Kummissjoni Ewropea > NGE > Proċeduri simplifikati u maġġla > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 03-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Proċeduri simplifikati u maġġla - Isvezja

 

TALBIET ŻGĦAR

1. Hemm proċedura għal talbiet żgħar fl-Iżvezja?

Iva, hemm proċedura speċjali li tintuża mill-qrati ordinarji ta' l-ewwel grad għal talbiet li jkunu taħt ċerti valur massimi.

1.1. Valuri massimi

Il-valur massimu bħalissa (għas-sena 2003) huwa ta' 19 300 SEK. Il-valur massimu m'huwiex definit bil-liġi, iżda huwa marbut ma' l-indiċi tal-prezzijiet, b'mod illi l-valur massimu jiżdied skond l-għoli tal-ħajja. Din il-proċedura m'hijiex limitata għal ċerti tipi ta' każijiet, e.ż.: kwistjonijiet tal-konsumatur. Il-kriterju applikat huwa li jrid ikun hemm każ ta' nuqqas ta' qbil, u l-valur ikkontestat ikun jaqa' taħt il-valur massimu. Madanakollu, dan ma jgħoddx għal każijiet tal-familja.

1.2. Applikazzjoni

Ir-regoli speċjali dwar il-każijiet żgħar huma obbligatorji.

Il-qorti tista' tuża l-proċedura ordinarja jekk dan jintalab minn xi parti. Dan isir jekk xi parti, ma' l-ewwel darba li tidher fil-każ, titlob li jiġu applikati regoli ġenerali, u li huwa probabbli li t-tilwima in kwistjoni hija ta' valur aktar għoli, jew li l-eżitu tal-kawża huwa ta' importanza mill-perspettiva ta' ġurisprudenza.

1.3. Formola standard

M'hemmx formoli standard biex tinbeda proċedura f'każijiet għal ammonti żgħar. Hemm formola biex tippreżenta talba f'każijiet ta' nuqqas ta' qbil li tista' tintuża ikun xi jkun il-valur tat-talba. Tista' ġġib il-formola “Ansökan om stämning” svenska (applikazzjoni biex tiftaħ proċeduri) minn Domstolväsendet (l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati).

back

FuqFuq

1.4. Għajnuna

Jekk tirrikorri għand qorti distrettwali (tingsrätt), tista' tingħata għajnuna biex tibda l-proċess. Il-bażi legali għal dan huwa s-servizz ta' għajnuna mill-awtoritajiet ta' l-istat stabbilit bil-liġi. Dan l-obbligu jkopri servizzi bħal telefonati u l-għoti ta' pariri ġenerali kif ukoll tagħrif dwar ir-regoli. Barra minn hekk, il-president tal-qorti għandu r-responsabbiltà li jgħinek, matul it-tħejjija tal-kawża, skond it-tip ta' kawża, kif ukoll biex jiċċara affarijiet li ma tkunx qed tifhem, u għandu jaġixxi b'mod illi l-partijiet jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-qorti. Fil-prattika l-imħallef iwettaq dan id-dmir billi jsaqsi mistoqsijiet kumplimentari u billi jagħmel rimarki.

1.5. Regoli għad-dokumentazzjoni tal-provi

Le, m'hemm ebda regoli speċjali. Jistgħu jiġu ppreżentati provi kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub. Ix-xhieda b’affidavit hija ammissibbli biss b'ċirkostanzi speċjali.

1.6. Proċedura bil-miktub

Iva, huwa possibbli għall-qorti biex tagħti sentenza fuq il-bażi ta' proċedura bil-miktub biss. Hemm possibiltajiet li jistgħu jintużaw f'dawk il-każijiet meta t-trattazzjoni orali ma tkunx meħtieġa. B'referenza għall-investigazzjoni tal-każ, ebda waħda mill-partijiet m'għandha għalfejn issaqsi għaliha.

1.7. Kif tingħata s-sentenza

Ma jeżistux regoli ta' din ix-xorta.

1.8. Spejjeż tal-kawża

Ir-regolamenti speċjali dwar l-ispejjeż huma l-aktar elementi importanti f'każijiet li jinvolvu ammonti żgħar. Il-parti rebbieħa biss għandha d-dritt għal kumpens għall-konsulenza legali, u biss għal ħin ta' siegħa, għall-ispejjeż tar-rikors, għall-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni, l-ispejjeż biex jinġiebu x-xhieda, u spejjeż ta' traduzzjoni. Il-kumpens huwa dovut ukoll għal spejjeż raġonevoli li l-parti li tkun rebħet tonfoq biex teżerċita d-drittijiet tagħha. Ma jingħatax kumpens għal konsulenza legali ta' aktar minn siegħa.

1.9. Appell

Iva, sentenza mogħtija minn qorti inferjuri ordinarja li tkun applikat proċedura mhux ordinarja f'każijiet ta' valur żgħir, jistgħu jiġu appellati quddiem qorti ta' grad ogħla.

Huwa meħtieġ permess biex Qorti ta' l-Appell (hovrätten) tittratta sentenza ta' qorti distrettwali (tingsrätten). Dan il-permess jingħata biss jekk ikun importanti mill-perspettiva tal-ġurisprudenza li jsir appell quddiem qorti ta' grad ogħla. Irid ikun hemm raġuni biex jinbidel ir-riżultat milħuq bis-sentenza tal-qorti distrettwali, jew irid ikun hemm raġunijiet speċjali biex jinstema' l-appell. Il-parti li tappella minn sentenza ta' qorti distrettwali  għandha tagħmel dan bil-miktub, u l-appell irid jasal għand il-qorti distrettwali fi żmien tlett ġimgħat mill-jum meta tkun ingħatat is-sentenza.

« Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

back

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit