Kummissjoni Ewropea > NGE > Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 16-04-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Repubblika Ċeka

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Tipi varji ta’ skadenzi applikabbli skond il-varji regolamenti proċedurali fi kwistjonijiet ċivili; 1.
1.a) perijodi ta’ liġi sostantiva 1.a)
1.b) perijodi ta' liġi ta’ proċedura 1.b)
1.c) perijodi ta’ limitazzjoni 1.c)
1.d) perijodi ta’ preskrizzjoni 1.d)
2. Lista tal-jiem varji previsti bħala jiem mhux ta’ ħidma skond ir-Regolament (KEE, Euratom) nru. 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971. 2.
3. X’ inhuma r-regoli ġenerali applikabbli fuq skadenzi taż-żmien għall-proċeduri ċivili varji? 3.
4. Meta aġir jew formalità għandha titwettaq f' perijodu ta' żmien stipulat, liema jkun iż-żmien tal-bidu – jiġifieri l-ewwel mument li fih il-perijodu ta’ dan l-aġir jew ta’ din il-formalità jidħol fis-seħħ - ("terminus a quo")? 4.
4.a) Jista’ l-bidu li fih il-perijodu jidħol fis-seħħ jiġi affetwat jew modifikat mill-metodu tat-trażmissjoni jew servizz tad-dokumenti (servizz personali minn uffiċjal tal-qorti jew servizz postali? 4.a)
5. Minn meta jidħol fis-seħħ dan il-perijodu? 5.
5.a) Meta perijodu bħal dan ikun espress f' jiem, liema tkun id-data attwali ta’ l-att, ta’ l-intervent, tad-deċiżjoni jew tad-[data tas-servizz u/jew intimazzjoni li tgħodd? 5.a)
5.b) Meta skadenza taż-żmien tkun espressa f’ jiem, in-numru ta' jiem indikat ikun jinkludi jiem kalendarji jew jiem ta' xogħol biss? 5.b)
5.c) Liema perijodu bħal dan jiġi espress f’ xhur jew fi snin? 5.c)
5.d) Meta jiskadu dawn l-iskadenzi taż-żmien? 5.d)
6. Jekk il-perijodu jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew mhux f’jum ta’ xogħol, dan jiġi estiż sa l-ewwel jum ta' xogħol li jmiss? 6.
7. Meta t-talba tittieħed quddiem ġuriżdizzjoni li għandha s-sede tagħha fit-territorju ewlieni ta’ l-Istat Membru (għal dawk li jinkludu entitajiet separati mill-metropoli jew li għandhom entitajiet ġeografiċi separati 1 Jekk iva, għal liema tul ta’ żmien? 7.
8. Min-naħa l-oħra, meta t-talba tittieħed quddiem ġuriżdizzjoni li għandha sede f’waħda minn dawn l-entitajiet ġeografikament separati mit-territorju ewlieni, jistgħu jiġu estiżi l-iskadenzi taż-żmien għal persuni li ma jgħixux jew m'humiex residenti f'dawn l-entitajiet jew għal persuni li jgħixu/huma residenti barra mill-pajjiż? 8.
9. Jeżistu skadenzi taż-żmien għal appelli speċifiċi għal xi kwistjonijiet ċivili? 9.
10. Jistgħu qrati, f’emerġenza jew f’xi każi oħrajn, iqassru l-iskadenza taż-żmien ta’meta wieħed jidher u jistipulaw data speċjali għal dan? Min-naħa l-oħra, dawn il-perijodi jistgħu jiġu estiżi? 10.
11. Meta att maħsub għal parti residenti f’ post fejn hu/hi tkun tista' tibbenefika minn estensjoni ta' l-iskadenza taż-żmien ikun notifikat f'post fejn min joqgħod hemm ma jkunx jibbenefika minn estensjoni bħal din, jista’ jagħti l-każ li din il-persuna ma tibbenefikax minn din l-iskadenza taż-żmien? 11.
12. X’inhuma s-sanzjonijiet fil-każ li l-perijodi ma jiġux irrispettati? 12.
13. Jekk l-iskadenza taż-żmien tiskadi, hemm xi rimedji għad-dispożizzjoni ta' partijiet li jonqsu? 13.

 

1. Tipi varji ta’ skadenzi applikabbli skond il-varji regolamenti proċedurali fi kwistjonijiet ċivili;

Perijodi ta’ preskrizzjoni u limitazzjoni huma rregolati mill-liġi sostantiva tar-Repubblika Ċeka. Artikolu 122 tal-Kodiċi Ċivili msemmi hawn taħt jiġbor fih regoli ġenerali għall-kalkolu ta' skadenzi taż-żmien (li japplikaw ukoll għal preskrizzjonijiet u limitazzjonijiet, għalkemm mhux għal perijodi leġiżlattivi ta’ proċedura). M’hemm l-ebda dispożizzjoni għal skadenzi li jikkonċernaw regolamenti ta’ proċedura fi kwistjonijiet ċivili fil-Kostituzzjoni.

Hemm differenza fil-kunċett ta’ terminazzjoni tal-perijodu leġiżlattiv sostantiv (fejn ħidma għandha titlesta sa’ l-aħħar data tal-perijodu inkella taqa' taħt l-istatut ta' limitazzjoni) bil-kontra tal-liġi ta’ proċedura fejn eż. appell irid jingħata lill-posta sa mhux iktar tard mill-aħħar jum tal-perijodu.

1.a) perijodi ta’ liġi sostantiva

Kodiċi Ċivili (Att Nru. 40/1964 Koll.), § 122 – regolament ġenerali għall-iskadenzi taż-żmien.

  1. Perijodu ta' żmien speċifikat f' jiem jidħol fis-seħħ fil-jum wara li jkun wasal l-avveniment għall-bidu ta' dan il-peirjodu. Nofs xahar ser ikun definit bħala ħmistax-il jum.
  2. Perijodu ta’ żmien speċifikat f’ġimgħat, xhur jew snin jintemm fil-jum li ismu jew in-numru tiegħu ikunu l-istess bħall-jum meta jkun wasal l-avveniment li jitqies mill-perijodu. Jekk ma jkunx hemm dan il-jum fl-aħħar xahar, il-perijodu ta’ żmien jintemm fl-aħħar jum tiegħu.
  3. Jekk tmiem il-perijodu jkun is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika, il-perijodu ta’ żmien jintemm fl-eqreb jum ta’ xogħol.
1.b) perijodi ta' liġi ta’ proċedura

Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Att Nru. 99/163 Koll.) § 55 et sequentia

FuqFuq

Skadenzi taż-żmien

§ 55

Jekk dan l-att ma jistabbilix skadenza taż-żmien għat-tlestija ta’ ħidma, il-president tas-senat, jekk meħtieġ, jiddetermina l-iskadenza taż-żmien. Il-president tas-senat jista’ jtawwal l-iskadenza taż-żmien li hu (jew hi) jkun stipula.

§ 56

  1. Skadenza taż-żmien ma tidħolx fis-seħħ fir-rigward ta’ persuna li tkun tilfet l-eġibilità li tkun parteċipi tal-proċeduri jew l-eġibilità li taġixxi quddiem il-qorti, jew fir-rigward ta’ persuna li l-qorti tiddeċiedi li tkun irrapreżentata minn rappreżentant legali (§ 23).
  2. Jekk fi proċeduri parteċipant ieħor, rappreżentant legali, jew gwardjan tal-parteċipant jidħol fil-proċeduri, skadenza taż-żmien tidħol fis-seħħ fuq dik il-persuna mill-istess ħin li l-persuna tkun daħlet fil-proċeduri.

§ 57

  1. Il-jum li fih iċ-ċirkustanzi li ddeterminaw il-bidu ta’ l-iskadenza taż-żmien ikunu seħħew m’hux magħdud fil-perijodu ta’ l-iskadenza taż-żmien; dan ma japplikax jekk il-perijodu ta’ l-iskadenza taż-żmien ikun stipulat f’termini ta’ numru ta’ sigħat.
  2. Perijodi ta’ skadenza taż-żmien f’termini ta’ ġimgħat u snin jintemmu fil-jum li jkun l-istess jum bħall-jum li fih iċ-ċirkostanzi li ddeterminaw il-bidu tal-perijodu ta’ l-iskadenza taż-żmien seħħew, u jekk m’hemmx dan il-jum fix-xahar, fl-aħħar jum tax-xahar. Jekk it-tmiem tal-perijodu jkun is-Sibt, il-Ħadd, jew festa pubblika, l-aħħar jum ta’ l-iskadenza taż-żmien tkun l-ewwel jum ta’ xogħol li jmiss. Perijodi ta’ skadenza taż-żmien stipulati f’sigħat jintemmu fl-istess siegħa meta l-fatt li jiddetermina l-bidu ta' l-iskadenza taż-żmien ikun seħħ.
  3. Perijodu ta’ skadenza taż-żmien ikun rispettat, jekk fl-aħħar jum tal-perijodu il-ħidma titwettaq fil-qorti jew is-sottomissjoni tingħata lill-korp li jkun fid-dmir li jwassalha.

§ 58

FuqFuq

  1. Il-Qorti tiġġustifika n-nuqqas li tinżamm skadenza taż-żmien, jekk il-parteċipant jew ir-rappreżentant tiegħu jonqsu li jilħquha għal raġunijiet ġustifikati u li jwasslu għall-esklużjoni minn att li kien intitolat għalih. Hu meħtieġ li s-sottomissjoni tintefa’ sa’ ħmistax-il jum wara li r-raġunijiet ma jkunux baqgħu fis-seħħ flimkien ma’ l-aġir mhux milħuq.
  2. Qorti tista’ tagħraf sottomissjoni mdewma ta’ parteċipant, sabiex in-nuqqas li tintlaħaq skadenza taż-żmien tiġi ġġustifikata.
1.c) perijodi ta’ limitazzjoni

Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Att Nru. 40/1964 Koll.) § 101 et sequentia

§ 101

Sakemm ma jkun stipulat xejn iktar fil-proviżjonijiet li ġejjin, il-perijodu ta' limitazzjoni jkun ta' tliet snin u jidħol fis-seħħ fil-jum meta d-dritt ikun jista' jiġi eżerċitat għall-ewwel darba.

§ 102

Fir-rigward tad-drittijiet li għandhom jiġu approvati għall-ewwel ma’ individwu jew entità legali, il-perijodu ta’ limitazzjoni jidħol fis-seħħ mill-jum meta d-dritt kien approvat b’dan il-mod.

§ 103

Jekk il-partijiet qablu fuq twettiq bin-nifs, il-perijodi ta’ limitazzjoni tal-partijiet tax-xogħol individwali jibdew jgħoddu mill-jiem meta jkunu dovuti. Jekk il-ħlas tad-dejn kollu jsir dovut minħabba n-nuqqas ta’ tlestija ta’ biċċa xogħol waħda (§ 565), il-perijodu ta’ limitazzjoni jidħol fis-seħħ mill-jum tal-biċċa xogħol li ma tkunx tlestiet.

§ 104

ikkanċellata

§ 105

FuqFuq

Fir-rigward tal-werriet skond il-liġi jitlob li jċedi l-wirt (§ 485), il-perijodu ta’ limitazzjoni jidħol fis-seħħ mill-mument meta d-deċiżjoni li tagħlaq il-proċess tal-wirt tkun saret finali u konklussiva.

§ 106

  1. Id-dritt għal kumpens għad-danni ssir preskritta wara sentejn mill-jum meta l-persuna li ssofri d-dannu tkun saret taf bid-dannu u bil-persuna responsabbli tiegħu.
  2. Id-dritt għall-kumpens għad-danni jiġi preskritt sa mhux iktar tard minn tliet snin u, għal danni kkawżati b’ intenzjoni, f’għaxar snin mill-jum meta jseħħ l-avveniment li minnu jkun irriżulta d-dannu. din ir-regola ma tapplikax għal dannu fuq is-saħħa.
  3. Jekk id-dannu ġie kkawżat bi vjolazzjoni ta’ l-obbligu legali konsegwenti għal korruzzjoni, id-dritt għal kumpens għad-danni jiġi preskritt mhux iktar tard minn tliet snin mill-mument meta l-persuna li sofriet dannu tkun saret taf bid-dannu u l-persuna responsabbli, sa mhux iktar tard minn għaxar snin mill-jum ta’ l-imġiba korrotta.

§ 107

  1. Id-dritt għat-talba taċ-ċediment ta' arrikkiment mhux ġustifikat jiġi preskritt wara sentejn mill-jum meta l-persuna intitolata ssir taf bl-arrikkiment mhux ġustifikat u bil-persuna arrikkita.
  2. Id-dritt għat-talba taċ-ċessjoni ta’ arrikkiment mhux ġustifikat jiġi preskritt sa mhux iktar tard minn tliet snin, filwaqt li fil-każ ta’ arrikkiment mhux ġustifikat magħmul b’ intenzjoni, sa għaxar snin mill-jum meta jkun seħħ.
  3. Jekk il-parteċipanti ta’ ftehim invalidu jew ikkanċellat jiġu obbligati li jagħtu lura lil xulxin dak kollu li rċevew skond il-ftehim, il-qorti tieħu t-talba ta’ limitazzjoni in konsiderazzjoni biss jekk il-parteċipant l-ieħor ukoll ikun jista’ jappella għall-istatut ta’ limitazzjoni.

§ 108

FuqFuq

Drittijiet mit-trasport jiġu preskritti wara sena bl-eċċezzjoni tad-drittijiet ta' kumpens għad-danni mit-trasport tal-persuni.

§ 109

Dritt li jikkorrispondi ma’ servitu jiġi preskritt sakemm ma jkunx ġie eżerċitat għal għaxar snin.

§ 110

  1. Id-dritt li jingħata permezz ta’ deċiżjoni finali u konklużiva tal-qorti jew awtorità oħra jiġi preskritt wara għaxar snin mill-jum meta l-parti responsabbli kellha twettaq skond id-deċiżjoni. Dritt li kien magħruf bil-kitba mid-debitur għat-titlu u s-somma tiegħu jiġi preskritt wara għaxar snin mill-jum minn meta jintgħaraf; minkejja dan, jekk il-perijodu ta’ twettiq issemma’ fil-konferma, il-perijodu ta’ limitazzjoni jidħol fis-seħħ mill-iskadenza tal-perijodu tat-twettiq.
  2. L-istess perijodu ta’ limitazzjoni japplika wkoll fuq partijiet individwali fit-twettiq meta dan jinqasam fid-deċiżjoni jew fl-għarfien; il-perijodu ta’ limitazzjoni tal-partijiet individwali jidħlu fid-seħħ fil-jum tagħhom. Jekk id-dejn kollu jasal minħabba n-nuqqas ta’ tlestija ta’ parti waħda tal-ħidma (§ 565), il-perijodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin jidħol fis-seħħ mill-jum li l-parti mix-xogħol ma titlestiex.
  3. Interessi u twettiq ripetut jiġi preskritt fi żmien tliet snin; minkejja dan, jekk ikunu mogħtija u magħrufa finalment u konklussivament bil-kitba, dan il-perijodu ta’ limitazzjoni ma jkunx japplika biss għall-interess u twettiq ripetut li jkun daħal fis-seħħ wara li d-deċiżjoni tkun saret finali u konklussiva jew wara li jkun sar l-għarfien.

Il-Kodiċi Kummerċjali (Att Nru. 519/1991 Koll.) § 397 jistipula perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ 4 snin f’ każi rregolati b'dan il-kodiċi.

FuqFuq

Sakemm il-kodiċi jistipula b’mod ieħor dwar drittijiet individwali, il-perijodu ta’ l-istatut tal-limitazzjonijiet huwa ta’ erba’ snin.

1.d) perijodi ta’ preskrizzjoni

Kodiċi Ċivili (Att Nru. 40/1964 Koll.), § 134

  1. Min ikollu l-pussess legali ta’ xi ħaġa jsir is-sid tagħha jekk iżomm il-ħaġa għal mill-inqas tliet snin mingħajr interuzzjoni fil-każ ta’ affarijiet mobbli u għal mill-inqas għaxar snin fil-każ ta’ propjetà immobbli.
  2. Il-propjetà ta’ affarijiet li ma tistax tkun suġġetta għal propjetà jew għal affarijiet li ma jistgħux ikunu propjetà ħlief ta’ l-istat jew entitajiet legali stipulat b’ att (§ 125) ma jistgħux jinkisbu b' dan il-mod.
  3. Il-perijodu msemmi f’ paragrafu 1 jinkludi l-perijodu li matulu l-antenat legali jkun żamm il-ħaġa.
  4. Dispożizzjonijiet li jirregolaw iż-żmien tal-perijodu ta’ limitazzjoni japplikaw għall-bidu u għal matul iż-żmien tal-perijodu skond paragrafu 1.

2. Lista tal-jiem varji previsti bħala jiem mhux ta’ ħidma skond ir-Regolament (KEE, Euratom) nru. 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Att Nru 245/2000 Koll., dwar il-Festi Pubbliċi

01.01. Il-Jum tal-kisba mill-ġdid ta’ l-Indipendenza Ċeka; Jum l-Ewwel tas-Sena

It-Tnejn il-Għid

01.05. Jum ix-Xogħol

08.05. Jum il-Liberazzjoni

05.07. Jum Ċirillu u Metodju

06.07. Jum Jan Hus

28.09. Jum San Wenċeslas (Jum l-Istat Ċek)

28.10. Jum l-Istat Ċekoslovakk Indipendenti

17.11. Jum it-Taqbida għall-Ħelsien u d-Demokrazija

FuqFuq

24.12. Lejlet il-Milied

25.12. Nhar il-Milied

26.12. Boxing Day

3. X’ inhuma r-regoli ġenerali applikabbli fuq skadenzi taż-żmien għall-proċeduri ċivili varji?

Ara t-tweġiba 1 b)

4. Meta aġir jew formalità għandha titwettaq f' perijodu ta' żmien stipulat, liema jkun iż-żmien tal-bidu – jiġifieri l-ewwel mument li fih il-perijodu ta’ dan l-aġir jew ta’ din il-formalità jidħol fis-seħħ - ("terminus a quo")?

Is-soltu iż-żmien tal-bidu hu l-jum li jmiss wara l-jum ta’ ċertu avveniment.

4.a) Jista’ l-bidu li fih il-perijodu jidħol fis-seħħ jiġi affetwat jew modifikat mill-metodu tat-trażmissjoni jew servizz tad-dokumenti (servizz personali minn uffiċjal tal-qorti jew servizz postali?

Le.

5. Minn meta jidħol fis-seħħ dan il-perijodu?

5.a) Meta perijodu bħal dan ikun espress f' jiem, liema tkun id-data attwali ta’ l-att, ta’ l-intervent, tad-deċiżjoni jew tad-[data tas-servizz u/jew intimazzjoni li tgħodd?

Ara t-tweġiba 4.

[Jista’ qatt il-ħin tal-bidu ta’ xi skadenza taż-żmien jiddependi fuq il-wasla jew l-għarfien ta’ l-aġir mir-reċipjent? Jekk iva, kif?]

Għall-iskadenza taż-żmien li tikkonċerna kumpens għad-danni are § 106 tal-Kodiċi Ċivili (Att Nru. 40/1964 Koll.)

§ 106

  1. Id-dritt għall-kumpens għad-danni tiġi preskritta fi żmien sentejn mill-jum meta l-persuna li sofriet id-dannu tkun saret taf bid-dannu u bil-persuna responsabbli.
  2. Id-dritt għall-kumpens għad-danni jiġi preskritt sa mhux iktar tard minn tliet snin u, għal danni kkawżati b’ intenzjoni, sa għaxar snin mill-jum meta jsir l-avveniment li minnu żviluppa d-dannu. din ir-regola ma tapplikax għal dannu fuq is-saħħa.
  3. Jekk id-dannu ġie kkawżat bi vjolazzjoni ta’ l-obbligu legali kosegwenti għal korruzzjoni, id-dritt għal kumpens għad-danni jiġi preskritt sa mhux iktar tard minn tliet snin mill-mument meta l-persuna li sofriet id-dannu tkun saret taf bid-dannu u bil-persuna responsabbli, sa mhux iktar tard minn għaxar snin mill-jum li fih tkun seħħet l-imġiba korrotta.

Għall-iskadenza taż-żmien dwar appell skond il-§ 204 tal-Kodiċi Ċivili ta’ Proċedura (Att Nru. 99/1963 Koll.), l-iskadenza taż-żmien hija ta’ 15-il jum mill-ġudizzju.

FuqFuq

§ 204

  1. L-appell jista’ jiġi rreġistrat sa ħmistax-il jum wara l-wasla ta’ eżekuzzjoni miktuba ta’ deċiżjoni mal-qorti, liema deċiżjoni tkun qiegħda tiġi appellata.  Jekk il-qorti toħrog deċiżjoni ta’ korrezzjoni dwar verdett ta’ deċiżjoni, dan il-perijodu jerġa’ jidħol fis-seħħ wara li d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni tkun saret finali u konklussiva.
  2. L-appell ikun ikkunsidrat li wasal fiż-żmien stipulat jekk ikun irreġistrat wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ ħmistax-il jum għaliex il-persuna li tkun qiegħda tappella tkun imxiet ma’ struzzjoni inkorretta fir-rigward ta' l-appell.  Jekk id-deċiżjoni ma tkunx tinkludi l-ebda struzzjoni dwar l-appell, dwar il-perijodu ta' l-appell jew dwar il-qorti li tkun irreġistrat l-appell jew jekk id-deċiżjoni tinkludi struzzjoni inkorretta li l-ebda appell m' hu ammess, l-appell jista' jiġi rreġistrat sa tliet xhur wara l-wasla.
  3. Il-maħfra jekk ma jintlaħaqx il-perijodu ta' appell tkun iddispensata mill-qorti tal-prim' istanza. In-nuqqas mill-ilħuq tal-perijodu ta' appell mhux se jinħafer fil-każ ta' appell kontra deċiżjoni mogħtija li żwieġ ikun iddivorzjat, null jew non-eżistenti; id-dispożizzjoni ta’ paragrafu 2 it-tieni sentenza ma tapplikax f’dawn il-każi.
Sentenza fil-kontumaċja skond l-§ 153b tal-Kodiċi Ċivili Proċedurali (Att Nru. 99/1963 Koll.)

§153b

  1. Jekk il-kawża legali u t-taħrika personalment u kif suppost (§ 45) twasslu lill-konvenut mill-inqas għaxart ijiem jew, fil-każi imsemmija f' § 118b, tletin jum qabel il-jum meta tkun sejra sseħħ il-laqgħa, jekk il-konvenut kien avżat dwar il-konsegwenzi fil-każ li jonqos milli jkun preżenti għall-laqgħa u jekk jitlef l-ewwel laqgħa li tkun se sseħħ fil-każ mingħajr ġustifikazzjoni b’fondament u fil-ħin, l-istqarrijiet ta’ min jiftaħ il-kawża legali fl-istess kawża li għandhom x’jaqsmu ma’ ċirkostanzi fattwali tat-tilwima jkunu kkunsidrati inkontestabbli; fuq bażi ta’ dan, il-qorti tista’ tieħu deċiżjoni dwar il-kawża legali b’sentenza fil-kontumaċja jekk din tkun proposta mill-kwerelant.

Ordni għall-ħlas skond l-§ 172 tal-Kodiċi Ċivili Proċedurali (Att Nru. 99/1963 Koll.)

FuqFuq

§172

  1. Il-qorti tista’ toħroġ ordni għall-ħlas saħansitra mingħajr it-talba espliċita minn naħa tal-kwerelant u mingħajr ma tisma' lill-konvenut, fil-każ li l-ilment jinkludi d-dritt għal ħlas monetarju, u d-dritt joħroġ mill-fatti kif iddikjarati mill-kwerelant. Fl-ordni għall-ħlas il-konvenut ikun mitlub iħallas il-kontijiet mitluba minnu u l-ispiża tal-proċeduri sa ħmistax-il jum minn meta jirċievi l-ordni għall-ħlas, jew fl-istess skadenza taż-żmien li topponi l-ordni tal-qorti li tkun ħarġitha.
  2. Mhux possibbli li jinħareġ ordni għall-ħlas:
    1. jekk is-suġġett in kwistjoni ikun wieħed li għandu jinstema' u deċiż minn senat.
    2. jekk ma jkunx magħruf fejn qiegħed il-konvenut.
    3. jekk l-ordni għall-ħlas trid titwassal lill-konvenut barra mill-pajjiż.
  3. jekk il-qorti ma toħroġx ordni għall-ħlas, tordna smigħ.

Huwa possibbli wkoll li tiġi rreġistrata kawża ta’ proċess mill-ġdid skond § 233 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Att Nru. 99/1963 Koll.), l-iskadenza taż-żmien hija ta’ tliet xhur mill-jum meta l-persuna li tkun qiegħda tipproponi l-kawża tkun saret taf bir-raġuni tal-proċess mill-ġdid, jew minn meta seta' jinvokaha. madanakollu,iż-żmien ta' dan il-perijodu ma jintemmx qabel jgħaddu tliet xhur mill-jum meta d-deċiżjoni kkontestata tkun saret waħda finali u konklussiva.

Barra minn hekk, kawża ta' nullità tista' tiġi rreġistrata skond § 234 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Att Nru. 99/1963 Koll.), bl-iskadenza taż-żmien ta’ tliet xhur minn meta tingħata d-deċiżjoni kkontestata.

FuqFuq

Rikors jista' jiġi rreġistrat skond § 240 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Att Nru. 99/1963 Koll.), bl-iskadenza taż-żmien ta’ xahrejn minn meta tingħata d-deċiżjoni tal-qorti ta’ l-appell.

5.b) Meta skadenza taż-żmien tkun espressa f’ jiem, in-numru ta' jiem indikat ikun jinkludi jiem kalendarji jew jiem ta' xogħol biss?

Ikun jinkludi jiem kalendarji, madanakollu, jekk l-iskadenza taż-żmien tkun tiskadi nhar ta’ Sibt, ara t-tweġiba 6.

Per eżempju, jekk persuna trid taġixxi jew tiġi mogħtija dokument it-Tnejn 4 ta’ April 2005, u hu jew hi tkun mitliba twieġeb sa erbatax-il jum mill-għotja, dan ikun ifisser li hu jew hi trid twieġeb qabel:

i) it-Tnejn, 18 ta’ April (jiem kalendarji)

erbatax-il jum jistgħu jitqiesu bħala ġimagħtejn, b’hekk l-artiklu mniżżel hawn taħt ikun japplika.

§ 57 Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Att Nru. 99/163 Koll.)

(2) Perijodi ta’ skadenza taż-żmien f’termini ta’ ġimgħat u snin jintemmu fil-jum li jkun l-istess jum bħall-jum li fih iċ-ċirkostanzi li ddeterminaw il-bidu tal-perijodu ta’ l-iskadenza taż-żmien ikunu seħħew, u jekk m’hemmx dan il-jum fix-xahar, fl-aħħar jum tax-xahar. Jekk it-tmiem tal-perijodu jkun is-Sibt, il-Ħadd, jew festa pubblika, l-aħħar jum ta’ l-iskadenza taż-żmien tkun l-ewwel jum ta’ xogħol li jmiss. Perijodi ta’ skadenza taż-żmien stipulati f’sigħat jintemmu f' l-istess siegħa mfassla bis-siegħa meta l-fatt li jiddetermina l-bidu ta' l-iskadenza taż-żmien ikun seħħ.

FuqFuq

5.c) Liema perijodu bħal dan jiġi espress f’ xhur jew fi snin?

Bl-interpretazzjoni ta’ § 122/2 tal-Kodiċi Ċivili, il-perijodu jibda fil-jum ta’ wara l-avveniment (it-tmien tiegħu biss hu espressament defint) – ara t-tweġiba 1 a).

5.d) Meta jiskadu dawn l-iskadenzi taż-żmien?

Ara t-tweġiba a), § 122/2 tal-Kodiċi Ċivili

Hemm xi punti tat-tluq għal skadenzi taż-żmien li japplikaw eċċezzjonalment jew partikolarment f'xi proċeduri ċivili?

Le.

6. Jekk il-perijodu jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew mhux f’jum ta’ xogħol, dan jiġi estiż sa l-ewwel jum ta' xogħol li jmiss?

Iva (§ 122/3 tal-Kodiċi Ċivili).

Din l-estensjoni hi applikabbli wkoll meta l-perijodu in kwistjoni għandu bħala punt tat-tluq eventwalità futura?

Iva.

7. Meta t-talba tittieħed quddiem ġuriżdizzjoni li għandha s-sede tagħha fit-territorju ewlieni ta’ l-Istat Membru (għal dawk li jinkludu entitajiet separati mill-metropoli jew li għandhom entitajiet ġeografiċi separati 1 Jekk iva, għal liema tul ta’ żmien?

Din is-sitwazzjoni ma tinvolvix lir-Repubblika Ċeka.

8. Min-naħa l-oħra, meta t-talba tittieħed quddiem ġuriżdizzjoni li għandha sede f’waħda minn dawn l-entitajiet ġeografikament separati mit-territorju ewlieni, jistgħu jiġu estiżi l-iskadenzi taż-żmien għal persuni li ma jgħixux jew m'humiex residenti f'dawn l-entitajiet jew għal persuni li jgħixu/huma residenti barra mill-pajjiż?

Din is-sitwazzjoni ma tinvolvix lir-Repubblika Ċeka.

FuqFuq

9. Jeżistu skadenzi taż-żmien għal appelli speċifiċi għal xi kwistjonijiet ċivili?

Le. Għall-iskadenza taż-żmien regolari sabiex jiġi rreġistrat appell, ara t-tweġiba 5 a).

10. Jistgħu qrati, f’emerġenza jew f’xi każi oħrajn, iqassru l-iskadenza taż-żmien ta’meta wieħed jidher u jistipulaw data speċjali għal dan? Min-naħa l-oħra, dawn il-perijodi jistgħu jiġu estiżi?

Le.

Is-sede tat-taħrika hu rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Att. Nru. 99/1963 Koll.):

§ 115

(2) Taħrika trid tasal lill-parteċipanti b’mod li huma jkollhom biżżejjed żmien għat-tħejjija, bħala regola mill-inqas għaxart ijiem fi kwistjonijiet imsemmija f'§ 118b, u mill-inqas tletin jum qabel ikun se jseħħ is-smigħ.

§ 118b

(1) Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ħarsien tal-personalità skond il-Kodiċi Ċivili, fi kwistjonijiet relatati mal-ħarsien minn pubblikazzjoni ta’ informazzjoni bħall-abbuż tal-libertà ta’ l-espressjoni, tal-kelma, u ta’ l-istampa, u possibilment il-ħarsien tad-drittijiet ta’ partijiet terzi skond il-liġijiet tal-mass media, f’ tilwim li jirriżulta minn falliment u l-likwidazzjoni, kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fatti f’ tilwim dwar il-ħarsien tal-kompetizzjoni ekonomika, il-fatti f’tilwim li jirriżulta mill-ħarsien tad-drittijiet miksura jew ipperikolati permezz tal-kompetizzjoni inġusta, il-fatti f’tilwim li jirriżulta mill-ksur jew il-perikolu ta’ ksur ta’ drittijiet għas-segretezza fin-negozju u f’każi oħra stipulati mill-liġi, il-parteċipanti jistgħu jintroduċu fatti dwar il-kwistjoni nnifisha relevanti għad-deċiżjoni u evidenza magħżula sabiex tkun ta’ prova għalihom sa mhux iktar tard mit-tmiem ta' l-ewwel smigħ li jseħħ rigward il-każ tagħhom; fatti u evidenza introdotti iktar tard ma jkunx meqjusa. Dan ma japplikax, jekk il-fatti jew l-evidenza ikkonċernata jkollha l-għan li tixħet dubju fuq il-kredibilità tal-punti ta' mezzi ta' evidenza introdotti u li jkunu seħħew wara l-ewwel smigħ, jew jekk il-parteċipant intortament ma setax jintroduċihom fil-ħin.

(2) Fis-sejħa għall-ewwel smigħ, il-parteċipanti għandhom jingħataw struzzjonijiet, dwar id-dmirijiet skond l-ewwel paragrafu u tal-konsegwenzi li dawn id-dmirijiet ma jiġux irrispettati.

11. Meta att maħsub għal parti residenti f’ post fejn hu/hi tkun tista' tibbenefika minn estensjoni ta' l-iskadenza taż-żmien ikun notifikat f'post fejn min joqgħod hemm ma jkunx jibbenefika minn estensjoni bħal din, jista’ jagħti l-każ li din il-persuna ma tibbenefikax minn din l-iskadenza taż-żmien?

Din is-sitwazzjoni ma tinvolvix lir-Repubblika Ċeka.

12. X’inhuma s-sanzjonijiet fil-każ li l-perijodi ma jiġux irrispettati?

Meta perijodi ta’ liġijiet (normalment) sostantivi ma jiġux osservati dan iwassal għall-fatt li d-dritt jaqa’ taħt l-istatut ta’ limitazzjoni jew esklużjoni, li tfisser li d-dritt ma jibqax infurzabbli bil-liġi.

Fil-każ ta’ perijodi ta’ liġi ta’ proċedura, in-nuqqas ta’ osservanza jwassal għat-tmiem tad-dritt legali.

13. Jekk l-iskadenza taż-żmien tiskadi, hemm xi rimedji għad-dispożizzjoni ta' partijiet li jonqsu?

Għall-perijodi ta’ liġi ta’ proċedura ara t-tweġiba 1 b) § 58 tal-Kodiċi Ċivili ta’ Proċedura (Att No. 66/1963 Koll.) M’hemm l-ebda rimedju għal perijodi ta’ liġi sostantivi (stabbiliti fil-Kodiċi Ċivili).

Aktar tagħrif

________________________

1 Per eżempju: L-Azores u Madejra għall-Portugall, id-Dipartimenti u territorji barranin ta’ Franza, il-Gżejjer Kanarji għal Spanja eċċ....)

« Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 16-04-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit