Kummissjoni Ewropea > NGE > Proċeduri simplifikati u maġġla > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Proċeduri simplifikati u maġġla - Rumanija

 

Proċeduri għal ordni ta’ ħlas

1. L-eżistenza ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas

Teżisti proċedura simplifikata speċifika biex jinġabru talbiet li jistgħu jibqgħu mhux kontestati mill-konvenut ("proċedura ta’ ordni ta’ ħlas")?

Iva. Id-dispożizzjonijiet rilevanti jinsabu fl-Ordinanza tal-Gvern Nru 2001, li wara kienet emendata mil-Liġi Nru 295/2002 mal-approvazzjoni tal-Ordinanza, imbagħad mill-Ordinanza Nru 142/2002 u, fl-aħħar nett, mil-Liġi Nru 195/2004 li emendat u ssupplimentat il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

1.1. Skop tal-proċedura

a) X’xorta ta’ talbiet huma eliġibbli (e.g. talbiet ta’ flus biss, talbiet kuntrattwali biss)?

Skont l-Ordinanza, il-proċedura ta' ordni ta’ ħlas tinbeda, fuq talba tal-kreditur, biex jinġabru, b’mod volontarju jew b’eżekuzzjoni, ċerti talbiet likwidi u dovuti li jkunu jirrappreżentaw ħlasijiet ta’ somom ta’ flus pendenti koperti minn ftehim bil-kitba jew stabbiliti minn statut, regolament jew xi dispożizzjoni oħra bil-miktub li l-partijiet ikunu aċċettaw permezz tal-firma tagħhom jew b’mod ieħor ammissibbli legalment u li jaffermaw drittijiet u obbligi relatati mal-eżekuzzjoni ta’ servizzi, xogħlijiet jew affarijiet simili.

L-Artikolu 1(2) tal-Ordinanza jistipula li s-somma rappreżentanti l-obbligu tal-paragrafu 1, kif ukoll kull imgħax, żidiet jew penalitajiet pagabbli skont il-liġi jkunu aġġustati skont ir-rata tal-inflazzjoni rreġistrata fid-data tal-ħlas effettiv.

back

FuqFuq

b) Hemm limitu massimu għall-valur tat-talba?

Le.

c) L-użu tal-proċedura huwa fakultattiv jew obbligatorju?

Jidher biċ-ċar li l-proċedura hija fakultattiva għal min jagħmel it-talba. Iżda skont l-Artikolu 7, l-ordni tal-imħallef li jiċħad it-talba tal-kreditur hija irrevokabbli iżda, f’dan il-każ u fil-każ fejn l-ordni tkun laqgħet it-talba parzjalment, il-kreditur ikun jista’ japplika biex tinġieb azzjoni skont il-liġi ordinarja.

d) Il-proċedura tista’ tintuża jekk il-konvenut ikun jgħix fi Stat Membru ieħor jew fi stat terz?

Il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas tista’ tintuża minn kull persuna, mingħajr ebda diskriminazzjoni u irrispettivament miċ-ċittadinanza tal-partijiet. Ċertament, ir-regoli tad-dritt internazzjonali privat dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati, kif stipulati mil-Liġi 105/1992, u ppubblikati mill-ġdid, għandhom ikunu osservati.

1.2. Qorti kompetenti. Lil liema qorti (jew awtorità) għandha tkun indirizzata talba biex tinħareġ ordni ta’ ħlas?

Oriġinarjament, il-qorti kompetenti kienet tiġi stabbilita skont l-Artikolu 2, li jistipula li t-talbiet kollha f’dan il-qasam, irrispettivament mill-valur konċernat, kellhom ikunu ppreżentati f’qorti tal-prim’istanza għal materji ċivili u fi tribunal għal materji kummerċjali.

Fil-qrati msemmijin fil-paragrafu 1, it-talbiet ikunu deċiżi minn imħallef wieħed, li ex officio jiżgura l-kompetenza tal-qorti, waqt li jaġixxi skont il-liġi.

back

FuqFuq

Sussegwentement, l-Artikolu 2 kien emendat mil-Liġi Nru 195/2005, jiġifieri li mid-data li fiha din il-Liġi, li emendat il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, l-Ordinanza tal-Gvern Nru 5/2001 daħlet fis-seħħ, talbiet għal taħrika għal ħlas għandhom ikunu ppreżentati fil-qorti kompetenti li tiddeċiedi l-mertu tal-kawża fil-prim’istanza.

Din il-proċedura titmexxa mir-regoli ġenerali dwar il-kompetenza tal-qrati (tista’ tkun inkluża link f’din l-iskeda ta’ dejta f’każ bħal dan) jew minn prinċipji differenti?

Iva, din il-proċedura speċjali titmexxa mir-regoli ġenerali dwar il-kompetenza territorjali tal-qrati stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, flimkien mal-Ordinanza Nru 5/2001 li tagħmel referenza għar-regola ġenerali, u skont l-Artikolu 11 li jiddikjara espressament li d-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza jkunu supplimentati b’dawk tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

1.3. Rekwiżiti formali. Liema huma r-rekwiżiti formali għal talba biex tinħareġ ordni ta’ ħlas?

a) L-użu mandatorju ta’ formola standardizzata huwa obbligatorju? (jekk huwa hekk, dik il-formola minn fejn tista’ tinkiseb?)

Ma teżistix formola standardizzata, iżda min jagħmel it-talba/il-kreditur għandu josserva r-rekwiżiti formali minimi relatati mal-applikazzjoni, li għandha tinkludi lista ta' speċifikazzjonijiet stabbiliti espliċitament fl-Artikolu 3 tal-Ordinanza Nru 5/2001, jiġifieri:

  1. l-isem tal-kreditur u l-post tar-residenza tiegħu jew, skont il-każ, l-isem u l-post tan-negozju tiegħu;
  2. l-isem u l-post tar-residenza tad-debitur jekk ikun persuna fiżika, l-isem u l-post tan-negozju tad-debitur jekk ikun persuna ġuridika u, skont il-każ, in-numru tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru ta' persuni ġuridiċi, il-kodiċi tat-taxxa u n-numru tal-kont bankarju;
  3. is-somom speċifikati fl-Artikolu 1(2) tal-Ordinanza, flimkien mar-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt għall-obbligi tal-ħlas, il-perjodu li għalihom jirreferu, id-data ta' skadenza u kull element ieħor meħtieġ biex ikun ikkalkulat id-dejn.

Il-kuntratt jew kull att ieħor bħala evidenza tas-somom pagabbli għandhom jinhemżu mal-applikazzjoni.

back

FuqFuq

L-applikazzjoni u d-dokumenti mehmużin għandhom ikunu ppreżentati b'tant kopji daqs kemm ikun hemm partijiet involuti, flimkien ma' kopja għall-qorti.

b) Ikolli nkun rappreżentat minn avukat?

Le, ir-rappreżentanza minn avukat mhix obbligatorja, iżda hija rakkomandata.

c) F’kemm dettall għandi niddeskrivi r-raguni għat-talba?

Kif hemm indikat fit-tweġiba fil-punt a, min jagħmel it-talba/il-kreditur għandu jagħti mill-anqas tliet dettalji minn fost dawn li ġejjin: jiġifieri l-isem tad-debitur/titlu, il-post tar-residenza/negozju tiegħu, in-numru taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru għal organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ, il-kodiċi tat-taxxa u n-numru tal-kont tal-bank, kif ukoll is-somma dovuta, l-oriġini tad-dejn, it-terminu ta’ żmien u l-iskadenza tiegħu.

d) Ikolli nippreżenta prova bil-miktub dwar it-talba inkwistjoni? Jekk iva, liema dokumenti jkunu ammissbli bħala prova?

Iva, dan huwa meħtieġ. Mal-applikazzjoni għandek tehmeż il-kuntratt jew kull att ieħor bħala xhieda tas-somma dovuta (fattura, irċevuta fiskali, irċevuta bil-kitba, eċċ.).

1.4. Applikazzjoni mhux milqugħa. F’liema ċirkustanzi l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas ma tintlaqax? Il-qorti teżamina r-raġunijiet tal-applikazzjoni qabel ma’ toħroġ ordni ta’ ħlas?

Skont l-Artikolu 6 tal-Ordinanza Nru 5/2001, sakemm il-fajl ma jkunx ingħalaq kif provdut fl-Artikolu 5, l-imħallef jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni abbażi tad-dokumenti ppreżentati u l-ispjegazzjonijiet u l-kjarifiki tal-partijiet ippreżentati lilu skont l-Artikolu 4(2) – (4). L-Artikolu 4 jistipula li l-imħallef jista’ jeżamina l-applikazzjoni u l-fajls sustantivi mingħajr ma jsejjaħ lill-partijiet.

back

FuqFuq

Meta jqis xi jkun meħtieġ biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni, l-imħallef jista’, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili dwar it-taħrik tal-partijiet f’każijiet urġenti, isejjaħ lill-partijiet għal spjegazzjonijiet u kjarifiki, kif ukoll biex iħeġġeġ lid-debitur biex jagħmel il-ħlas tas-somma dovuta jew biex jinsisti mal-partijiet biex jiftiehmu dwar l-arranġamenti għall-ħlas.

Kopji tal-applikazzjoni tal-kreditur u tad-dokumenti ppreżentati mill-kreditur b’sostenn tal-applikazzjoni tiegħu għandhom jinhemżu mat-taħrika li tintbagħat lid-debitur. It-taħrika għandha tispeċifika li d-debitur ikun jista’ jippreżenta l-argumenti kuntrarji u d-dokumenti li jistgħu jgħinu jikkontribwixxu sabiex tiġi solvuta l-applikazzjoni sal-jum stabbilit għall-ftuħ tal-proċedimenti.

Meta, wara li tagħmel l-eżami msemmi fil-paragrafu 1, il-qorti ssib li t-talbiet tal-kreditur ikunu ġustifikati, l-imħallef joħroġ ordni li tkun tinkludi t-taħrika għall-ħlas lill-kreditur u li tispeċifika l-perjodu li fih ikollu jsir il-ħlas.

F’każijiet bħal dawn il-perjodu għall-ħlas għandu jkun mill-anqas għaxart (10) ijiem u mhux aktar minn tletin (30) jum, iżda l-imħallef jista’ jistabbilixxi perjodu ieħor bi qbil bejn il-partijiet.

Id-deċiżjoni tal-imħallef tingħata lill-parti li tkun preżenti jew tkun notifikata lil kull parti mill-ewwel b’ittra reġistrata (b’rikonoxximent tal-irċevuta). Id-debitur ikun notifikat ukoll bl-applikazzjoni tal-kreditur u bid-dokumenti mehmużin magħha fejn dawn ikunu ġew innotifikati lid-debitur skont l-Artikolu 4(3).

back

FuqFuq

L-imħallef, għalhekk, jeżamina mill-ġdid il-mertu tat-talba qabel ma joħroġ it-taħrika għal ħlas. U għalhekk, jekk it-talba ma tkunx iġġustifikata, ma tintlaqax.

1.5. Appell. Jista’ min jagħmel it-talba jappella kontra ċ-ċaħda li tinħareġ ordni ta’ ħlas?

It-tweġiba hija fl-affermattiv, iżda hemm karatteristika mhux tas-soltu. Għall-finijiet ta’ eżattezza, skont l-Artikolu 7 tal-Ordinanza Nru 5/2001, l-ordni tal-imħallef li ma jilqax l-applikazzjoni tal-kreditur hija irrevokabbli. Iżda, f’każijiet bħal dawn, kif ukoll f’każijiet fejn parti mill-applikazzjoni tal-kreditur/ta’ min jagħmel it-talba tkun intlaqgħet, il-kreditur jista’ jressaq azzjoni skont il-liġi ordinarja.

1.6. Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. Jekk tinħareġ ordni ta’ ħlas, kemm ikollu żmien il-konvenut biex jopponi t-talba? X’inhuma r-rekwiżiti legali, jekk hemm, ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni?

Skont l-Artikolu 8 tal-Ordinanza Nru 5/2001, kif emendata mil-Liġi Nru 195/2004, id-debitur jista' jressaq azzjoni għall-annullament tal-ordni kif ipprovdut fl-Artikolu 6(2) fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun ingħatat jew ġiet innotifikata.

L-azzjoni ta' annullament tkun deċiża mill-qorti kompetenti biex tiddeċiedi l-mertu tal-kawża fi prim'istanza.

Jekk il-qorti tilqa' l-azzjoni ta' annullament, hija tannulla l-ordni u, fuq it-talba tal-kreditur, tgħaddi biex tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu skont il-liġi ordinarja.

Fl-aħħar nett, is-sentenza li biha l-applikazzjoni għall-annullament titħassar tkun irrevokabbli.

back

FuqFuq

1.7. L-effett ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. X’jiġri jekk il-konvenut jirrifjuta t-talba fil-ħin? Il-każ ikun ittrasferit biex ikun hemm arranġament skont il-proċeduri ordinarji b’mod awtomatiku jew għandha ssir talba?

Jekk il-qorti kompetenti tippermetti li ssir l-azzjoni għall-annullament imressqa mid-debitur/il-konvenut, hija tħassar l-ordni u, fuq talba tal-kreditur, tgħaddi biex tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu skont il-liġi ordinarja.

L-ordni biex tintlaqa’ l-applikazzjoni kollha tal-kreditur jew parti minnha, li kontriha ma tkunx tressqet azzjoni ta’ annullament skont l-Artikolu 8 hija irrevokabbli.

Fuq talba tal-kreditur, l-ordni msemmija fil-paragrafu 1 jew, skont il-każ, l- ordni li kontriha l-azzjoni ta’ annullament imsemmija fl-Artikolu 8 tkun tressqet iżda li ġiet miċħuda b’sentenza li tkun baqgħet irrevokabbli minħabba li ma jkunx sar appell jew minħabba li l-appell ikun ġie miċħud, issir eżegwibbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Ordni bħal din tikkostitwixxi ordni ta’ eżekuzzjoni maħruġa lill-kreditur. Kopja tal-ordni tintbagħat ukoll lid-debitur.

1.8. L-effett ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. X’jiġri jekk il-konvenut ma jirnexxilux jikkontesta t-talba fil-ħin?

Skont l-Artikolu 9 tal-Ordinanza Nru 5/2001, l-ordni li tilqa’ l-applikazzjoni kollha tal-kreditur, jew parti minnha, li kontriha ma tkunx tressqet azzjoni ta’ annullament skont l-Artikolu 8 hija irrevokabbli.

Fuq talba tal-kreditur, l-ordni msemmija fil-paragrafu 1 jew, skont il-każ, l-ordni li kontriha l-azzjoni ta’ annullament imsemmija fl-Artikolu 8 tkun tressqet u li iżda tkun ġiet miċħuda b’sentenza li tkun baqgħet irrevokabbli minħabba li ma jkunx sar appell jew minħabba li l-appell ikun ġie miċħud, issir eżegwibbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Ordni bħal din tikkostitwixxi ordni ta’ eżekuzzjoni maħruġa lill-kreditur. Kopja tal-ordni tintbagħat ukoll lid-debitur.

a) X’ikun jeħtieġ isir biex tinkiseb sentenza ta’ eżekuzzjoni?

Jeħtieġ li s-sentenza tagħti awtorità biex issir eżekuzzjoni. L-applikazzjoni rilevanti tkun indirizzata lill-qorti li tkun iddeċidiet fuq il-mertu skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u mbagħad tkun eżegwita mill-marixxall skont l-Artikolu 373 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

b) Din id-deċiżjoni hija finali jew ikun għad hemm il-possibiltà għall-konvenut li jappella kontra dik id-deċiżjoni?

It-tweġiba hija fl-affermattiv, iżda din trid tiġi kkwalifikata, jiġifieri, skont l-Artikolu 10 tal-Ordinanza Nru 5/2001, il-parti kkonċernata tista' tikkontesta l-eżekuzzjoni, skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 399 et seq.

Meta jikkontesta l-eżekuzzjoni, id-debitur jista' jinvoka argumenti sostantivi/difensivi kontra l-eżekuzzjoni tal-ordni, ħlief fejn ikun ikkontesta l-ordni biex l-applikazzjoni tal-kreditur tintlaqa' flimkien mal-azzjoni ta' annullament kif imsemmi fl-Artikolu 8.

Aktar tagħrif

Jekk it-tweġiba għall-Mistoqsija 1 hija fin-negattiv (jiġifieri li m'hemmx proċedura speċifika għal talbiet żgħar), iżda għad hemm ċerti simplifikazzjonijiet proċedurali għal każijiet li jinvolvu talbiet żgħar (jiġifieri każijiet taħt ċertu limitu finanzjarju jew, għal ċerti tipi ta' talba, irrispettivament mil-limitu finanzjarju), jekk jogħġbok iddeskrivi simplifikazzjonijiet bħal dawn skont l-istess tifsila u li jwieġbu l-istess mistoqsijiet bħal dawk ta' hawn fuq dwar il-proċedura għal talbiet żgħar, jekk ikunu japplikaw.

« Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

back

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit