Kummissjoni Ewropea > NGE > Proċeduri simplifikati u maġġla

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ċerti proċeduri speċifiċi jistgħu jgħinuk tikseb deċiżjoni b’mod eħfef u aktar malajr

Jekk inti tibda l-proċeduri legali, il-qorti li tagħti deċiżjoni fuq il-każ tiegħek timxi fuq sett sħiħ ta’ regoli. Dawn ir-regoli huma mfassla sabiex ikun żgurat li kull parti jkollha l-istess opportunità biex tippreżenta l-każ tagħha lill-qorti kompletament u biex ikun żgurat li l-ġudikant japplika l-prinċipju ta’ proċess ġust fid-deċiżjonijiet tiegħu. Ħafna mill-Istati Membri, iżda, daħħlu proċeduri simplifikati u mgħaġġla fejn dawn ir-regoli ma baqgħux aktar stretti f’żewġ sitwazzjonijiet prinċipali: l-ewwel, meta t-talba ma tiġix ikkontestata mill-konvenut (per eżempju, l-hekk insejħa l-proċeduri ta’ “Ordni għall-ħlas”), u t-tieni, meta l-valur tat-talba jkun anqas minn ċertu limitu (l-hekk imsejha l-proċeduri ta’ “Talbiet Żgħar”).

Is-simplifikazzjoni tar-regoli tirrigwarda l-fażijiet kollha tal-proċedura, per eżempju r-regoli li jistabbilixxu l-forma li fiha t-talba għandha titressaq, jew jekk ikunx hemm il-ħtieġa li jitqabbad avukat. Barra minn hekk, ir-regoli li jitrattaw iż-żmien li fih il-partijiet ikunu jistgħu jippreżwentaw l-argumenti tagħhom, li jitrattaw il-ħtieġa ta’ smigħ tal-każ obbligatorju jew kif għandha tittieħed l-evidenza huma ssimplifikati. Dan huwa wkoll il-każ tar-regoli fir-rigward ta’ konċiljazzjoni possibbli, il-kwistjoni ta’ liema parti għandha tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri wara li tingħata d-deċiżjoni, u jekk ikunx hemm il-possibbiltà ta’ l-appell kontra d-deċiżjoni.

L-Istati Membri kollha jippruvaw jitrattaw il-kwistjoni biex jiġu rkuprati malajr it-talbiet li ma jiġux ikkontestati. F’xi wħud minnhom, id-deċiżjonijiet ta’ kontumaċja huma l-mezzi prinċipali proċedurali biex jiġu trattati t-talbiet li ma jiġux ikkontestati. Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri, iżda, daħħlu l-hekk imsejħa proċedura ta’ l-“Ordni tal-Ħlas” li nstabet li kienet mezz tajjeb ħafna biex jinġabru malajr u b’mod effiċjenti flus mitluba li dwarhom ma jkunx hemm kwistjonijet . F’din il-proċedura miktuba isir mandat ta’ ħlas fuq il-konvenut biex jimxi fuqu jew biex jikkontesta t-talba f’ċertu żmien. Jekk il-konvenut jionqos milli jaġixxi, il-mandat tal-ħlas isir eżegwibbli. Biss imbagħad jekk jikkontesta t-talba jinfetħu l-proċeduri normali fil-każ. Għalhekk, bil-kontra ta’ kif jiġri skond ir-regoli proċedurali normali, il-piż tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ kontestazzjoni jaqa’ fuq min joħroġ il-mandat tal-ħlas.

Jeżistu wkoll proċeduri speċifiċi ta’ “Talbiet Żgħar” f’ċerti Stati Membri li jipprovdu għal simplifikazzjonijiet diversi rigward il-proċedura normali. F’ħafna każijiet, biex tiġi ffaċilitata t-talba għandha timtela formola speċifika. Ir-regoli dwar it-teħid ta’ l-evidenza isiru anqas stretti, u xi drabi hemm il-possibbiltà ta’ proċedura purament miktuba. Ukoll il-possibbiltà ta’ appell kontra d-deċiżjoni hija eskluża jew ristretta.

Ikklikkja fuq il-bandiera ta’ kull Stat Membru u għandek issib l-informazzjoni dwar il-proċeduri simplifikati u mgħaġġla għal dak il-pajjiż.

Għal aktar informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni fuq il-livell tal-Komunità Ewropea, ikklikkja fuq l-ikona tal-“liġi Komunitarja”.

Għal aktar informazzjoni dwar il-liġi internazzjonali dwar il-proċeduri simplifikati u mgħaġġla ikklikkja fuq l-ikona tal-“liġi Internazzjonali”.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit