Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar AwtomatikuPreżentement hemm dejjem aktar kawżi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed ta’ l-Unjoni Ewropea. Hemm diversità kbira ta’ kawżali possibbli. Individwi jistgħu jkunu involuti f’inċident waqt li jkunu fuq vaganza barra, jew jistgħu jixtru oġġeti minn barra li jirriżultaw difettużi. Ukoll, is-sidien ta’ negozji żgħar jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet meta jkunu jridu jsegwu t-talbiet tagħhom fi Stat Membru ieħor bħal sid ta' lukanda li jibqa' ma jitħallasx u li jrid isegwi talbiet leġittimi.
L-ostakoli biex tinkiseb sentenza ta’ malajr u mingħajr ħafna spejjeż żdiedu f’tali kuntest transfruntier. Per eżempju, spiss ikun hemm bżonn li jitqabbdu żewġ avukati, hemm spejjeż addizzjonali ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni u diversi fatturi oħra bħall-ispejjeż żejda ta’ l-ivjaġġar tal-partijiet, xhieda, avukati eċċ. Fil-preżent, l-ispiża biex tinkiseb sentenza kontra l-konvenut fi Stat Membru ieħor spiss hija sproporzjonata jekk l-ammont ta’ flus involut huwa wieħed żgħir.
Bl-istess mod, id-dewmien u l-ispejjeż li għandek tistenna meta l-parti l-oħra tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti huma ostakolu ewlieni fl-aċċess effettiv għall-ġustizzja f'każijiet fejn il-ġustifikazzjoni għat-talba in kwistjoni ma tkunx minimament ikkontestata mill-konvenut. Is-sitwazzjoni tiffavorixxi lil min ma jħallasx f’sitwazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-fruntiera ta’ pajjiż wieħed u tista’ tiskoraġġixxi lill-operaturi ekonomiċi milli jestendu l-attivitajiet tagħhom lil hinn mill-Istat Membru ta' l-oriġini tagħhom.
Fil-preżent il-liġi tal-Komunità dwar il-proċeduri simplifikati u mħaffa hija limitata għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali li titlob li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm proċeduri ta’ rkupru għal talbiet mhux kontestati sabiex ikun jista’ jinkiseb titolu eżekuttiv normalment fi żmien 90 jum. Skond id-direttiva, l-Istati Membri mhumiex madankollu mitluba jadottaw proċedura speċifika jew jemendaw il-proċeduri legali eżistenti b'mod speċifiku. Għadu għalhekk irid jiġi vverifikat jekk it-trasposizzjoni ta’ l-Artikolu 5 hix ser tfisser tibdiliet sinjifikanti fis-sistemi proċedurali ta’ l-Istati Membri.
Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere
-
-
(PDF File 616 KB) -
-
-
-
-
-
-
f’Ottubru 1999 sejjaħ għal titjib fl-aċċess għall-ġustizzja fl-Ewropa. Intqal illi, f’Żona Ewropea ta’Ġustizzja ta’ veru, individwi u negozji m’għandhomx jiġu mwaqqfa jew skoraġġuti milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba l-inkompatibbiltà jew il-kumplessità tas-sistemi legali u amministrattivi fl-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-istituzzjonijiet tal-Komunità sabiex jistabbilixxu regoli proċedurali speċjali komuni simplifikati u mħaffa dwar talbiet żgħar tal-konsumaturi u tan-negozju u dwar talbiet mhux kontestati f’kawżi li jmorru lil hinn mill-fruntieri ta’ stat wieħed.
Il-Programm tal-miżuri għall-implementazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali adottat mill-Kunsill f’Novembru 2000 jipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri f’dan ir-rigward fuq tlett stadji. Fl-ewwel stadju, għandha tiġi introdotta Ordni Ewropea ta’ Eżekuzzjoni għal talbiet mhux kontestati, u d-deċiżjonijiet f’kawżi li jmorru lil hinn mill-fruntiera ta’ stat wieħed fuq Talbiet Żgħar għandhom jiġu simplifikati u mgħaġġla.
Wara l-konklużjonijiet ta’ Tampere u l-programm ta’ rikonoxximent reċiproku, il-Kummissjoni adottat Green Paper f’Diċembru 2002 dwar proċedura għall-Ordni Ewropea għall-Ħlas u dwar il-miżuri li jissimplifikaw u jgħaġġlu l-kawżi fuq talbiet żgħar. Il-Green Paper qajmet diversi domandi sabiex wieħed jesplora l-kontenut ta’ strumenti Komunitarji possibbli f’dawn iż-żewġ oqsma.
Fid-19 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li ħoloq ordni Ewropea għall-proċedura tal-ħlas. Il-proċedura uniformi Ewropea l-ġdida li hija disponibbli kemm għall-kawżi li jmorru lil hinn mill-fruntieri ta’ stat wieħed kif ukoll għall-kawżi domestiċi hija bbażata fuq l-użu ta’ formoli standard li jista’ jifimhom kullħadd għad-dikjarazzjonijiet tal-partijiet u d-deċiżjonijiet tal-qrati. Ir-rikorrent huwa mitlub jidentifika t-talba in kwistjoni b'mod ċar u jelenka fil-qosor ir-raġunijiet għaliha. Jekk jintlaħqu r-rekwiżiti relevanti, il-qorti kompetenti toħroġ avviż ta’ ħlas mingħajr ma teżamina l-mertu tat-talba. Fejn debitur ma jkunx issottometta l-eċċezzjonijiet tiegħu sa tlett ġimgħat wara n-notifika ta’ tali avviż, jiġi notifikat b’ordni eżegwibbli ta’ ħlas.
Fil-15 ta’ Marzu 2005 il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(PDF File 238 KB) li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-għan tal-proposta huwa li jissimplifika, jgħaġġel u jnaqqas l-ispejjeż ta’ kawża li tikkonċerna talbiet iż-żgħar billi tistabbilixxi Proċedura Ewropea għat-Talbiet iż-Żgħar biex tkun disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu taħt il-liġijiet ta’ l-Istati Membri li mhux se jkunu affetwati. Barra minn hekk, il-proposta se tneħħi l-miżuri intermedji li għadhom meħtieġa sabiex jista’ jkun hemm rikonoxximent u infurzar ta’ sentenza. Sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar se tkun rikonoxxuta u infurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa għal dikjarazzjoni ta’ infurzabilità u mingħajr kwalunkwe possibbiltà li r-rikonoxximent tagħha jkun oppost.
« Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 12-07-2007

