Kummissjoni Ewropea > NGE > Proċeduri simplifikati u maġġla > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 27-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Proċeduri simplifikati u maġġla - Repubblika Ċeka

 

Proċeduri ta’ talbiet żgħar

1. Eżistenza ta’ proċedura speċifika għal talbiet żgħar

Ma teżistix proċedura separata għat-talbiet iż-żgħar fir-Repubblika Ċeka: din il-kategorija ta’ tilwimiet hi koperta biss fil-proċedura ta’ appell.

1.1. Għan tal-Proċedura, Limitu

Il-liġi ma tipprovdix għal appelli kontra deċiżjonijiet li jordnaw il-ħlas ta’ somom li jaqbżu l-2000 CZK, lanqas ma jiġu riveduti talbiet (interess) ġudikati. Dan ma japplikax għal deċiżjonijiet ta’ rikonoxximent u deċiżjonijiet kontumaċi, li kontrihom jistgħu jittresqu appelli anki fil-każ ta’ talbiet żgħar.

1.2. Applikazzjoni ta’ Proċedura

M’hemm l-ebda dritt ta’ appell f’każijiet ta’ talbiet żgħar. il-liġi ma tippermettix eċċezzjonijiet ħlief fid-deċiżjonijiet ta’ rikonoxximent u deċiżjonijiet kontumaċi msemmija hawn fuq.

1.3. Formoli

Ma hemm l-ebda formoli speċjali għall-appell kontra deċiżjonijiet li jinvolvu talbiet żgħar.

1.4. Assistenza

Il-qrati għandhom dmir li jgħarrfu lill-partijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-proċedura. L-istruzzjonijiet li għandhom jingħataw lill-partijiet fi proċedura huma regolati minn dispożizzjonijiet legali speċifiċi sabiex l-imħallfin ikunu konxji tal-medda u n-natura tad-dmir ta' parir tagħhom.

1.5. Regoli dwar it-teħid ta’ evidenza.

Ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet speċifiċi: evidenza fi proċeduri ta’ talbiet żgħar tittieħed bil-mod normali.

1.6. Proċedura bil-fomm jew miktuba

Ma hemmx eċċezzjonijiet L-approċċ hu dak tas-soltu: minbarra li toħroġ ordni ta’ ħlas b’kambjala (ċekk), il-qorti tordna smigħ orali.

1.7. Kontenut tad-deċiżjoni

Ir-regoli ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet mhumiex aktar flessibbli: il-qorti tiddeċiedi bl-istess mod bħal fi kwalunkwe każ ieħor

1.8. Rimbors ta’ l-ispejjeż

Ma hemm l-ebda restrizzjonijiet jew derogi dwar ir-rimbors ta’ l-ispejjeż.

1.9. Possibbiltà ta’ appell

Ara t-tweġiba għad-Domanda 1.1.

« Proċeduri simplifikati u maġġla - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

back

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit