Kummissjoni Ewropea > NGE > Proċeduri simplifikati u maġġla > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Proċeduri simplifikati u maġġla - Rumanija

 

Proċeduri għal talbiet żgħar

1. L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Teżisti proċedura għal talbiet żgħar fir-Rumanija (jiġifieri proċedura speċifika, aktar sempliċi mill-proċedura regolari, li tapplika għal somom ta’ anqas minn ċertu limitu finanzjarju jew, għal ċerti tipi ta’ talba, irrispettivament mil-limitu finanzjarju)?

Għadha ma ġiet adottata ebda liġi simili għal dik f’livell tal-UE għal talbiet żgħar; għadu qed jitfassal l-abbozz tagħha.

Fin-nuqqas ta’ liġi bħal din, jeżistu dispożizzjonijiet speċjali fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, jiġifieri l-Artikolu 282(1), li jipprovdu għal proċedura aktar sommarja u ovvjament aktar simplifikata għal talbiet ta’ proprjetà sa ROL 1 000 miljun (RON 100 000), ekwivalenti għal madwar €30 000; it-test jispeċifika li s-sentenzi fil-prim’istanza ma jistgħux ikunu suġġetti għal appell meta jkollhom x’jaqsmu ma’ azzjonijiet ewlenin dwar manteniment, ma’ talbiet ta’ mhux aktar minn ROL 1 000 miljun, kemm jekk fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll f’dawk kummerċjali, ma’ azzjonijiet possessorji, azzjonijiet relatati ma’ reġistrazzjonijiet ta’ atti ta’ twelid, żwieġ u mewt, miżuri ta’ konservazzjoni u każijiet oħra speċifikati mil-liġi.

F’każijiet bħal dawn, is-simplifikazzjoni toriġina mit-tneħħija tal-possibiltà ta’ appell inċidentali minħabba li din tnaqqas it-tul ta’ żmien li tieħu l-proċedura tat-talbiet.

1.1. L-ambitu tal-proċedura, limitu

Jeżisti limitu finanzjarju biex tkun applikata l-proċedura għal talbiet żgħar u/jew il-proċedura tista' tintuża għal ċerti tipi ta' talba, irrispettivament mil-limitu finanzjarju?

back

FuqFuq

Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 1.

1.2. L-applikazzjoni tal-proċedura

Il-proċedura hija obbligatorja jew fakultattiva?

Jistgħu l-qorti jew il-partijiet jittrasferixxu kawża dwar talba żgħira mill-proċedura għal talbiet żgħar għall-proċedura normali? Jekk iva, taħt liema ċirkustanzi?

Dan mhux il-każ.

1.3. Formoli

Jeżistu formoli speċifiċi biex jintużaw fil-proċedura għal talbiet żgħar? Jekk iva, għal liema stadji tal-proċedura? L-użu tagħhom huwa obbligatorju?

Le.

1.4. Assistenza

Tista’ tinkiseb assistenza f’materji proċedurali (pereżempju mir-reġistratur jew mill-imħallef) għall-partijiet involuti li ma jkunux rappreżentati minn avukat? Jekk iva, kemm?

Fil-limiti tal-funzjoni eżerċitata mill-imħallef u mhux b’mod speċjali għal każijiet bħal dawn.

1.5. Regoli dwar is-smigħ ta’ xhieda

Jeżistu ċerti regoli dwar is-smigħ ta’ xhieda li huma anqas ristretti minn dawk tal-proċedura normali? Jekk iva, liema huma and kemm huma differenti?

Le, m’hemmx regoli bħal dawn.

1.6. Proċedura bil-miktub

Hija possibbli proċedura esklużivament bil-miktub (minflok smigħ)? Jekk iva, taħt liema ċirkustanzi?

Il-provi jiġu sottomessi skont ir-regoli tal-liġi ordinarja.

1.7. Il-kontenut ta’ sentenza

Ir-regoli dwar il-kontenut tas-sentenza huma aktar sempliċi minn dawk tal-proċedura normali? Jekk iva, kemm?

Le, mhumiex.

1.8. Rimborż ta’ spejjeż

Jeżistu restrizzjonijiet dwar ir-rimborż ta’ spejjeż? Jekk iva, liema huma?

Le, mhemmx restrizzjonijiet.

1.9. Possibiltà ta’ appell

Jista’ jkun hemm appell kontra sentenzi f’kawżi dwar talbiet żgħar? Jekk iva, kif?

Iva, b’appell devoluttiv, li jneħħi l-possibiltà ta’ appell inċidentali.

Aktar tagħrif

Jekk it-tweġiba għall-Mistoqsija 1 hija fin-negattiv (jiġifieri li m'hemmx proċedura speċifika għal talbiet żgħar), iżda għad hemm ċerti simplifikazzjonijiet proċedurali għal każijiet li jinvolvu talbiet żgħar (jiġifieri każijiet taħt ċertu limitu finanzjarju jew, għal ċerti tipi ta' talba, irrispettivament mil-limitu finanzjarju), jekk jogħġbok iddeskrivi simplifikazzjonijiet bħal dawn skont l-istess tifsila u li jwieġbu l-istess mistoqsijiet bħal dawk ta' hawn fuq dwar il-proċedura għal talbiet żgħar, jekk ikunu japplikaw.

« Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

back

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit