Kummissjoni Ewropea > NGE > Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 23-10-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Awstrija

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. It-tipi differenti ta’ termini applikabbli taħt ir-regoli proċedurali ċivili fi kwistjonijiet ċivili 1.
2. Lista tal-bosta jiem elenkati bħala jiem mhux ta’ xogħol taħt ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 2.
3. X’inhuma r-regoli ġenerali applikabbli dwar it-termini bħall-bosta proċeduri ċivili? 3.
4. Meta att jew formalità għandhom jitwettqu f’terminu definit, x’inhu l-punt tal-bidu, jiġifieri l-mument inizjali minn meta jibda jiddekorri l-perjodu (“terminus a quo”) ta’ dan l-att jew din il-formalità? 4.
4.a) Il-punt ta’ bidu li fih jiddekorri t-terminu jista’ jiġi affettwat jew immodifikat mill-metodu tat-trażmissjoni jew in-notifika tad-dokumenti (notifika personali minn marixxall jew servizz postali)? 4.a)
5. Minn meta jibda jiddekorri dan il-perjodu? 5.
5.a) Meta dan it-terminu huwa espress f’jiem, id-data attwali ta’ l-att, ta’ l-okkorrenza, tad-deċiżjoni jew id-data tan-notifika u/jew intimazzjoni li jibdih tgħodd? 5.a)
5.b) Meta terminu huwa espress f’jiem, in-numru ta’ jiem indikati jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem ta’ xogħol biss? 5.b)
5.c) Meta dan il-perjodu huwa espress f’xhur jew fi snin? 5.c)
5.d) Meta jiskadu dawn it-termini? 5.d)
6. Jekk il-perjodu jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux ta’ xogħol, huwa estiż sa l-ewwel jum ta’ xogħol li jmiss? 6.
7. Meta t-talba titressaq quddiem qorti li ghandha l-post prinċipali fit-territorju ġewwieni ta’ l-Istat Membru (ful-każ ta’ l-Istati Membri li jinkludu entitajiet minbarra l-metropolis jew li għandhom entitajiet ġeografikament separati), it-termini jiġu estiżi għall-persuni li jgħixu/jirrisjedu f’waħda minn dawn l-entitajiet jew għal dawk li jgħixu/jirrisjedu f’pajjiż ieħor? Jekk iva, għal kemm żmien? 7.
8. Konversament, meta t-talba tittieħed titressaq quddiem qorti li għandha l-post prinċipali f’waħda mill-entitajiet li huma ġeografikament distinti mit-territorju ġewwieni, it-termini jiġu estiżi għall-persuni li jgħixu/jirrisjedu f’waħda minn dawn l-entitajiet jew għal dawk li jgħixu/jirrisjedu f’pajjiż ieħor? 8.
9. Hemm termini għall-appelli li huma speċifiċi għal xi kwistjonijiet ċivili? 9.
10. F’emerġenza jew għal kwalunkwe raġuni oħra, il-qrati jistgħu jqassru t-termini għad-dehra jew jistabbilixxu data partikolari għad-dehra? Konversament, dawn il-perjodi jistgħu jiġu mtawla? 10.
11. Meta att intiż għal parti f’post fejn hi tibbenefika minn estensjoni ta’ terminu huwa nnotifikat f’post fejn dawk li jirrisjedu hemm ma jibbenefikawx minn tali estensjoni, din il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ dan it-terminu? 11.
12. X’inhuma s-sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħarsien tat-termini? 12.
13. Jekk jiskadi t-terminu, x’rimedji hemm disponibbli għall-partijiet li jonqsu? 13.

 

1. It-tipi differenti ta’ termini applikabbli taħt ir-regoli proċedurali ċivili fi kwistjonijiet ċivili

Hemm bosta tipi ta' termini taħt il-liġi Awstrijaka.

L-ewwel, issir distinzjoni bejn termini proċedurali u sostantivi. It-termini proċedurali (termini għall-azzjonijiet) huma termini li bihom parti għall-azzjoni legali jew persuna assoċjata magħha b'xi mod ieħor tista' jew għandha twettaq miżura legali partikolari. It-termini sostantivi huma termini li fihom għandu jkun seħħ avveniment biex isegwu konsegwenzi sostantivi taħt is-sistema legali (eż., it-terminu għall-ilmenti fi kwistjonijiet ta' pussess taħt it-Taqsima 454 tal-Kodiċi Ġudizzjarju [ZPO] jew it-termini biex jingħata avviż taħt il-liġi dwar il-kiri taħt it-Taqsima 560 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Punt importanti huwa li l-ħin meħud mis-servizz postali mhuwiex inkluż fit-termini proċedurali (is-sitwazzjoni hija differenti għat-termini sostantivi). Dan ifisser li, fejn huwa kkonċernat terminu proċedurali, azzjoni ssir fil-ħin meta hija impustata fl-aħħar jum tal-perjodu permess (data bħalma juri t-timbru tal-posta), anke jekk ma tasalx il-qorti sa żmien twil wara li jiskadi t-terminu.

Termini legali, ġudizzjarji u għall-inkjesti:

Taħt il-liġi Awstrijaka, issir ukoll distinzjoni bejn sitwazzjonijiet fejn il-perjodu permess huwa direttament iddeterminat mil-liġi (eż., termini biex jitressqu l-azzjonijiet) u dawk fejn huwa ddeterminat mill-imħallef skond ir-rekwiżiti tal-każ individwali (eż., it-terminu biex tingħata garanzija biex jiġu koperti l-ispejjeż). It-termini għall-inkjesti jirrappreżentaw kombinazzjoni taż-żewġ sitwazzjonijiet; f'dan il-każ il-liġi sempliċement tistipula qafas partikolari (terminu minimu u massimu jew valur approssimattiv, bħal fl-Artikolu 257(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, biex tissejjaħ laqgħa preparatorja).

FuqFuq

It-termini assoluti huma ddeterminati bil-ħin meta jintemmu (normalment jum tal-kalendarju); filwaqt li l-bidu u t-tul jingħataw termini relattivi.

It-termini normalment jistgħu jiġu estiżi mill-imħallef (termini estendibbli). Il-każijiet eċċezzjonali fejn il-liġi tipprojbixxi l-estensjoni huma magħrufa bħala 'termini mhux estendibbli jew obbligatorji (eż., termini biex jinbdew l-azzjonijiet).

Id-distinzjoni bejn it-termini li jistgħu jinbidlu u dawk li ma jistgħux jinbidlu hija bbażata fuq jekk huwiex possibbli li wieħed imur lura għall-istat ta' qabel fil-każ ta' nuqqas li jiġi osservat terminu. Bħala regola ġenerali, it-termini jistgħu jinbidlu; iżda jekk huwa pprojbit li wieħed imur lura għall-istat ta' qabel - sitwazzjoni eċċezzjonali - it-terminu huwa magħrluf bħala perjodu preklużiv jew terminu ad hoc. Il-perjodi preklużivi proċedurali jinkludu t-terminu għall-ilment relatati mar-revoka u għall-ilmenti dwar it-tkomplija mill-ġdid tal-proċeduri (l-Artikolu 534 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

2. Lista tal-bosta jiem elenkati bħala jiem mhux ta’ xogħol taħt ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971

Il-jiem mhux ta’ xogħol fl-Awstrija huma s-Sibt, il-Ħadd, il-Ġimgħa l-Kbira u l-vaganzi legali: Is-Sena l-Ġdida (1.1.), l-Epifanija (6.1.), it-Tnejn ta’ l-Għid, l-Ewwel ta’ Mejju (1.5.), Jum l-Axxensjoni, it-Tnejn ta’ wara Pentekoste, Corpus Christi, l-Assunzjoni (15.8.), il-Jum Nazzjonali Awstrijak (26.10.), Jum il-Qaddisin (1.11.), il-festa ta’ l-Immakolata Kunċizzjoni (8.12.), il-Milied (25.12.) u Jum San Stiefnu (26.12.).

FuqFuq

3. X’inhuma r-regoli ġenerali applikabbli dwar it-termini bħall-bosta proċeduri ċivili?

Il-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet relatati mat-termini jistgħu jinsabu fl-Artikoli 123-129 u l-Artikoli 140-143 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (ZPO) u l-Artikolu 89 ta' l-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti (GOG).

4. Meta att jew formalità għandhom jitwettqu f’terminu definit, x’inhu l-punt tal-bidu, jiġifieri l-mument inizjali minn meta jibda jiddekorri l-perjodu (“terminus a quo”) ta’ dan l-att jew din il-formalità?

Il-punt tal-bidu huwa ġeneralment il-mument li fih tieħu effett in-notifika tad-deċiżjoni li tiddetermina jew tagħti lok għat-terminu; f’każijiet oħrajn huwa l-mument li fih tiġi mħabbra d-deċiżjoni (l-Artikolu 124 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

4.a) Il-punt ta’ bidu li fih jiddekorri t-terminu jista’ jiġi affettwat jew immodifikat mill-metodu tat-trażmissjoni jew in-notifika tad-dokumenti (notifika personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le. Kif stabbilit taħt il-punt 4, il-jum tan-notifika ġeneralment huwa l-okkorrenza li tagħti lok għal terminu proċedurali. Dan m'għandux x'jaqsam mal-mod kif issir in-notifika.

5. Minn meta jibda jiddekorri dan il-perjodu?

Il-perjodu limitat jibda man-notifika jew it-tħabbira tad-deċiżjoni li tistipula jew tagħti lok għal dan il-perjodu.

5.a) Meta dan it-terminu huwa espress f’jiem, id-data attwali ta’ l-att, ta’ l-okkorrenza, tad-deċiżjoni jew id-data tan-notifika u/jew intimazzjoni li jibdih tgħodd?

Le, il-perjodu limitat ma jinkludix il-jum li fih isseħħ l-okkorrenza li tagħti lok għal dak il-perjodu (eż., notifika tad-dokument rilevanti).

FuqFuq

Il-ħin tal-bidu għal kwalunkwe terminu jiddependi b'xi mod fuq l-irċevuta minn jew għarfien dwar l-azzjoni mir-reċipjent? Jekk iva, kif?

Le.

5.b) Meta terminu huwa espress f’jiem, in-numru ta’ jiem indikati jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem ta’ xogħol biss?

It-termini huma kkalkolati f'jiem tal-kalendarju.

Per eżempju, jekk persuna għandha taġixxi jew hija nnotifikata b'dokument sat-Tnejn 4 ta' April 2005 u tintalab tirrispondi fi żmien 14-il jum min-notifika, dan ifisser li hija meħtieġa tirrispondi qabel:

i) it-Tlieta 19 ta' April (l-aħħar jum disponibbli għar-risposta huwa t-Tnejn 18 ta' April).

5.c) Meta dan il-perjodu huwa espress f’xhur jew fi snin?

F’dawn il-każijiet ukoll it-termini huma kkalkolati f’jiem tal-kalendarju.

5.d) Meta jiskadu dawn it-termini?

Perjodi ta' ġimgħa, xahar jew sena jintemmu fil-jum fl-aħħar ġimgħa jew xahar li tikkorrispondi fl-isem jew fl-għadd għall-ewwel jum tal-perjodu (l-Artikolu 125(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Jekk m'hemmx dan il-jum fl-aħħar xahar tal-perjodu (jekk, per eżempju, perjodu ta' xahar jibda fil-31 ta' Jannar), il-perjodu jintemm fl-aħħar jum ta' l-aħħar xahar (l-Artikolu 125(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Il-jiem mhux ta' xogħol m'għandhomx effett fuq il-bidu u kemm idumu l-perjodi ta' żmien limitati.

Hemm punti ta' bidu għal termini li japplikaw eċċezzjonalment jew b'mod partikolari f'xi proċeduri ċivili?

Le.

6. Jekk il-perjodu jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux ta’ xogħol, huwa estiż sa l-ewwel jum ta’ xogħol li jmiss?

Iva. Jekk il-perjodu jiskadi nhar ta' Sibt, Ħadd, festa pubblika jew il-Ġimgħa l-Kbira, ma jintemmx sa l-ewwel jum ta' xogħol li jmiss.

FuqFuq

Din l-estensjoni tgħodd ukoll meta l-perjodu in kwistjoni għandha okkorrenza futura bħala punt ta' bidu?

Iva.

7. Meta t-talba titressaq quddiem qorti li ghandha l-post prinċipali fit-territorju ġewwieni ta’ l-Istat Membru (ful-każ ta’ l-Istati Membri li jinkludu entitajiet minbarra l-metropolis jew li għandhom entitajiet ġeografikament separati), it-termini jiġu estiżi għall-persuni li jgħixu/jirrisjedu f’waħda minn dawn l-entitajiet jew għal dawk li jgħixu/jirrisjedu f’pajjiż ieħor? Jekk iva, għal kemm żmien?

Dan ma jgħoddx għall-Awstrija.

8. Konversament, meta t-talba tittieħed titressaq quddiem qorti li għandha l-post prinċipali f’waħda mill-entitajiet li huma ġeografikament distinti mit-territorju ġewwieni, it-termini jiġu estiżi għall-persuni li jgħixu/jirrisjedu f’waħda minn dawn l-entitajiet jew għal dawk li jgħixu/jirrisjedu f’pajjiż ieħor?

Dan ma jgħoddx għall-Awstrija.

9. Hemm termini għall-appelli li huma speċifiċi għal xi kwistjonijiet ċivili?

It-termini għall-appell jiddependu, bħala prinċipju, fuq it-tip ta’ deċiżjoni (sentenza jew deċiżjoni) u n-natura tal-każ. Fil-każijiet ċivili, it-terminu għal tip wieħed ta’ appell (Rekurs) ġeneralment huwa ta’ 14-il jum, filwaqt li t-terminu għal tip ieħor (Berufung) huwa ta’ erba’ ġimgħat.

10. F’emerġenza jew għal kwalunkwe raġuni oħra, il-qrati jistgħu jqassru t-termini għad-dehra jew jistabbilixxu data partikolari għad-dehra? Konversament, dawn il-perjodi jistgħu jiġu mtawla?

It-termini normalment jistgħu jiġu estiżi mill-qorti. F’dawk il-każijiet eċċezzjonali fejn il-liġi tipprojbixxi l-estensjoni, huma magħrufa bħala termini mhux estendibbli, jew obbligatorji (eż., termini għall-appell).

FuqFuq

It-termini kollha jistgħu jiġu mqassra bi ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati, li għalihom għandha titressaq prova dokumentarja. Il-qorti tista’ tiddeċiedi tqassar terminu fuq talba ta’ waħda mill-partijiet jekk jintwera b’mod kredibbli li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat it-tfixkil potenzjali u sostanzjali, u jekk il-parti li l-azzjonijiet tagħha huma soġġetti għal dak it-terminu hija kapaċi tibda l-proċeduri legali kkonċernati fit-terminu mqassar (l-Artikolu 129 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Terminu jista’ jiġi estiż fuq talba jekk il-parti li tibbenefika mill-estensjoni jkollha raġunijiet inevitabbli u gravi ħafna biex ma tkunx tista’ twettaq il-proċeduri legali koperti mit-terminu fil-ħin, u, b’mod partikolari, issofri dannu irreparabbli jekk it-terminu ma jiġix estiż (l-Artikolu 128(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju). It-termini ma jistgħux jiġu estiżi fuq il-bażi ta’ ftehim bejn il-partijiet (l-Artikolu 128(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

11. Meta att intiż għal parti f’post fejn hi tibbenefika minn estensjoni ta’ terminu huwa nnotifikat f’post fejn dawk li jirrisjedu hemm ma jibbenefikawx minn tali estensjoni, din il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ dan it-terminu?

Le, għaliex il-kwistjoni hawn huma t-termini tal-proċeduri legali relatati mal-Qorti Awstrijaka.

12. X’inhuma s-sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħarsien tat-termini?

Bħala regola ġenerali, in-nuqqas ta’ ħarsien ta’ element ta’ proċeduri legali jirriżulta f’li l-parti kkonċernata tkun eskluża mill-istadju ta’ wara tal-proċeduri legali (l-effett preklussiv, l-Artikolu 144 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Hemm xi eċċezzjonijiet, inkluż l-Artikolu 289(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju (dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra għas-smigħ ta’ l-evidenza) u l-Artikolu 491 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ dehra għall-proċeduri ta’ l-appell).

FuqFuq

Il-proċeduri legali mdewma huma ġeneralment miċħuda għal raġunijiet legali, għalkemm f’xi każijiet jistgħu jkunu miċħuda fuq il-bażi ta’ applikazzjoni biss.

In-nuqqas ta’ ħarsien jista’ wkoll ikollu konsegwenzi partikolari minbarra r-riżultati normali tiegħu. Dawn ivarjaw konsiderevolment. Il-konsegwenza partikolari l-aktar sinjifikanti ta’ ħarsien hija dik fejn parti waħda tonqos milli tħares il-liġi, il-parti l-oħra tista’ tapplika għal sentenza fin-nuqqas, għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ ħarsien (l-Artikoli 396 u 442 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Biex jingħata eżempju ieħor, taħt l-Artikolu 170 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, in-nuqqas miż-żewġ partijiet li jidhru fil-qorti jirriżulta fis-sospensjoni tal-proċeduri (għall-inqas għal tliet xhur). Jekk l-attur fil-proċeduri matrimonjali jonqos li jidher, l-ilment huwa ddikjarat li huwa rtirat, iżda mhux abbandunat, fuq talba tal-parti akkużata (l-Artikolu 460 Z 5 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

13. Jekk jiskadi t-terminu, x’rimedji hemm disponibbli għall-partijiet li jonqsu?

Dawn ir-rimedji li ġejjin huma disponibbli biex jirrevokaw il-konsegwenzi legali tan-nuqqas ta' dehra fil-qorti jew li jitwettaq att li jinkludi parti mill-proċeduri legali:

  1. Treġġija lura għall-istat ta' qabel (l-Artikolu 146 ff tal-Kodiċi Ġudizzjarju),
  2. Appell (Widerspruch) (l-Artikoli 397a and 442a tal-Kodiċi Ġudizzjarju),
  3. Appell (Berufung) (l-Artikoli 461 ff tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
  1. Treġġija lura għall-istat ta' qabel huwa rimedju legali kontra l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' dehra fil-qorti jew ta' parteċipazzjoni f'att legali soġġett għal terminu li jista' jintuża f'każijiet fejn il-parti jew ir-rappreżentant tagħha naqas li jhares minħabba okkorrenza imprevista jew inevitabbli u l-parti jew ir-rappreżentant tagħha mhuwiex/mhijiex responsabbli jew hija/huwa responsabbli sa grad minuri biss (negliġenza ħafifa) għan-nuqqas ta' ħarsien. Dan l-appell għandu jiġi sottomess fi żmien xahrejn mit-tneħħija ta' l-ostakolu.
  2. Appell (Widerspruch) huwa rimedju legal ddiżinjat li jirrevoka sentenza dwar in-nuqqas ta' ħarsien taħt l-Artikolu 396 u/jew l-Artikolu 442 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Bħala regola, l-appelli għandhom jiġu sottomessi ghall-qorti tas-smigħ fi żmien mhux estendibbli ta' 14-il jum min-notifika tas-sentenza dwar in-nuqqas ta' ħarsien, fil-forma ta' dokument preparatorju.
  3. Appell (Berufung) jista' jiġi ppreżentat kontra sentenza dwar nuqqas ta' ħarsien, għal raġunijiet li ma kien hemm ebda nuqqas ta' ħarsien, bħala waħda mir-raġunijiet ta' l-invalidità msemmija fl-Artikolu 477 (1 Z 4) u Z 5 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (informazzjoni skorretta u/jew nuqqas ta' rappreżentanza tal-parti li qed tieħu sehem fil-proċedura) hija preżenti.

« Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 23-10-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit