduta li matulha tkun ingħatat is-sentenza tista’, wara li tingħata s-sentenza, f’dikjarazzjoni verbalizzata, tirrinunzja għad-dritt li tippreżenta appell. Jekk id-dritt ta’ appell ikun irrinunzjat mill-partijiet kollha intitolati, is-sentenza ssir valida legalment (Artikolu 5058 tal-KĊP u Artikolu 517 KĊP).
L-imħallef sedenti jista’ biss, għal raġunijiet validi, jestendi jew iqassar skadenza tal-qorti wara talba magħmula qabel l-iskadenza tat-terminu, ukoll mingħajr ma’ jisma’ lill-kontroparti. L-imħallef m’għandux dan id-dritt fir-rigward ta’ perjodi ffissati minn qabel (Artikolu 166 KĊP).
Mhux applikabbli.
Skont l-Artikolu 167 tal-KĊP, att proċedurali mwettaq minn parti wara li jkun skada terminu jkun invalidu. Dan il-prinċipju japplika kemm għal perjodi ffissati minn qabel kif ukoll għal skadenzi tal-qorti. Barra mill-invalidità tal-att proċedurali, li hija konsegwenza awtomatika ta’ skadenza ta’ terminu, jista’ jkun hemm konsegwenzi oħra malli jiskadu ċerti termini proċedurali.
Jekk it-terminu ta’ skadenza jiskadi, il-parti tista’ tapplika biex it-terminu jiġi stabbilit mill-ġdid jew tista’ tippreżenta lment biex il-proċedimenti jerġgħu jinbdew.
Stabbiliment mill-ġdid ta’ skadenza (Artikolu 167 tal-KĊP – 172 tal-KĊP):
Skont l-Artikolu 167 tas-KĊP, jekk parti tkun naqset li twettaq att proċedurali mingħajr ħtija tagħha, il-qorti, fuq talba tal-parti, terġa’ tistabbilixxi l-iskadenza. Iżda l-istabbiliment mill-ġdid ikun inammissbbli jekk in-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenza ma jkollu ebda effetti proċedurali negattivi għall-parti. Att ġudizzjarju li jkun jinkludi talba biex terġa’ tiġi stabbilita skadenza għandu jkun ippreżentat fil-qorti li fiha l-att kellu jitwettaq, fi żmien ġimgħa minn meta r-raġuni għan-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenza ma tkunx baqgħet teżisti. L-att ġudizzjarju għandu jindika ċ-ċirkostanzi li jsostnu t-talba. Meta tagħmel it-talba, il-parti għandha twettaq l-att proċedurali. Sena wara li t-terminu ta’ skadenza jkun għadda, dan jista’ jiġi stabbilit mill-ġdid biss f’każijiet eċċezzjonali (Artikoli 168-169 tal-KĊP). Mhux permissibbli li tiġi stabbilita mill-ġdid l-iskadenza għall-preżentata ta’ appell kontra sentenza dwar annullament ta’ żwieġ jew ta’ divorzju, jew meta jkun stabbilit li ma jkunx jeżisti żwieġ, jekk parti waħda jew it-tnejn ikunu reġgħu żżewġu wara li s-sentenza tkun saret valida legalment (Artikolu 170 tal-KĊP). Il-preżentata ta’ rikors għat-tqegħid mill-ġdid ta’ skadenza ma jwaqqafx proċedimenti fil-kawża jew eżekuzzjoni tas-sentenza. Il-qorti tista’, iżda, skont iċ-ċirkostanzi, tiddiferixxi proċedimenti jew eżekuzzjoni tas-sentenza. Jekk ir-rikors jintlaqa’, il-qorti tista’ tisma’ l-kawża minnufih (Artikolu 172 tal-KĊP).
Bidu mill-ġdid ta’ proċedimenti:
Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli 399 – 4161 tal-KĊP, huwa possibbli li jintalab li proċedimenti li jkunu ntemmu b’sentenza valida legalment jinbdew mill-ġdid. Rikorsi biex proċedimenti jerġgħu jinbdew għandhom ikunu ppreżentati fi żmien 3 xhur, u din l-iskadenza tibda tiddekorri mill-jum li fih il-parti tkun saret taf bil-motivi għal bidu mill-ġdid u, jekk il-motiv għall-bidu mill-ġdid ikun l-inkapaċità li wieħed jaġixxi jew in-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni xierqa, mill-jum li fih il-parti, l-awtorità tagħha jew ir-rappreżentant statutorju tagħha jkunu saru jafu bis-sentenza.
Malli jiskadu ħames snin minn meta s-sentenza tkun saret legalment valida, ma jistax jintalab bidu mill-ġdid, ħlief f’każijiet fejn il-parti ma kellhiex kapaċità jew ma kinitx rappreżentata sewwa.
Iżda rikors għall-bidu mill-ġdid ta’ proċeduri jkun inammissibbli fir-rigward ta’ sentenzi li jagħtu l-annullament ta’ żwieġ jew divorzju, jew biex ikun stabbilit li żwieġ ma kienx jeżisti, jekk waħda mill-partijiet jew it-tnejn ikunu reġgħu żżewġu wara li s-sentenza tkun saret legalment valida.
« Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 07-05-2009

