Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 06-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser fil-prattika ‘notifika’? Għalfejn jeżistu regoli speċjali għan-notifika ta’ dokumenti? 1.
2. Liema dokumenti/atti jeħtieġu, skond il-liġi, li jiġu notifikati? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Fil-prattika, kif issir in-notifika? 4.
5. Mezzi alternattivi 5.
6. Hemm prova bil-miktub li turi li d-dokument ġie nnotifikat? 6.
7. X'jiġri jekk id-destinatarju li għandu jiġi notifikat b'dokument ma jirċevihx, jew jekk in-notifika ssir b'mod irregolari? In-notifika tista' tiġi regolarizzata b'xi mod ieħor, jew trid terġa' ssir? 7.
8. Hemm xi spejjeż biex jiġi notifikat dokument bil-miktub? Jekk iva, kemm tiswa? 8.

 

1. Xi tfisser fil-prattika ‘notifika’? Għalfejn jeżistu regoli speċjali għan-notifika ta’ dokumenti?

Fil-prattika notifika tfisser li dokument jintbagħat jew jingħata lil persuna, u li jkun hemm prova li dik il-persuna rċeviet id-dokument, u li n-notifika ssir skond kif titlob il-liġi. Ir-regoli li tistabbilixxi l-liġi dwar l-għoti tan-notifika huma meħtieġa sabiex il-qorti tkun ċerta li dokument partikolari wasal għand id-destinatarju.

2. Liema dokumenti/atti jeħtieġu, skond il-liġi, li jiġu notifikati?

Notifika għandha tintuża jekk din tkun meħtieġa speċifikament mil-liġi. Madanakollu, in-notifika għandha tintuża wkoll jekk dan ikun neċessarju fiċ-ċirkostanzi. Bħala eżempju, hemm regola legali speċjali li teħtieġ l-użu ta' notifika f'każ ta' nuqqas ta' qbil iżda b'mod mhux vessatorju fil-konfront tal-parti l-oħra.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

Normalment din issir mill-awtoritajiet/qrati, iżda jista' jagħti l-każ li xi awtorità tagħti l- permess lil xi parti biex teżegwixxi n-notifika hi stess jekk dan jintalab. Hemm biss kundizzjoni waħda, li ma ssirx b’mod vessatorju fil-konfront tal-parti l-oħra.

4. Fil-prattika, kif issir in-notifika?

L-aktar mod komuni hu li jintbagħat dokument bil-posta b'irċevuta li wasal. Id- destinatarju jintalab biex jiffirmaha u l-irċevuta tintbagħat lura.

5. Mezzi alternattivi

Hemm diversi mezzi oħrajn biex jintbagħat dokument b'notifika, u meta jintużaw dawn il-modi differenti ta' notifika japplikaw regoli speċifiċi. Dawn huma xi mezzi alternattivi ta' notifika komuni.

FuqFuq

Mod sempliċi. Id-dokument jintbagħat bil-posta fl-aħħar indirizz magħruf tal-persuna. Sa mhux aktar tard minn ġurnata wara jintbagħat messaġġ li permezz tiegħu l-intimat jiġi mgħarraf li d-dokument intbagħat. F'dan il-każ m'hijiex meħtieġa prova tal-wasla jew irċevuta. In-notifika sempliċi tista' tintuża biss jekk il-persuna in kwestjoni tkun ġiet mgħarrfa minn qabel li tista' tintuża notifika sempliċi matul il-kawża jew proċedimenti legali. Fil-prattika dan ifisser illi tista' tiġi notifikat bl-irċevuta tal-wasla biss wara li jkun ingħata digriet f'dan is-sens, u wara l-qorti tibgħatlek id-dokument bil-posta.

Notifika bit-telefon. Il-kontenut tad-dokument jinqara fuq it-telefon lill-persuna intimata. Wara d-dokument jintbagħat lil din il-persuna bil-posta.

Notifika b'taħrika. Notifika personali permezz ta' taħrika jew minn xi uffiċjal amministrattiv jew tal-qorti e.ż. pulizija jew marixxal (kronofogdar).

Notifika li titħalla ma' ħaddieħor. Id-dokument jitħalla ma' persuna oħra, li ma tkunx il-persuna li trid tiġi notifikata. Eż.: persuna adulta li tgħix fl-istess dar, sid id-dar, jew il-persuna ma' min huwa impjegat id-destinatarju.

Affissjoni. Jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jemmen illi d-destinatarju qed jistaħba u ma jkun hemm ebda persuna ma' min tista' titħalla n-notifika, f'xi każijiet id-dokument jista' jitħalla f'daru jew jiġi msammar mal-bieb.

Notifika speċjali fil-każ ta' kumpaniji. F'ċerti ċirkostanzi l-kumpaniji jiġu notifikati billi d-dokument jintbagħat fl-indirizz reġistrat tal-kumpanija.

FuqFuq

Notifika bil-pubblikazzjoni. Din hija l-aħħar soluzzjoni. Il-proċedura hija hekk: id-dokumenti jinżammu mill-awtoritajiet/qrati, waqt li messaġġ u l-punti ewlenin tad-dokumenti jiġu pubblikati fil-gazzetta uffiċjali Żvediża (Post-och Inrikes Tidninger) u/jew f'gazzetta lokali. Fl-istess ħin id-dokumenti jintbagħtu bil-posta fl-aħħar indirizz magħruf tal-persuna.

6. Hemm prova bil-miktub li turi li d-dokument ġie nnotifikat?

Iva, normalment ikun hemm konferma mill-persuna notifikata, jew dokument li l-awtorità/qorti ikollhom bħala prova li saret in-notifika bit-telefon, jew li d-dokument tħalla ma' ħaddieħor, jew li saret affissjoni.

7. X'jiġri jekk id-destinatarju li għandu jiġi notifikat b'dokument ma jirċevihx, jew jekk in-notifika ssir b'mod irregolari? In-notifika tista' tiġi regolarizzata b'xi mod ieħor, jew trid terġa' ssir?

Il-Qrati Żvediżi jistgħu jwettqu evalwazzjoni tal-provi. Jekk, wara investigazzjoni jirriżulta illi persuna taf dwar dokument, ma jkunx meħtieġ li tiġi notifikata. Difett fil-formalitajiet minnu nnifsu ma jwassalx biex ikollha terġa' ssir in-notifika; huwa biżżejjed li jiġi ppruvat li d-dokument wasal għan id-destinatarju.

Iżda jekk ma jkunx hemm riferta min-naħa tal-persuna li kellha tiġi notifikata, u jekk il-proċedura dwar in-notifika ma tkunx ġiet imħarsa, is-sentenza tista' tingħata favur il-persuna li ma ġietx notifikata, u l-kontroparti li tkun sofriet preġudizzju jkollha dritt li tingħata kumpens mill-qorti, u li titlob ritrattazzjoni fuq il-bażi tan-nuqqas min-naħa tal-qorti.

8. Hemm xi spejjeż biex jiġi notifikat dokument bil-miktub? Jekk iva, kemm tiswa?

Meta l-każ ikun jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità/qorti, l-ispejjeż jaqgħu fuq l-istat. Per eżempju kwerelant m'għandux għalfejn iħallas l-ispejjeż għar-rikors biex tiġi notifikata l-parti l-oħra. Jekk min-naħa l-oħra trid tinnotifika lil xi ħadd u tawtorizza lill-pulizija biex jgħinuk, inti (l-attur) ikollok tħallas 250 SEK.

Aktar tagħrif

  • Għal aktar informazzjoni ara:internationell delgivning svenska (Dipartiment tal-Ġustizzja)

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit