Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Spanja

L-aħħar aġġornament: 13-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”? 1.
2. Liema dokumenti iridu jkunu nnotifikati formalment? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Kif ikun innotifikat normalment id-dokument fil-prattika? 4.
5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lill-persuna destinatarja nnifisha ma tkunx tista’ ssir (eż. għax ma tkunx id-dar)? 5.
6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat? 6.
7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna destinatarja ma tirċevix id-dokument jew in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (eż. d-dokument ikun innotifikat lil persuna terza)? Tista’ n-notifika tad-dokument tkun valida xorta (eż. jista’ l-ksur tal-liġi jiġi rrimedjat) jew irid isir sforz ġdid biex dan id-dokument ikun innotifika? 7.
8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm? 8.

 

Meta tibgħat dokument legali, dan huwa differenti minn meta timposta ittra. Jekk int parti f’kawża, tkun trid tibgħat u tirċievi diversi dokumenti lill-parti li għandek il-kawża magħha. Dan huwa l-uniku mod li bih id-dritt tad-difiża jitħares b’mod adegwat, billi s-suppożizzjoni bażika wara dan hija li tkun taf bl-eżistenza tal-kawża. F’termini legali, dan ifisser in-notifika tad-dokumenti u tat-taħrikiet imfassla mill-partijiet u mill-qorti.

Fil-prinċipju, l-ewwel taħrika maħruġa mill-qorti hija l-ordni biex tattendi jew iċ-ċitazzjoni, li tgħarraf lill-persuna l-oħra bil-ftuħ tal-kawża. Din tiġi kkomunikata mill-qorti nnifisha, taħt id-direzzjoni ta’ l-Iskrivan tal-Qorti, permezz ta’ l-uffiċċji ta’ ħaddiem taċ-Ċivil impjegat mill-qorti, li jmur personalament id-dar tal-konvenut jew tal-persuna li għandha tieħu sehem fil-kawża f’xi kapaċità oħra.

Din il-ħtieġa ta’ notifika tinqala’ mhux biss fil-bidu tal-kawża, imma wkoll matul id-diversi fażijiet l-oħra, u tikkonċerna lill-partijiet irrappreżentati kif ukoll lil dawk mhux irrappreżentati li jridu jidhru quddiem il-qorti (ix-xhieda, l-esperti, eċċ.). Fi Spanja, il-qorti nnifisha hija inkarigata tinnotifika d-dokumenti, tikkomunika t-taħrikiet u tinnotifika d-deċiżjonijiet lill-partijiet u lil dawk involuti fil-kawża.

Jekk il-partijiet ikunu rrappreżentati (normalment il-partijiet iridu jkunu rrappreżentati fil-qorti minn avukat (procurador) li jkollu s-setgħa xierqa li jaġixxi fil-qorti fejn qed tinstema’ l-kawża; ir-rappreżentazzjoni legali mhix obbligatorja fil-proċeduri bil-fomm fejn l-ammont involut ma jaqbiżx id-€900 u f’rikorsi għal ordnijiet ta’ ħlas, huwa l-avukat li, bħala r-rappreżentat tal-parti, jirċievi u jiffirma d-dokumenti kollha. Jekk m’hemm l-ebda rappreżentazzjoni bħal din, id-dokumenti jiġu nnotifikati direttament lill-persuna kkonċernata.

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”?

Fi Spanja bħal fl-Ingiterra, ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-kunċetti Franċiżi ta’ “notification” (il-formalità li biha l-kontenut ta’ dokument ikun ikkommunikat lill-persuna għat-tagħrif) u “signification” (l-isem mogħti lill-proċess ta’ notifika mwettaq minn marixxall jew huissier de justice). Id-dokumenti tal-partijiet jiġu kkommunikati lill-partijiet l-oħra u t-taħrikiet jiġu nnotifikati b’“actos de comunicación judicial (komunikiazzjonijiet ġudizzjarji dejjem mill-qorti taħt id-direzzjoni ta’ l-Iskrivan tal-Qorti, li huwa responsabbli għall-organizzazzjoni xierqa ta’ din in-notifika. Dawn id-dokumenti huma fil-fatt innotifikati mill-Iskrivan tal-Qorti nnifsu jew minn ħaddiem taċ-Ċivil imqabbad minnu, b’wieħed minn dawn il-modi:

  1. Id-dokumenti jiġu nnotifikati permezz ta’ l-avukat, fil-każ tad-dokumenti indirizzati lil dawk irrappreżentati fil-kawża minn dan ir-rappreżentant legali.
  2. Id-dokumenti li jridu jkunu innotifikati jintbagħtu bil-posta, b’telegramma jew bi kwalunkwa mezz tekniku ieħor li jipprovdi reġistrazzjoni ta’ min joqgħod fuqha tal-konsenja, id-data tal-konsenja u l-kontenut tad-dokument.
  3. It-teħid personali lid-destinatarju mill-Iskrivan tal-Qorti jew ħaddiem taċ-Ċivil imqabbad minn dan l-aħħar ta’ kopja sħiħa tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata, ta’ l-inġunzjoni indirizzata lilu mill-qorti jew tat-taħrika jew l-ordni biex tattendi.
  4. F’każ li d-destinatarju ma jkunx jista’ jinstab (f’liema każ hemm obbligu li tfittex l-indirizz fid-diversi reġistri pubbliċi li jeżistu, li ħafna minnhom tista’ tidħol fihom saħansitra elettronikament mill-qorti nnifisha), in-notifika ssir bl-affissjoni ta’ l-avviżi fuq il-bieb tal-qorti (dawn l-avviżi jistggħu wkoll jiġu ppubblikati fil-Gazzetti Uffiċjali jew fuq mezzi oħra fuq it-talba ta’ l-attur). Eċċezzjoni għal dan huma s-sentenzi li jridu jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Komunità Awtonoma barra milli titwaħħal fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti.

Mhux it-taħrikiet kollha maħruġa mill-qorti huma l-istess, u trid issir distinzjoni bejniethom skond l-għan tagħhom, ngħidu aħna:

FuqFuq

  1. Dokumenti maħsuba biex jikkommunikaw deċiżjoni, miżura legali jew proċedura.
  2. Ordnijiet biex tattendi, bil-għan li jgħarrfu lid-destinatarju bil-ħtieġa li jidher fil-qorti sabiex jieħu azzjoni saż-żmien indikat.
  3. Taħrikiet li jgħarrfu lid-destinatarju mhux b’terminu, imma b’post, data u ħin speċifiku fejn u meta għandu jidher fil-qorti u jaġixxi dwar l-għan indikat fit-taħrika.
  4. Inġunzjonijiet li jordnaw lid-destinatarju, skond il-liġi, li jagħmel xi ħaġa jew li joqogħdu lura milli jagħmlu xi ħaġa.
  5. Ordnijiet indirizzati mhux lil ċittadini imma lir-reġistraturi tal-proprjetà, tal-kumpaniji, tal-vapuri u tax-xiri bin-nifs tal-proprjetà immobbli, lin-nutara, lis-sensara tal-proprjetà kummerċjali u lill-ħaddiema taċ-Ċivil impjegati mill-qorti. Dawn l-ordnijiet jgħidu li dawn il-persuni iridu jirrilaxxaw ċerifikati jew evidenza jew iwettqu xi att ieħor li kompetenti jwettqu.
  6. Istruzzjonijiet ġudizzjarji indirizzati lil awtoritajiet ġudizzjarji u uffiċċjali għajr dawk imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

Dawn ir-regoli speċifiċi li jirregolaw id-dokumenti ġudizzjarji huma ġġustifikati għax dawn id-dokumenti mhumiex biss ħtiġiet formali imma mezz li jiggarantixxi lill-partijiet fil-kawża, kif ukoll lil dawk li jridu jew jistgħu jkunu parti fil-kawża, li d-drittijiet u l-interessi leġittimi tagħhom jitħarsu fuq il-bażi tad-dritt fundamentali għall-ħarsien ġudizzjarju effettiv u l-prinċipju li ħadd ma għandu jkun mingħajr rappreżentazzjoni xierqa legali, filwaqt li l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt huwa msejjes fuq il-preżunjoni li l-persuna kienet taf bl-eżistenza tal-kawża.

FuqFuq

2. Liema dokumenti iridu jkunu nnotifikati formalment?

Id-dokumenti kollha li jagħmlu sehem mill-kawża iridu jkunu kkomunikati lil dawk kollha li jkunu jagħmlu sehem mill-kawża u wkoll lil dawk imsemmija u lil dawk li jistgħu jwaqqfu d-danni. Għalhekk:

  1. Id-deċiżjonijiet tal-qorti u l-miżuri amministrattivi meħuda mill-Iskrivan tal-Qorti iridu jkunu nnotifikati lil dawk kollha li jagħmlu sehem mill-kawża.
  2. B’ordni tal-qorti, il-kawża pendenti tkun innotifikata wkoll lil dawk li, skond id-dokumenti tal-każ, jistgħu jkunu affetwati bid-deċiżjoni li tinħareġ fl-aħħarnett. Dokument ta’ din ix-xorta ikun innotifikat, bl-istess kundizzjonijiet, meta l-qorti ssir taf bl-evidenza li l-partijiet qed jużaw il-kawża b’għanijiet qarrieqa.
  3. Il-persuni terzi jkunu nnotifikati wkoll fil-każijiet li ssemmi l-liġi.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

Id-dokumenti tal-qorti dejjem ikunu nnotifikati mill-qorti taħt id-direzzjoni tal-Iskrivan tal-Qorti, li huwa responsabbli għall-organizzazzjoni xierqa ta’ din in-notifika. Id-dokumenti jiġu fil-prattika nnotifikati mill-Iskrivan tal-Qorti nnifsu jew minn uffiċjal imqabbad minnu. Normalment il-ħaddiema taċ-Ċivil magħrufa tradizzjonalment  bħala “agentes judiciales” (uffiċjali ġudizzjarji), imma li mill-2004 kienu magħrufa bħala “funcionarios del cuerpo de auxilio judicial” (uffiċjali awżiljari tal-qorti), jiġu mqabbda jinnotifikaw dokumenti bħalma huma notifiki, taħrikiet, ordnijiet biex tattendi u inġunzjonijiet fis-sura li jsemmi l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Att 1/2000).

FuqFuq

In-notifika ta’ dokument minn uffiċjal awżiljari tal-qorti mhix l-uniku mod li bih tista’ ssir notifika. Jistgħu jintużaw metodi oħra bħalma hija l-posta, it-telegrammi jew permezz ta’ rappreżentant legali.

Fi Spanja, għalhekk, id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati kif ġej:

  1. Permezz ta’ l-avukat, fil-każ ta’ dokumenti indirizzati lill-persuni rrappreżentati fil-kawża minn dan ir-rappreżentant legali. Ir-rappreżentazzjoni minn avukat hija meħtieġa għajr fi proċeduri bil-fomm fejn it-talba ma taqbiżx id-€900, fi proċeduri ta’ rikorsi għal ordnijiet ta’ ħlas, fi proċeduri ta’ falliment fejn id-dehriet huma limitati għall-preżentazzjoni tat-talbiet, jew biex jissejħu laqgħat tal-kredituri, f’każijiet marbuta mal-kontestazzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar għajnuna legali bla ħlas, u fejn jintalbu miżuri urġenti qabel is-smigħ. Sakemm il-prokura tkun valida, l-avukat huwa l-persuna li jiffirma u jirċievi t-taħrikiet, ordnijiet biex tattendi, inġunzjonijiet u d-dokumenti ta’ kull xorta, inklużi d-deċiżjonijiet li jirreferu għall-parti li jirrappreżenta, matul il-kawża u sa meta tiġi infurzata s-sentenza. Dawn l-atti għandhom l-istess saħħa bħallikieku l-prinċipal li ta s-setgħa lir-rappreżentant legali biex jaġixxi f’ismu kien mibgħut direttament. Madankollu, dan m’għandux id-dritt jitlob lill-qorti tikkommunika miegħu.
  2. Id-dokumenti li jridu jiġu nnotifikati jintbagħtu bil-posta, b’telegramma jew bi kwalunkwa mezz tekniku ieħor li jipprovdi reġistrazzjoni ta’ min joqgħod fuqha tal-konsenja, id-data tal-konsenja u l-kontenut tad-dokument.
  3. L-uffiċjal awżiljari tal-qorti jgħaddi lid-destinatarju kopja sħiħa tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata, ta’ l-inġunzjoni indirizzata lilu mill-qorti jew tat-taħrika jew ordni biex jattendi. It-taħrika tgħid liema qorti ħarġet id-deċiżjoni, u tindika l-każ involut, kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-persuna lil min qed jiġu nnotifikati t-taħrika jew l-ordni biex tattendi, l-għan tagħhom u l-post, id-data u l-ħin fejn u meta l-persuna mħarrka trid tidher, jew il-perjodu li fih irid jitwettaq l-att imsemmi fit-taħrika, filwaqt li tingħata twissija tal-konsegwenzi li jirriżultaw f’kull każ skond il-liġi. Fl-avviżi, it-taħrikiet jew l-ordnijiet biex tattendi mhi permessa jew irreġistrata l-ebda tweġiba ta’ l-ebda tip mill-parti kkonċernata, sakemm din ma tkunx ġiet ordnata espressament. Fil-każ ta’ l-inġunzjonijiet, il-persuna kkonċernata tista’ twieġeb, u dan jiġi rreġistrat fil-qosor fl-att.
  4. F’każ li d-destinatarju ma jkunx jista’ jinstab (f’liema każ hemm obbligu li tfittex l-indirizz fid-diversi reġistri pubbliċi li jeżistu, li ħafna minnhom tista’ tidħol fihom saħansitra elettronikament mill-qorti nnifisha), in-notifika ssir bl-affissjoni ta’ l-avviżi fuq il-bieb tal-qorti (dawn l-avviżi jistgħu wkoll jiġu ppubblikati fil-Gazzetti Uffiċjali jew fuq mezzi oħra fuq it-talba ta’ l-attur). Eċċezzjoni għal dan huma s-sentenzi li jridu jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Komunità Awtonoma barra milli titwaħħal fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti.

(Fil-każ ta’ notifika ta’ dokumenti minn jew lejn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea, japplika Ir-Regolament (KE) Nru 1348/2000 tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2000. When Spanja inkorporat dan ir-regolament fil-leġiżlazzjoni tagħha, ħatret bħala aġenziji għat-trażmissjoni lill-Iskrivani tal-Qrati ta’ Prima Istanza u bħala aġenziji li jirċievu lill-Iskrivani tal-Qrati Superjuri jew l-Iskrivani responsabbli għas-servizzi komuni ta’ notifika. Biex issibhom, ara il-mappa ġudizzjarja español ta’ Spanja. Tista’ tara wkoll is-sit elettroniku ta’ l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili fejn dawn l-entitajiet huma indikati direttament.)

FuqFuq

4. Kif ikun innotifikat normalment id-dokument fil-prattika?

Fil-każ ta’ persuni li huma jew jistgħu jkunu parti fil-kawża, dan jiddependi mill-proċeduri tan-notifika u x-xorta ta’ dokument u notifika użati:

  1. Meta dokument jiġi nnotifikat permezz ta’ avukat (fi kliem ieħor meta l-partijiet ikun rrappreżentati), il-proċeduri huma kif ġej. Hemm servizz ta’ konsenja tad-dokumenti organizzat mill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati (l-SRCP) f’kull bini ġudizzjarju  li huwa s-sede ta’ qorti ċivili. Il-kopji tad-dokumenti prodotti mill-partijiet fil-kawża jiġu nnotifikati lill-avukati tal-partijiet l-oħra permezz ta’ dan is-servizz u qabel il-preżentazzjoni fiżika tad-dokument fil-qorti. F’dan il-każ, is-servizz jirċievi d-dokument u jinnotifika l-kopji lill-avukati l-oħra. Kif jiġri dan, titniżżel nota f’dokument li jgħid kemm kopji ngħaddew lill-avukati l-oħra u lil kemm avukati. Kif dan id-dokument ikun innotifikat, flimkien mad-dokument oriġinali, jittieħed il-qorti mis-servizz. Mill-banda l-oħra, fil-każ ta’ dokument li jiġi nnotifikat mill-qorti lill-avukati, jiġu ppreżentati żewġ kopji tad-deċiżjoni jew tat-taħrika, lill-avukat. Dan jieħu waħda u jiffirma l-oħra li trid tkun irritornata lill-qorti mill-istess servizz. L-att tan-notifika tad-dokument jitqies li jkun sar l-għada tal-konsenja. (Esklużi minn din is-sistema huma d-dokumenti, it-taħrikiet, l-ordnijiet biex tattendi u l-inġunzjonijiet li l-liġi tgħid li jridu jkunu nnotifikati lil-litiganti personalment.)
  2. Jekk il-partijiet ma jkunux irrappreżentati minn avukat, u fil-każ ta’ l-ewwel taħrika jew ordni biex tidher indirizzata lill-konvenut, id-dokumenti jittieħdu fl-indirizzi tal-litiganti.

L-indirizz ta’ l-attur huwa dak imniżżel fil-petizzjoni jew ir-rikors tal-ftuħ tal-kawża. L-attur jagħti bħala l-indirizz tal-konvenut dak li jkollu mniżżel, u dan huwa dak li jintuża għall-ewwel ordni biex tattendi jew it-taħrika. Jekk l-attur jagħti bosta postijiet bħala indirizzi, dan irid jindika l-ordni li, fil-fehma tiegħu, in-notifika tad-dokument tista’ tirnexxi. L-attur irid jindika wkoll kwalunkwa dettalji li jaf dwar il-konvenut li jistgħu jkunu utli biex jinsab dan ta’ l-aħħar, bħalma huma n-numri tat-telefown u tal-faks u dettalji simili.

FuqFuq

Meta jidher il-konvenut, dan jista’ jagħti indirizz differenti għall-komunikazzjonijiet ta’ wara.

Jekk il-partijiet jibdlu l-indirizzi matul il-kawża, iridu jinnotifikaw lill-qorti minnufih. Dawn iridu jirrapurtaw ukoll kull tibdil fin-numri tat-telefown jew tal-faks jew dettalji simili, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikunu qed jintużaw bħala mezz ta’ komunikazzjoni mal-qorti.

Kopja tad-deċiżjoni jew tat-taħrika tiġi nnotifikata lid-destinatarju mill-uffiċjal fis-sede tal-qorti jew fl-indirizz tal-persuna li trid tiġi nnotifikata jew imħarrka, jew lil minn trid nnotifikata l-inġunzjoni. Dan jitniżżel f’riferta ffirmata mill-Iskrivan tal-Qorti jew mill-uffiċjal awżiljari tal-qorti li jinnotifika d-dokument u mill-persuna li tkun innotifikata bid-dokument, li isimha jrid ikun indikat (jekk tirrifjuta li tiffirma, dan jitniżżel, u jekk tirrifjuta li tirċievi d-dokument, dan jiġi mgħarraf li jista’ jieħu d-dokument mis-sede tal-qorti, u li n-notifika ssir mill-għada ta’ din ir-reġistrazzjoni).

Twaqqaf Servizz Komuni ta’ Notifika u Inġunzjoni (Servicio Común de Notificaciones y Embargos - SAC) fil-kapitali provinċjali u l-bliet il-kbar, taħt il-paroċinju ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Imħallfin Anzjani, li jieħu ħsieb in-notifika tad-dokumenti għall-qorti kollha.

Id-dokumenti li jridu jiġu nnotifikati lix-xhieda, lill-esperti u lill-persuni l-oħra li, għalkemm ma jkunux parti fil-kawża, ikollhom jieħdu sehem fiha, jiġu nnotifikati billi tiġi ppreżentata kopja tad-deċiżjoni jew tat-taħrika bil-posta rreġistrata jew b’telegramma b’dikjarazzjoni ta’ riċevuta, jew b’mezz ieħor simili li jipprovdi reġistrazzjoni ta’ min joqgħod fuqha tal-konsenja, id-data tal-konsenja u l-kontenut tad-dokument. L-Iskrivan tal-Qorti jindika, fl-atti, il-preżentazzjoni u l-kontenut tad-dokument ippreżentat u jehmeż, fejn jixraq, id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta jew il mezz li bih tiġi rreġistrata l-konsenja tad-dokument mid-destinatarji. Id-dokument jiġi ppreżentat fl-indirizz mogħti mill-parti kkonċernata. Fejn jixraq, jista’ jsir l-iċċekkjar meħtieġ dwar l-indirizz jew ir-residenza tal-persuna li trid tiġi nnotifikata bid-dokument. Ix-xhieda, l-esperti u l-persuni l-oħra li, għalkemm ma jkunux parti fil-kawża, ikollhom jieħdu sehem fiha, iridu jinnotifikaw lill-qorti dwar kull tibdil ta’ l-indirizz li jkun hemm matul il-kawża. Huma jiġu mgħarrfa b’dan l-obbligu l-ewwel darba li jidhru l-qorti.

FuqFuq

Skond il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol (Att 1/2000), id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati b’mezzi elettroniċi u mezzi simili sakemm il-qrati u l-partijiet jew id-destinatarji tad-dokumenti ikollhom aċċess għal mezzi elettroniċi, mezzi telematiċi, telekomunikazzjoni elettronika jew mezzi oħra simili li jippermetti li d-dokumenti jintbagħtu u jkunu kkonsenjati b’tali mod li jigarantixxi l-awtentiċità tal-komunikazzjoni u tal-kontenut u wkoll li jipprovdi reġistrazzjoni ta’ min joqgħod fuqha tal-preżentazzjoni u l-konsenja tad-dokumenti sħaħ u tal-ħin meta jsir dan. Sakemm ikunu osservati dawn il-ħtiġiet, id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta’ dawn il-mezzi bid-dikjarazzjoni xierqa ta’ riċevuta. Għal dan il-għan, il-partijiet u l-professjonisti involuti fil-kawża iridu jgħidu lill-qorti li għandhom aċċess għall-mezzi msemmija hawn fuq, u jridu jipprovdu l-indirizzi tagħhom tal-posta elettronika. Dan l-Att jaħseb ukoll għall-ħolqien ta’ reġistru elettroniku fil-Ministeru tal-Ġustizzja li tista’ tidħol fih permezz tal-mezzi msemmija u li jkun fih l-indirizzi ta’ l-entitjati pubbliċi. Meta l-awtentiċità tad-deċiżjonijiet, tad-dokumenti, tal-fehmiet jew tar-rapporti ppreżentati jew innotifikati bil-mezzi msemmija hawn fuq tkun tista’ tingħata għarfien jew tiġi vverifikati biss b’eżaminazzjoni diretta jew b’mezzi oħra, dawn iridu jkunu kkonsenjati jew innotifikati lill-partijiet u lill-persuni kkonċernati b’mod li tippermeti li jkunu vverifikati b’dawn il-mezzi, bl-osservazzjoni tal-ħtiġiet tal ħin u l-post stabbiliti bil-liġi f’kull każ.

FuqFuq

F’każ li d-dokument ikun irid jiġi nnotifikat f’żona territorjali differenti minn fejn tinsab il-qorti li toħroġ dan id-dokument, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni fuq dik iż-żona trid tintalab tinnotifika d-dokument. Dan huwa magħruf bħala assistenza ġudizzjarja u, f’dan il-każ, id-dokument ikun innotifikat mill-qorti li ssirilha t-talba (b’ittra rogatorja) fis-sura indikata minn qabel. Il-kopja tad-deċiżjoni jew it-taħrika marbuta magħha jinhemżu ma’ l-ittra rogatorja, kif ukoll dokumenti oħra, skond kull każ. Id-dokumenti jridu jiġu nnotifikati f’perjodu ta’ mhux aktar minn għoxrin jum mid-data tal-konsenja.

5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lill-persuna destinatarja nnifisha ma tkunx tista’ ssir (eż. għax ma tkunx id-dar)?

Fil-prinċipju, jekk il-partijiet ma jkunux irrappreżentati minn avukat u għażlu indirizz għan-notifika quddiem il-qorti, id-dokumenti nnotifikati f’xi wieħed mill-indirizzi mogħtija jidħlu fis-seħħ hekk kif titniżżel il-preżentazzjoni korretta tad-dokument li jrid jiġi nnotifikat, saħansitra jekk ma titniżżilx il-konsenja lid-destinatarju.

Jekk ma jkun ingħata l-ebda indirizz għan-notifika (li mhix daqstant ħaġa tas-soltu fil-każ ta’ dokument maħsub biex titħarrek persuna sabiex tidher fil-qorti jew tinkiseb l-intervenzjoni personali tal-partijiet f’ċerti fażijiet proċedurali), id-dokumenti jistgħu, bħala prinċipju, jkunu nnotifikati lil persuni għajr id-destinatarju, sakemm ikunu rrelatati miegħu mill-qrib kif stabbilit bil-liġi.

Għalhekk jekk l-indirizz fejn isir attentat biex ikun innotifikat id-dokument ikun il-post fejn ikollu d-domiċilju d-destinatarju skond ir-reġistru muniċipali, ir-reġistru tat-taxxa jew kwalunkwa reġistru uffiċjali ieħor jew pubblikazzjonijiet minn assoċjazzjonijiet professjonali, jew jekk ikun ir-residenza jew il-post mikri mill-konvenut, u d-destinatarju ma jkunx hemm, id-dokument jista’ jiġi nnotifikat lil kwalunkwa impjegat jew membru tal-familja li jkun għalaq l-14-il sena li jkun jinsab fl-indirizz, jew lil min jieħu ħsieb il-bini, u fejn jixraq, il-persuna li tirċievi d-dokument għandha tkun mgħarrfa li hija obbligata tgħaddi din il-kopja tad-deċiżjoni jew tatt-taħrika lid-destinatarju involut jew li tgħarrfu biha jekk jaf fejn jinsab.

FuqFuq

Jekk id-dokument ikun indirizzat fil-post tax-xogħol mhux każwali tad-destinatarju, id-dokument ikun, jekk id-destinatarju ma jkunx hemm, innotifikat lil persuna li tgħid li tafu jew, jekk ikun hemm dipartiment responsabbli biex jirċievi d-dokumenti jew l-oġġetti, lill-persuna hekk inkarigata. L-isem tad-destinatarju u d-data u l-ħin meta tfittex u ma nstabx id-dar jitniżżlu fid-dikjarazzjoni ta’ riċevuta, kif ukoll l-isem tal-persuna li rċeviet il-kopja tad-deċiżjoni jew tat-taħrika u r-relazzjoni ta’ bejn din il-persuna u d-destinatarju, u d-dokument hekk innotifikat jidħol fis-seħħ b’mod sħiħ.

F’każ li ma jinstab ħadd fl-indirizz fejn isir attentat biex ikun innotifikat id-dokument, l-Iskrivan tal-Qorti jew uffiċjal imqabbad minnu irid jipprova jsib jekk id-destinatarju jgħixx hemm. Jekk dan m’għadux jgħix jew jaħdem fl-indirizz involut, u xi ħadd mill-persuni mistoqsija jaf l-indirizz kurrenti tiegħu, dan jitniżżel fir-riferta negattiva tan-notifika tad-dokument. Jekk ma jkunx jista’ jinstab l-indirizz tal-konvenut b’dan il-mod, u l-attur ma ta l-ebda indirizzi oħra possibbli, il-qorti trid tipprova ssib l-indirizz tal-konvenut permezz ta’ reġistru uffiċjali jew billi tuża l-indirizz li jidher f’pubblikazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet professjonali, fil-każ, rispettivament, ta’ intrapriżi u entitajiet oħra jew ta’ persuni li jippratikaw professjoni li huma obbligati jingħaqdu ma’ dawn l-assoċjazzjonijiet. Il-qorti trid ukoll tavviċina l-post ta’ l-attività professjonali jew tax-xogħol mhux każwali tal-konvenut (f’xi każijiet,jista’ jsir aċċess dirett b’mezzi elettroniċi mill-qorti nnifisha). Jekk jinstab indirizz jew post ta’ residenza b’riżultat ta’ dan l-istħarriġ, id-dokument ikun innotifikat. Jekk dan l-istħarriġ ma jħallix frott, id-dokument irid ikun innotifikat permezz ta’avviżi, u jitniżżel li l-attentati msemmija aktar ’il fuq biex jinstab l-indirizz jew il-post tar-residenza ma ħallewx frott. F’dan il-każ, id-dokument jiġi nnotifikat bl-affissjoni ta’ kopja tad-deċiżjoni jew tat-taħrika fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti. Eċċezzjonalment, fuq it-talba ta’ xi ħadd mill-partijiet u bi spejjeż tiegħu, din tkun ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tal-provinċja jew tal-Komunità Awtonoma, jew fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Istat jew f’gazzetta nazzjonali jew provinċjali.

FuqFuq

Billi jista’ jiġri li diversi qrati jkunu ppruvaw isibu lill-istess persuna, u sabiex jiġi rriorganizzat il-proċess u tkun evitata repetizzjoni mhux meħtieġa minn kull entità ġudizzjarja ta’ l-attentati biex jinstabu l-indirizzi, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Spanjol (Att 1/2000) jaħseb għall-ħolqien ta’ reġistru ċentrali tal-persuni assenti, li jkun jinsab fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-qrati li jkunu ġa ċċekkjaw, għalxejn, l-indirizz jew ir-resideżnza tal-konvenut jistgħu jikkonsultaw dan ir-reġistru, u jikkomunikaw l-isem tal-konvenut u dettalji oħra ta’ l-identità li jkollhom imniżżla. Kwalunkwa qorti li jkollha bżonn tiċċekkja l-indirizz ta’ konvenut tista’ tikkonsulta r-reġistru biex tara jekk il-konvenut jidhirx hemm u jekk id-dettalji li jidhru fih humiex l-istess bħal dawk ji jkollha. F’dan il-każ, ma jkunx hemm għalfejn isir aktar stħarriġ billi dan l-istħarriġ ġa jkun sar mill-ewwl qorti li ppruvat issib lill-konvenut, u l-qorti tista’ direttament tiddeċiedi li tinnotifika d-dokumenti bl-affissjoni ta’ l-avviżi. Il-konvenuti mniżżla f’dan ir-reġistru jistgħu jitolbu l-kanċellament tar-reġistrazzjonijiet billi jikkommunikaw l-indirizz fejn jistgħu jkunu nnotiifikati bid-dokumenti tal-qorti. F’dan il-każ (jekk tkun instabet il-persuna mniżżla fir-reġistru), ir-reġistru jagħarraf lill-qrati involuti fi proċeduri kontra dan il-konvenut bl-indirizz mogħti sabiex ikunu nnotifikati d-dokumenti, sakemm id-dokumenti nnotifikati minn dan iż-żmien għal dan l-indirizz ikunu validi.

6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat?

Dejjem hemm, f’kull każ, prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat. Dan jitniżżel fir-riferta, iċċertifikata mill-Iskrivan tal-Qorti. Il-proċeduri jiddependu mill-mezz li bih kien deċiż li d-dokument ikun innotifikat.

FuqFuq

Meta d-dokumenti ikunu nnotifikati fil-qorti jew permezz tas-servizz komuni ta’ konsenja organizzat mill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati (SRCP), dan jiġi rreġistrat bil-firma ta’ l-avukat jew il-parti fuq il-kopja tad-dokument jew id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta li titfassal għal dan il-għan u tkun iċċertifikata mill-Iskrivan tal-Qorti.

Meta d-dokumenti jkunu nnotifikati bil-preżentazzjoni ta’ kopja tad-deċiżjoni jew tat-taħrika bil-posta rreġistrata jew b’telegramma b’dikjarazzjoni ta’ riċevuta, jew b’mezzi oħra simili, l-Iskrivan tal-Qorti jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-preżentazzjoni u l-kontenut tad-dokument ippreżentat, u jehmeż, fejn jixraq, id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta jew il mezz li bih ġiet irreġistrata l-konsenja.

Meta d-dokumenti jiġu nnotifikati b’konsenja lid-destinatarju, il-konsenja tiġi rreġistrata permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ riċevuta mfassla mill-uffiċjal, li tiġi ffirmata mid-destinatarju, jew permezz ta’ kopja tad-deċiżjoni, li tiġi ffirmata mid-destinatarju.

F’każ li kien jeħtieġ li wieħed jirrikorri għall-affissjoni ta’ l-avviżi, dan jitniżżel permezz ta’ dikjarazzjoni ċċertifikata mill-Iskrivan tal-Qorti li tgħid li l-avviż twaħħal fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti u li tistipula l-perjodu li fih baqgħat imwaħħla, flimkien ma’ kopja tal-Gazetta fejn ġie ppubblikat l-avviż f’każ li tkun applikata din il-miżura addizzjonali.

7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna destinatarja ma tirċevix id-dokument jew in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (eż. d-dokument ikun innotifikat lil persuna terza)? Tista’ n-notifika tad-dokument tkun valida xorta (eż. jista’ l-ksur tal-liġi jiġi rrimedjat) jew irid isir sforz ġdid biex dan id-dokument ikun innotifika?

Id-dokument jista’ jiġi nnotifikat lil persuna għajr id-destinatarju f’ċerti każijiet stabbiliti bil-liġi li ġa ġew analizzati, f’liema każ id-dokumenti jiġu notifikati b’mod validu.

FuqFuq

F’każijiet fejn id-dokumenti ma jiġux innotifikati skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Att 1/2000), skond ir-regoli msemmija bi tweġiba għall-mistoqsijiet ta’ qabel, dawn ikunu invalidi kulfejn jistgħu iwasslu biex il-persuna kkonċernata ssib ruħha bla rappreżentazzjoni legali xierqa. Ikun hemm bżonn ta’ deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara li d-dokument involut huwa invalidu, għalkemm tista’ ssir talba ex officio biex dan ikun iddikjarat invalidu. Minkejja dan, jekk il-persuna nnotifikata, mħarrka, ordnata tattendi jew li ġiet innotifikata b’inġunzjoni tgħid li ġiet mgħarrfa bil-każ, u ma’ tiddenunċjax il-fatt li n-notifika tad-dokument hija invalida matul l-ewwel dehra quddiem il-qorti, d-dokument jidħol fis-seħħ bħallikieku kien innotifikat skond il-liġi. Għal din ir-raġuni, id-dokument m’għandux għalfejn innotifikat mill-ġdid f’dan il-każ.

Huwa essenzjali li d-dokumenti jiġu nnotifikati validament billi, jekk il-konvenut ma jidhirx debitament fil-proċeduri fid-data u l-post indikati fit-taħrika jew fl-avviż, dan jiġi ddikjarat bħala disprezz tal-qorti, u l-kawża tissokta mingħajr ma dan jitħalla jaġixxi. F’dan il-każ, jekk il-konvenut jissokta ma jidhirx, dan irid japplika biex il-kawża tkun iddikajarata invalida matul il fażi li tiġi infurzata.

Jista’ saħansitra jiġri li, għalkemm id-dokumenti kienu innotifikati validament, il-konvenut jitlob u jikseb l-annullament ta’ deċiżjoni finali ta’ ħsara għall-interessi tiegħu, imma f’ċerti każijiet eċċezzjonali biss u għal raġunijiet illimitati ħafna, u sakemm id-deċiżjoni ma kienitx innotifikata lilu personalment. Din it-talba trid issir quddiem il-qorti f’perjodu ta’ bejn għoxrin jum u erba’ xhur. L-uniċi raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw din it-talba huma dawn li ġejjin:

FuqFuq

  • Kienet teżisti sitwazzjoni ta’ force majeure mhux interotta li żammet lill-persuna li wettqet disprezz tal-qorti milli tidher f’xi ħin, għalkemm din kienet taf bil-litigazzjoni għax kienet imħarrka jew innotifikata debitament.
  • Il-persuna ma kienetx taf bil-petizzjoni u l-litigazzjoni għaliex it-taħrika jew l-avviż kienu nnotifikati fis-sura ta’ ċitazzjoni, imma din ma ġietx f’idejn il-persuna li wettqet disprezz tal-qorti għal raġunijiet li din ma kellhiex kontroll fuqhom.
  • Il-konvenut li wettaq disprezz tal-qorti ma kienx jaf bil-petizzjoni u bil-litigazzjoni għaliex kien imħarrek u nnotifikat b’avviżi u ma kienx fil-post fejn saru l-proċeduri, u ma kien imkien ieħor fi Spanja jew fil-Komunità Awtonoma li l-avviżi kienu nnotifikati fil-Gazetti Uffiċjali tagħha.

8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm?

Biex twieġeb dil-mistoqsija, trid tħares lejn il-mod li bih kien innotifikat id-dokument.

Id-dokumenti innotifikati mill-qrati huma bla ħlas.

Id-dokumenti nnotifikati mill-avukati jinvolvu drittijiet u ħlasijiet (l-iskaletta tal-ħlasijiet hija rregolata bid-Digriet Irjali 1372/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003). Fil-prinċipju, dawn il-ħlasijiet jitħallsu mill-parti li tat il-prokura lill-avukat involut, sakemm din ma tibbenefikax minn għajnuna legali bla ħlas. Dawn il-ħlasijiet jistgħu wkoll ikunu inklużi f’ordni nbiex jitħallsu l-ispejjeż, f’liema każ il-parti li titlef il-każ, ġeneralment, tħallashom.

Aktar tagħrif

  • Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura español
  • Ministeru tal-Ġustizzja español

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 13-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit