Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 04-05-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Rumanija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser il-frażi legali “notifika ta’ dokumenti” fil-prattika? 1.
2. Liema dokumenti għandhom jiġu nnotifikati formalment? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Normalment dokument kif jiġi nnotifikat fil-prattika? 4.
5. X’jiġri meta, f’każijiet eċċezzjonali, notifika lid-detinatarju nnifsu ma tkunx possibbli (e.g. minħabba li ma jkunx id-dar)? 5.
6. Ikun hemm prova bil-miuktub li d-dokument ġie nnotifikat? 6.
7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u d-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew jekk in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (e.g. id-dokument ikun innotifikat lil persuna terza)? Tista’ n-notifika tad-dokument, madankollu, tkun valida (e.ż. jista’ jkun hemm rimedju għal ksur tal-liġi) jew ikun meħtieġ li jsir sforz ieħor biex id-dokument ikun innotifikat? 7.
8. Ikolli nħallas għan-notifika ta’ dokument u, jekk fl-affermattiv, kemm? 8.

 

1. Xi tfisser il-frażi legali “notifika ta’ dokumenti” fil-prattika?

In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'pajjiżi barranin u minn pajjiżi barranin bażikament hija l-metodu li jiżgura li l-informazzjoni li jkun hemm fihom issir disponibbli għad-destinatarji: partijiet, xhieda jew partiċipanti f'kawżi ċivili jew kummerċjali fl-Istat li joħroġ in-notifika.

Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar “in-notifika ta' dokumenti”?

Dawn ir-regoli jaqdu ħtieġa li dejjem qed tikber min-naħa tal-awtoritajiet li jiżguraw amministrazzjoni malajr u effiċjenti tal-ġustizzja fi proċedimenti li jkunu jinvolvu aspetti mhux nazzjonali, u l-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar ta' sistemi legali skont id-Dritt internazzjonali.

2. Liema dokumenti għandhom jiġu nnotifikati formalment?

Dokumenti ġudizzjarji jinħarġu matul proċedimenti ċivili jew kummerċjali: avviżi dwar proċedimenti, taħrikiet, deċiżjonijiet, rikorsi relatati ma' appelli u avviżi oħra simili.

Dokumenti extra-ġudizzjarji ma jinħarġux mill-awtoritajiet ġudizzjarji iżda jistgħu jintużaw fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

(Rikorrenti, avukati, skrivani tal-qorti, professjonisti speċjalizzati, bħal“huissiers de justice”, uffiċjali pubbliċi, il-pulizija, is-servizz postali, eċċ.)?

  • Uffiċjali tal-Qorti

    Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kif l-uffiċjali tal-qorti għandhom jinnotifikaw taħrikiet.

    FuqFuq

    Dan jistabbilixxi li t-taħrika u d-dokumenti proċedurali kollha għandhom ikunu nnotifikati fil-post tar-residenza jew domiċilju tal-persuna li lilha jkunu indirizzati. Meta l-persuna inkwistjoni jkollha razzett jew fond kummerċjali, industrijali jew professjonali, id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati hemmhekk. Notifika tista' ssir ukoll fi kwalunkwe post kemm-il darba il-persuna mħarrka tirċievi d-dokument. Jekk il-persuna tkun fil-forzi armati, it-taħrika tiġi nnotifikata lill-uffiċjal superjuri skont il-każ. Meta l-post tar-residenza tal-membri tal-ekwipaġġ ta' bastiment ma jkunx magħruf, id-dokumenti jiġu nnotifikati lill-kaptan tal-port fejn il-bastiment ikun irreġistrat. Meta l-persuna tkun taħt kustodja, id-dokumenti jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet tal-qorti. Jekk il-persuna tkun pazjent fi sptar, ospizju jew sanatorju, id-dokumenti jiġu nnotifikati lil min imexxi l-istituzzjoni. It-taħrika u d-dokumenti kollha proċedurali jistgħu jiġi nnotifikati lil uffiċjal jew lil kull min ikun intitolat li jirċievi korrispondenza li jkun imsemmi b'mod ċar (bl-ewwel ismijiet), li l-kariga tiegħu tkun indikata u li jiffirma kif imiss il-prova ta' rċevuta.

    Il-persuna mħarrka għandha tkun innotifikata bit-taħrika personalment u hija għandha tiffirma r-riferta, waqt li l-persuna li tkun innotifikat id-dokument għandha tiċċertifika l-identità tal-persuna u l-firma. Meta l-persuna mħarrka tkun id-dar iżda ma tkunx tixtieq taċċetta t-taħrika jew teħodha iżda ma tkunx tixtieq jew ma tkunx tista' tiffirma r-riferta, l-uffiċjal tal-qorti għandu jħalli t-taħrika f'idejn il-persuna jew, jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċettaha, huwa għandu jwaħħalha mal-bieb tal-post u jagħmel nota tal-okkorrenza f'rapport. Jekk il-persuna mħarrka ma tkunx id-dar, l-uffiċjal tal-qorti iħalli t-taħrika ma' membru tal-familja jew, jekk ma jkun hemm ebda qarib fil-post, ma kwalunkwe persuna li tkun tgħix mal-persuna mħarrka jew ma' kull min is-soltu jirċievi l-posta. Meta persuna li tkun qed toqgħod f'lukanda jew f'kondominju ma tkunx indikat in-numru tal-kamra jew l-appartament, l-uffiċjal tal-qorti iħalli t-taħrika mal-amministratur jew il-purtier, jew mal-persuna li normalment taġixxi f'isimha. Il-persuna li tirċievi t-taħrika tiffirma r-riferta, waqt li l-uffiċjal tal-qorti jiċċertifika l-identità tal-persuna u l-firma tagħha u jagħmel rapport ta' x'ikun ġara. Jekk il-persuna ma tkunx tixtieq jew ma tkunx tista' tiffirma r-riferta, l-uffiċjal tal-qorti għandu jagħmel rapport, u jħalli t-taħrika mal-persuna. Meta l-persuna mħarrka ma tkunx tixtieq taċċetta t-taħrika jew ma tkunx id-dar, l-uffiċjal tal-qorti jwaħħalha mal-bieb jew mal-bieb prinċipali tal-bini jekk il-persuna ma tkunx indikat in-numru tal-kamra jew appartament li tkun tgħix fih. L-uffiċjal tal-qorti mbagħad iniżżel id-dettalji kollha dwar dak li jkun ġara f'rapport dwar l-operazzjoni.

    FuqFuq

    Ma jistgħux jiġu nnotifikati dokumenti lil min ikun taħt l-età ta' 14-il sena jew min ikun inkapaċi li jiddefendi lilu nnifsu. Il-preżunzjoni hija li persuna jkollha l-kapaċità legali sakemm ma jkunx hemm evidenza bil-kontra.

    Ma tistax issir notifika ta' taħrikiet jew ta'dokumenti proċedurali oħra lil persuni ġuridiċi permezz tal-affissjoni ta' dokumenti fuq bibien, jew lil assoċjazzjonijiet jew kumpaniji li jistgħu jitħarrku legalment biex jidhru f'kawża, ħlief jekk jirrifjutaw li jaċċettaw id-dokumenti jew ma jkunux fil-post f'dak il-waqt.

    Meta l-parti tkun għażlet domiċilju u ħatret li xi ħadd biex jirċievi dokumenti proċedurali, dawk id-dokumenti jistgħu jkunu nnotifikati lil dik il-persuna jew, fin-nuqqas ta' indikazzjoni ta' dik ix-xorta, fid-domiċilju tal-parti.

    Meta dokumenti ma jkunux jistgħu jiġi nnotifikati minħabba li l-bini jkun twaqqa' jew ġie abbandunat, jew għal kull raġuni oħra simili, l-uffiċjal tal-qorti jiddepożita d-dokumenti mal-iskrivan tal-qorti, li għandu jgħarraf lill-parti dwar il-fatt fl-iqsar żmien.

    Jekk jirriżulta ċar li, minkejja l-isforzi kollha tar-rikorrent, ikun impossibbli li jinstab fejn jgħix il-konvenut, l-imħallef sedenti jordna l-pubblikazzjoni tat-taħrika. Din tiġi ppubblikata permezz ta' affissjoni mal-bieb tal-qorti. Tista' wkoll tkun ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Rumena jew f'gazzetta ewlenija, jekk l-imħallef sedenti jew il-qorti iqisu li dan ikun meħtieġ. It-taħrika għandha tiġi affissa jew ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali jew f'gazzetta ewlenija għal mill-anqas 15-il jum qabel id-data tal-kawża. F'każijiet urġenti l-imħallef sedenti jew il-qorti jistgħu jqassru dan il-perjodu għal ħamest ijiem. Jekk il-konvenut jidher u jkun jista' jġib prova li ġie mħarrek in mala fede, id-dokumenti proċedurali kollha li jkunu rriżultaw mill-awtorizzazzjoni biex jinħarġu taħrikiet ikunu ddikjarati nulli u bla effett, u r-rikorrent jista' jeħel multa u jkun obbligat iħallas l-ispejjeż legali.

    FuqFuq

    Il-parti li tidher fil-qorti personalment jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha ma jistgħux jirrifjutaw li jaċċettaw dokumenti proċedurali jew oħrajn ippreżentati matul is-seduta. F'dawn il-każi il-qorti tista', fuq applikazzjoni, tippermetti perjodu ta' żmien biex id-dokumenti jkunu studjati.

    Dokumenti proċedurali ma jisgħux jiġu nnotifikati fi btajjel statutorji, ħlief f'każijiet urġenti fejn l-imħallef sedenti jkun ta l-permess tiegħu.

    Jekk xi waħda mill-partijiet tmur tgħix f'post ieħor matul il-proċedimenti, il-bdil tal-indirizz ma jiġix ikkunsidrat ħlief jekk tiġi ppreżentata applikazzjoni bil-miktub fl-inkartament, u l-kontropartijiet jiġu mgħarrfa b'ittra rġistrata, li l-irċevuta tagħha għandha tidħol fl-inkartament tal-kawża flimkien mal-applikazzjoni li tgħarraf lill-qorti bil-bidla.

  • Il-marixxali huma awtorizzati li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji u dokumenti proċedurali (Att Nru 188/2000 dwar il-marixxalli). Il-ħlas għan-notifika huwa ffissat bejn RON 20 u RON 400 (kif kienet is-sitwazzjoni f'Marzu 2007).
  • In-nutara pubbliċi ukoll jistgħu jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji u dokumenti proċedurali (Att Nru 36/1995 dwar nutara pubbliċi u attivitajiet notarili u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni).

4. Normalment dokument kif jiġi nnotifikat fil-prattika?

Jekk jeżistu metodi alternattivi, jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi kollha.

(notifika personali, servizz postali: ittra rreġistrata jew ordinarja, faks, mezzi elettroniċi).

FuqFuq

Ara t-tweġibiet għall-Mistoqsijiet 3 u 5.

5. X’jiġri meta, f’każijiet eċċezzjonali, notifika lid-detinatarju nnifsu ma tkunx possibbli (e.g. minħabba li ma jkunx id-dar)?

Jekk hemm metodi alternattivi, jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi kollha.

(notifika personali lil persuni oħra barra d-destinatarju, depożitu (e.g. f'kaxxa tal-ittri fid-domiċilju jew post tan-negozju), depożitu ma' awtorità pubblika kompetenti bħal "remise au parquet" jew f'uffiċċju tal-posta, avviż pubbliku, ittra fl-aħħar indirizz magħruf, eċċ.).

Sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor, il-qorti ma tistax tiddeċiedi dwar talba ħlief wara li l-partijiet ikunu tħarrku jew ikunu dehru.

It-talbiet u d-dokumenti proċedurali kollha jkunu notifikati ex officio minn uffiċjali tal-qorti jew minn kwalunkwe impjegat tal-qorti jew uffiċjali tal-qorti jew minn impjegati oħra tal-qrati b'ġuriżdizzjoni territorjali għaż-żona fejn il-persuna li jkollha tkun innotifikata tkun attwalment residenti.

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin jistgħu jkunu nnotifikati b'taħrika:

  • l-Istat, il-kontea, l-awtoritajiet lokali jew kull persuna ġuridika oħra kkostitwita skont id-dritt pubbliku, fil-persuna tal-kap tal-awtorità rilevanti fl-uffiċċju għal talbiet ikkontestati tal-awtorità fil-kwartieri ċentrali jew, fejn ma jkunx hemm uffiċċju għal talbiet ikkontestati, fl-uffiċċju prinċipali tal-amministrazzjoni;
  • persuni ġuridiċi stabbiliti skont id-dritt privat, fil-persuna tar-rappreżentant tagħhom, fl-uffiċċju prinċipali, fergħa jew, skont iċ-ċirkustanzi, fl-uffiċċju tar-rappreżentant;
  • Assoċjazzjonijiet u kumpaniji mingħajr personalità ġuridika, permezz tal-korpi tagħhom ta' ġestjoni fl-uffiċċji amministrattivi tagħhom;
  • Korpi li jkunu qed jiġu riorganizzati jew stralċati, permezz tar-riċevitur uffiċjali jew, jekk ikun meħtieġ, tal-istralċatur;
  • persuni mingħajr kompetenza legali permezz tar-rappreżentant legali tagħhom;
  • permezz ta' kuratur speċjali meta jkun hemm wieħed maħtur;
  • il-persunal tal-missjonijiet dipolmatiċi u konsulati Rumeni, ċittadini Rumeni sekondati bħala uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja tagħhom li jkunu jgħixu magħhom barra mill-pajjiż, permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin;
  • ċittadini Rumeni oħra barra dawk imsemmijin fil-punt ta' qabel dan li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż fl-interess tas-servizz, permezz tal-korp ċentrali li jkun bagħat lill-persuna jew, bħala alternattiva, il-persuna li tkun bagħtitu/bagħtitha hemm;
  • f'każijiet fejn ma jsirux arranġamenti speċjali skont konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ir-Rumanija hija parti jew skont regolamenti speċjali, persuni barra mill-pajjiż li d-domiċilju jew post ta' residenza tagħhom ikun magħruf, permezz ta' taħrikiet bil-miktub mibgħutin bil-posta rreġistrata bi prova li jkun waslu. Jekk il-konvenut ikun jgħix barra mill-pajjiż, l-imħallef sedenti jista' jiffissa terminu ta' skadenza itwal. Il-konvenut ikun mgħarraf permezz tat-taħrika li huwa jkun jeħtieġlu jagħżel domiċilju fir-Rumanija li fih id-dokumenti kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-proċedimenti jkunu jistgħu jintbagħtu. Jekk il-konvenut jonqos li jagħmel dan, id-dokumenti jkunu nnotifikati b'posta reġistrata b'rikonoxximent ta' rċevuta lis-servizz postali Rumen, bl-isem tad-dokumenti mibgħutin bħala prova li l-proċeduri kienu segwiti;
  • jekk id-domiċilju jew post ta' residenza ta' persuni barra mill-pajjiż ma jkunux magħrufin, it-taħrika tkun ippubblikata;
  • fil-każijiet kollha, jekk dawk li jkunu jgħixu barra mill-pajjiż ikollhom rappreżentanza legali fil-pajjiż, it-taħrikiet ikunu nnotifikati lir-rappreżentanti legali;
  • meta d-domiċilju tal-persuna jew il-post ta' residenza ma jkunux magħrufa, it-taħrikiet jiġu ppubblikati;
  • sakemm ikunu involuti fil-kawża, id-dokumenti jiġu nnotifikati lill-eredi permezz ta' kuratur speċjali maħtur mill-qorti.

Il-mod kif jiġu nnotifikati dokumenti lid-destinatarju jew lil persuna oħra huma stabbiliti fl-Artikolu 92 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Jekk il-persuna ma tkunx tista' tinstab fid-domiċilju tagħha jew ma tkunx indikat in-numru tal-appartament tagħha, l-uffiċjal jinnotifika t-taħrika lill-persuni li ġejjin:

FuqFuq

  • membru tal-familja;
  • kull persuna oħra li tgħix fl-istess post;
  • kull persuna oħra li regolarment tirċievi l-korrispondenza: amministraturi jew purtinari, jew kull min regolarment jieħu posthom.

Il-modi kif jiġu nnotifikati dokumenti lid-destinatarju jew lil xi persuna oħra huma kif ġej:

  • personalment;
  • fl-idejn (jekk ir-reċipjent ma jkunx jixtieq jew ma jkunx jista' jiffirma r-riferta, it-taħrika titħalla mal-persuna u l-uffiċjal tal-qorti jagħmel nota tal-okkorrenza f'rapport);
  • bl-affissjoni mal-bieb jew id-daħla ewlenija (jinkiteb rapport jekk id-destinatarju ma jkunx jixtieq jaċċetta t-taħrika jew ma jkunx preżenti).

Ma jistgħux jiġu nnotifikati dokumenti lil min ma jkunx għadu għalaq 14-il sena jew lil min ma jkunx jista' jressaq difiża quddiem il-qrati.

L-għan tal-proċedura tat-taħrika huwa li l-partijiet ikunu infurmati bl-eżistenza tal-proċedimenti, id-data tal-kawża u l-post. Dan l-għan jista' jintlaħaq ukoll billi l-parti tkun mgħarrfa meta hija tmur għall-ewwel sessjoni tal-proċedimenti.

6. Ikun hemm prova bil-miuktub li d-dokument ġie nnotifikat?

(irċevuta postali, affidavit, "Zustellungsurkunde”, eċċ.).

IVA

  • Il-prova ta' notifika (jew rapport ta' notifika) hija dokument uffiċjali li juri d-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-uffiċjal li jeżegwixxi n-notifika tad-dokumenti, sakemm ma jintwerix li jkunu foloz. Għalhekk, kif il-qrati tagħna ddeċidew fil-prattika, il-prova li tkun saret notifika u r-rapport magħmul mill-uffiċjal tal-qorti jekk il-persuna li kellha tiġi nnotifikata bid-dokumenti ma kinitx id-dar dak il-ħin jew irrifjutat li tieħu t-taħrika huma l-uniċi dokumenti li jistgħu jkunu ta' prova li l-proċedura ta' notifika tad-dokumenti kienet segwita skont il-liġi.
  • Irċevuta postali. Skont l-Artikolu 87(8) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, fejn m'hemmx arranġamenti speċjali skont konvenzjonijiet internazzonali li għalihom ir-Rumanija hija parti jew skont regolamenti speċjali, persuni barra mill-pajjiż li d-domiċilju jew il-post tar-residenza tagħhom ikunu magħrufin, permezz ta' taħrika bil-miktub bil-posta rreġistrata bil-prova tal-irċevuta. Japplika l-Artikolu 114(4) 1. Jekk id-domiċilju jew post tar-residenza ta' persuni barra mill-pajjiż ma jkunux magħrufin, id-dokumenti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 95. Fil-każijiet kollha, fejn dawk li jkunu jgħixu barra mill-pajjiż ikollhom rappreżentanza legali fil-pajjiż, it-taħrikiet jiġu nnotifikati lir-rappreżentant legali.

Skont l-Artikolu 8 tal-Att Nru 189/2003, il-prova ta' notifika barra mill-pajjiż tista' tinkiseb fil-forma ta':

FuqFuq

  1. komunikazzjoni bil-posta direttament lid-destinatarju bil-prova ta' irċevuta ta' ittri rreġistrati li jkun fihom it-taħrika u d-dokumenti mehmużin;
  2. komunikazzjoni permezz tal-awtoritajiet ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba jew tal-missjoni diplomatika jew konsulat Rumen fl-Istat li jagħmel it-talba bl-użu tal-formola pprovduta fl-Artikolu 6(3).

7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u d-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew jekk in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (e.g. id-dokument ikun innotifikat lil persuna terza)? Tista’ n-notifika tad-dokument, madankollu, tkun valida (e.ż. jista’ jkun hemm rimedju għal ksur tal-liġi) jew ikun meħtieġ li jsir sforz ieħor biex id-dokument ikun innotifikat?

Effetti

  • Is-sentenza tista' tkun differita.

    Qabel ma jibdew diskussjoni dwar il-każ, il-partijiet jistgħu jitolbu lill-qorti biex tiddifferixxi l-għoti tas-sentenza dwar kwistjonijiet li ma jkunux attwalment quddiem il-qorti. Differimenti mingħajr diskussjoni ġeneralment jingħataw jekk ikun meħtieġ li jiġu rrimedjati irregolaritajiet proċedurali, bħal nuqqas li jissejħu b'taħrika xhieda jew esperti.

  • Dokumenti proċedurali jistgħu jkunu annullati fejn ikun hemm nuqqas li titħarrek persuna jew fejn xi ħadd jiġi mħarrek kontra l-liġi.
  • Jistgħu jiġu ppreżentati eċċezzjonijiet fuq punti ta' dritt.

    Waqt l-istadju preliminari ta' kawża pubblika, element ewlieni tal-proċedimenti huwa l-ewwel jum tad-dehra. Skont l-Artikolu 134 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, l-ewwel jum tad-dehra huwa l-ewwel okkażjoni meta l-partijiet imħarrkin biex jidhru skont il-liġi jkunu jistgħu jippreżentaw l-argumenti tagħhom. Għandha ssir distinzjoni bejn l-ewwel jum tad-dehra u l-ewwel sessjoni tas-smigħ. L-ewwel sessjoni tas-smigħ tista' tkun l-istess bħal dik tal-ewwel jum tad-dehra iżda biss jekk iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin jitħarsu, jiġifieri li l-partijiet kienu mħarrka biex jidhru skont il-liġi u jkunu jistgħu jippreżentaw l-argumenti tagħhom. L-ewwel jum tad-dehra huwa importanti minħabba li l-konvenut jista' jqajjem eċċezzjonijiet fuq punti ta' dritt u l-validità tal-proċeduri sa dak il-waqt. Eċċezzjonijiet fuq punti ta' dritt bażikament ikollhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet formali tal-proċedimenti. Il-biċċa l-kbira tal-eċċezzjonijiet kważi kollha jaqgħu taħt din il-kategorija, bħal eċċezzjonijiet relatati man-nuqqas li jitħarrku persuni jew taħrikiet kontra l-liġi.

  • Din tista' tkun waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta' rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjoni meħuda minn qorti barranija li, għalhekk, tista' tkun iddikjarata mhux eżegwibbli barra mill-pajjiż. L-Artikolu 171 tal-Att Nru 105/1992 li jimplimenta d-dritt internazzjonali privat jgħid li dokumenti li jkollhom jinhemżu ma' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet meħudin minn qrati barranin għandhom jinkludu kopji tal-prova ta' notifika ta' taħrikiet u tad-dokumenti ta' referenza nnotifikati lill-parti li ma tkunx preżenti quddiem il-qorti barranija jew kull dokument uffiċjali ieħor li juri li t-taħrika u d-dokument ta' referenza kienu rikonoxxuti kif imiss mill-parti li kontriha tkun ingħatat id-deċiżjoni.

8. Ikolli nħallas għan-notifika ta’ dokument u, jekk fl-affermattiv, kemm?

LE, jekk avviż u notifika jsiru minn uffiċjal tal-qorti.

It-tariffa għas-servizzi mogħtija minn marixxalli li jeżegwixxu notifiki u jagħtu avviżi dwar dokumenti proċedurali hija ffissata bejn RON 20 u RON 400 (kif kienet is-sitwazzjoni f’Marzu 2007).

Aktar tagħrif

(Links għal siti elettroniċi, eċċ.)

http://www.just.ro/ română

http://www.executori.ro/ română

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-05-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit