Kummissjoni Ewropea > NGE > Proċeduri simplifikati u maġġla > Spanja

L-aħħar aġġornament: 16-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Proċeduri simplifikati u maġġla - Spanja

 

Proċeduri għal ordni ta’ ħlas

Fis-sistema legali Spanjola, hemm bosta proċeduri sempliċi li jqassru t-tul tal-kawżi u li huma maħsuba biex jiżguraw tweġiba aktar rapida minn qorti għall-eżistenza tal-kawża. F’xi każijiet, dawn jagħmluha possibbli li jkun żgurat infurzar minnufih jekk id-debitur ma jikkontestax it-talba, ngħidu aħna meta jkun hemm proċeduri ta’ ordnijiet ta’ ħlas. Proċeduri oħra jnaqqsu għal minimu l-għadd ta’ passi proċedurali u jinvolvu s-sejħa minnufih għas-smigħ, ngħidu aħna fil-każ ta’ proċedimenti orali. Għal dawn it-tip ta’ proċeduri, madanakollu, jistgħu jkunu introdotti biss talbiet żgħar (sa €3 000), kif ukoll tipi oħra ta’ talbiet li, min-natura tagħhom, jeħtieġu tweġiba ġudizzjarja mall-ewwel.

1. Hemm xi proċedura mgħaġġla biex tikseb ordnijiet ta’ ħlas ?

Iva, din tissejjaħ il-proċedura għal ordni ta’ ħlas.

Hemm xi proċedura ssimplifikata mmirata speċifikament lejn it-trattament tat-talbiet li aktarx jibqgħu mhux ikkontestati mill-parti konvenuta?

Iva, il-proċedura għal ordni ta’ ħlas.

1.1. L-ambitu tal-proċedura

Il-kredituri li jkunu jixtiequ jiksbu l-ħlas ta’ talba jistgħu jirrikorru għall-proċedura.

a) Liema tipi ta’ talbiet huma eliġibbli?

L-irkupru ta’ talbiet fi flus, dovuti u pagabbli u għal ammont speċifiku li ma jaqbiżx it-€30 000.

b) Hemm xi limitu  kemm jista’ jkun għoli l-valur tat-talba?

Iva, €30 000.

back

FuqFuq

c) Hemm għażla dwar l-użu ta’ dik il-proċedura jew huwa obbligatorju?

Dan l-użu huwa fakultattiv. Il-parti attriċi tista’ tirrikorri għal din il-proċedura jew għall-proċedura ordinarja rilevanti għall-ammont involut.

d) Tista’ tintuża din il-proċedura jekk il-parti konvenuta tgħix fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

Le.

1.2. Il-qorti kompetenti

F’liema qorti (jew lil liema awtorità) għandi nagħmel it-talba għal ordni ta’ ħlas?

Din għandek tagħmilha lill-Imħallef tal-Qorti ta’ Prim’Istanza fil-post fejn ikollha l-indirizz jew ir-residenza tagħha l-parti konvenuta.

Din il-proċedura rregolata bir-regoli generiċi dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati?

Le, għax ma tistax, la taċitament u lanqas espressament, tinbeda quddiem qorti għajr dik stipulata bil-liġi.

1.3. Ir-rekwiżiti formali

Il-proċedura tibda b’dokument bil-miktub li fih il-parti attriċi trid tistipula l-identità tal-parti konvenuta, l-indirizzi jew il-post fejn tgħix il-parti attriċi u dik konvenuta, u l-causa u l-ammont tat-talba.

a) L-użu ta’ formola standardizzata huwa obbligatorju?

Le, sakemm ir-rikors josserva r-rekwiżiti imsemmija aktar ’il fuq. Ir-rikors jista’ jsir fuq formoli standard. Il-formoli español jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (CGPJ español).

back

FuqFuq

b) Irrid inkun irrappreżentat minn avukat?

Le, mhux għat-talba. Għall-istadji l-oħra tal-kawża, madanakollu, ir-rappreżentanza minn avukat (lawyer jew solicitor) hija obbligatarja jekk l-ammont involut jaqbeż id-€900.

c) Kemm għandi nidħol fid-dettal biex niddeskrivi r-raġuni tat-talba?

Id-dokumenti li jixhdu l-eżistenza tat-talba iridu jinhemżu mat-talba. Dawn iridu jkunu d-dokumenti li jintużaw is-soltu fl-affarijiet tan-negozju.

d) Irrid nippreżenta evidenza bil-miktub fir-rigward tat-talbiet asseriti? Jekk iva, liema dokumenti huma ammissibbli bħala prova?

Iva, id-dokumenti li għandhom jinhemżu mat-talba iridu jkunu jew dokumenti ffirmati mill-parti konvenuta jew li jkollhom it-timbru tagħha, jew dokument stampati mill-parti konvenuta li juru l-eżistenza tat-talba, jew fatturi, noti tal-konsenja, ċertifikati, telegrammi, messaġġi bil-faks jew kull dokument ieħor li, anki jekk ma jkunx iffirmat mill-parti konvenuta, normalment jintuża biex jirreġistra t-talbiet fir-relazzjonijiet ta’ bejn kreditur u debitur. Jekk id-dokument li jipprovdi evidenza tat-talba ma josservax dawn il-kundizzjonijiet, dan irid ikun akkumpanjat minn dokumenti kummerċjali li jipprovdu evidenza li kien hemm għaddejja relazzjoni kummerċjali.

e) Jekk it-talba tiegħi tintlaqa’, kif nikseb ordni ta’ ħlas?

Jekk it-talba tintlaqa’, il-qorti tordna lill-parti konvenuta tħallas lil dik attriċi fi żmien għoxrin jum jew li tgħid għaliex, fil-fehma tagħha, din m’għandhiex tagħti l-ammont mitlub.

back

FuqFuq

1.4. Iċ-ċaħda tat-talba

F’liema ċirkustanzi tinċaħad l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas? Il-qorti tżamina l-ġustifikazzjoni tat-talba qabel ma toħroġ l-ordni ta’ ħlas?

Iva. Il-qorti tista’ tiċħad l-applikazzjoni jekk, fil-fehma tagħha, id-dokumenti pprovvduti ma jikkostitwux evidenza tat-talba tal-parti attriċi.

1.5. L-Appell

Appell jista’ jsir fi żmien ħamest ijiem min-notifika tad-dokument li fih tintlaqa’ t-talba.

1.6. Nota ta’ kontestazzjoni

Jekk it-talba tintlaqa’, il-qorti (Qorti ta’ Prim’Istanza) ordna lill-parti konvenuta tħallas lill-parti attriċi fi żmien għoxrin jum jew li tgħid għaliex, fil-fehma tagħha, din m’għandhiex tagħti l-ammont mitlub.

Il-parti konvenuta trid tistipula l-kontestazzjoni tagħha bil-miktub, u tagħti r-raġunijiet għaliex temmen li m’għandhiex tagħti l-ammont. Id-dokument bil-miktub irid jiġi ppreżentat minn avukat (lawyer jew solicitor) jekk it-talba taqbeż id-€900 .

1.7. L-effett tan-nota ta’ kontestazzjoni

Il-kwistjoni tiġi deċiża bil-proċedimenti orali rilevanti oral jekk if it-talba ma taqbiżx it-€3 000, u b’kawża ordinarja jekk it-talba ma taqbiżx dan l-ammont.

Jekk it-talba ma taqbiżx it-€3 000, din tinstema’ direttament bi proċedimenti orali. Jekk taqbeż dan l-ammont, il-parti attriċi trid tippreżenta talba fi żmien xahar minn meta tkun innotifikata bin-nota ta’ kontestazzjoni.

1.8. L-effett tan-nuqqas ta’ nota ta’ kontestazzjoni

Jekk il-parti konvenuta ma tħallasx u ma tressaqx l-argumenti tagħha biex tikkontesta l-ħlas, jinħareġ att ġudizzjarju li jista’ jiġi infurzat kontra l-parti konvenuta, bl-istess mod bħal deċiżjoni, għall-ammont tat-talba.

a) Xi jrid isir sabiex tikseb deċiżjoni li tista’ tiġi infurzata?

Il-parti attriċi trid titlob l-infurzar ta’ l-att ġudizzjarju anki meta dan ikun awtomatiku jekk il-parti konvenuta ma topponix l-inġunzjoni biex tħallas jew tittrattaha debitament .

b) Din id-deċiżjoni tkun finali jew xorta hemm il-possibbility for il-possibbiltà li l-parti konvenuta tappella minn dik d-deċiżjoni?

Jekk ma tingħatax id-deċiżjoni ta’ l-infurzar, il-parti attriċi tista’ tappella quddiem qorti ogħla fi żmien ħamest ijiem min-notifika, għalkemm jista’ jsir appell, quddiem l-imħallef li ċaħad it-talba, biex it-talba terġa’ tiġi kkunsidrata. Dan l-appell irid jinstema’ mill-istess imħallef, bil-possibbiltà li tinstema’ l-kontroparti jekk din tidher fi żmien ħamest ijiem minn meta tingħata d-deċiżjoni.

Jekk tingħata d-deċiżjoni ta’ l-infurzar, il-parti konvenuta tista’ tikkontesta l-miżuri ta’ l-infurzar meħuda jekk iqishom sproporzjonati, jew jikkontesta d-deċiżjoni ta’ l-infurzar innifisha jekk ikun fiha nuqqasijiet proċedurali, jew jopponi l-merti, imma f’dan il-każ għal għadd limitat  ta’ raġunijet, bħalma huwa l-fatt li t-talba tħallset jew ġiet preskritta.

Aktar tagħrif

  • Proċedimenti orali (mhix meħtieġa rappreżentazzjoni legali meta l-ammont tal-litigazzjoni ma jaqbiżx id-€900): is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja español u tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura español.
  • Proċedura għall-ordni ta’ ħlas: is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja español u tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura español.

« Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

back

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 16-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit