Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Portugall

L-aħħar aġġornament: 25-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Portugall

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser l-espressjoni, “taħrika u notifika” f'termini prattiċi? Għaliex jeżistu regoli speċifiċi fir-rigward tat-“taħrika u n-notifika”? 1.
2. Liema dokumenti jeħtieġu taħrika u liema jeħtieġu notifika? 2.
3. Min hu responsabbli għat-taħrika u n-notifika? 3.
4. Kif issir it-taħrika jew notifika ta’ dokument? Jeżistu mezzi alternattivi? 4.
5. X'jiġri meta, f'każijiet eċċezzjonali, ma jkunx jista’ jinstab id-destinatarju (per eżempju, ma jkunx id-dar)? Hemm mezzi alternattivi oħra għat-taħrika jew notifika? 5.
6. Hemm prova bil-miktub li d-dokument kien soġġett għal taħrika jew notifika? 6.
7. X'jiġri jekk jinqala' xi ħaġa u d-destinatarju ma jirċevix id-dokumenti jew jekk it-taħrika jew in-notifika jiġu kkunsinnati b'mod irregolari (l-att jiġi indirizzat lil terz)? Tista' t-taħrika jew in-notifika tiġi kkunsidrata valida minkejja dani (per eżempju, jista' il-ksur tal-liġi jiġi rimedjat) jew għandu jkun hemm impenn ġdid li jitwettaq il-kompitu? 7.
8. Għandi nħallas għal taħrika jew notifika, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi tfisser l-espressjoni, “taħrika u notifika” f'termini prattiċi? Għaliex jeżistu regoli speċifiċi fir-rigward tat-“taħrika u n-notifika”?

It-taħrika hija l-att li biha persuna tiġi mgħarrfa dwar il-ftuħ ta' kawża legali kontra tagħha, u li biha tiġi msejħa biex tiddefendi lilha nnifisha. Permezz ta' taħrika, il-persuna interessata fil-kawża tissejjaħ biex tattendi għall-proċeduri għall-ewwel darba.

F'każijiet oħra, in-notifika tinħareġ biex jissejjaħ xi ħadd il-Qorti jew biex jagħti tagħrif dwar xi fatt.

It-taħrika tinħareġ darba biss għal kull persuna u wara li tkun ingħatat, il-konvenut biss jiġi notifikat.

Meta jkun meħtieġ li tissejjaħ persuna biex tidher quddiem il-Qorti li ma jkollha ebda interess dirett fil-każ u li, konsegwentement, m'għandhiex bżonn tiddefendi ruħha, (per eżempju, meta jiġu msejħa xiehda u esperti), din issir dejjem b'notifika.

Hemm regoli speċifiċi dwar “it-taħrika u n-notifika” minħabba l-importanza kbira ta' dawn l-atti matul il-fażijiet li jwasslu għat-tmexxija b'mod ġust tal-kawża (per eżempju, jippermettu li titressaq difiża jew risposta għal talba mill-kontroparti jew inkella għall-skop li jissejjaħ xi ħadd il-Qorti).

Min-naħa l-oħra, is-solennità meħtieġa u l-proċeduri speċifiċi imposti mil-liġi huma ġġustifikati minħabba l-ħtieġa li l-att jiġi ppruvat fil-prattika.

2. Liema dokumenti jeħtieġu taħrika u liema jeħtieġu notifika?

It-talba oriġinali u d-dokumenti mehmuża magħha huma soġġetti għal taħrika.

FuqFuq

It-talbiet kollha li jkunu jinsabu fil-proċess li għalihom il-partijiet jistgħu jirrispondu jiġu notifikati, kif ukoll id-dokumenti miġbura waqt il-kawża.

Id-digrieti u l-ordnijiet mogħtija mill-imħallef li jridu jiġu notifikati skond il-liġi jew li jistgħu jikkawżaw preġudizzju għall-partijiet huma wkoll soġġetti għal notifika, kif ukoll dawk li n-notifika tagħhom tiġi ordnata mill-Imħallef, it-talbiet u s-sottomissjonijiet tal-Maġistrat tal-Prosekuzzjoni Pubblika, atti maħruġa mir-reġistru tal-qorti, it-taxxa ta' l-ispejjeż ġudizzjarji u d-dokumenti infilzati fil-proċess fuq l-inizzjattiva ta' terzi.

3. Min hu responsabbli għat-taħrika u n-notifika?

L-eżekuzzjoni tat-taħrika tista' tkun taħt ir-responsabbiltà tar-reġistratur tal-Qorti u tas-servizz postali (fit-taħrika permezz ta' posta reġistrata u mhux irreġistrata), tal-marixxall (għal taħrika mogħtija personalment lill-konvenut), tar-rappreżentant legali (avukat jew prokuratur legali) jew uffiċjal forensiku nominat mill-imħallef.

4. Kif issir it-taħrika jew notifika ta’ dokument? Jeżistu mezzi alternattivi?

It-taħrika permezz tal-posta ssir billi tintbagħat ittra reġistrata b'konferma tal-wasla b'formola approvata uffiċjalment, u ssejjaħ lill-persuna li trid tiġi mħarrka u hija indirizzata lir-residenza jew post tax-xogħol tagħha, jew inkella meta tkun issejjaħ lil entità legali jew soċjetà, lis-sede legali jew il-post ta' l-amministrazzjoni effettiva. It-taħrika trid issemmi b'mod ċar il-perjodu li fih id-difiża tista' tinġieb, il-ħtieġa li jitqabbad avukat, jekk dan ikun il-każ, u l-konsegwenzi jekk il-parti intimata tibqa' kontumaċi.

FuqFuq

F'każ li taħrika tintbagħat lil individwu, wara l-firma ta' għarfien tal-wasla l-ittra tista' tingħata lid-destinatarju jew lil kull persuna preżenti fil-lokal u li tiddikjara li hi f'kondizzjoni li tista' tagħti l-ittra lid-destinatarju minnufih.

Qabel il-firma ta' l-avviż ta' wasla, il-pustier għandu jipproċedi bl-identifikazzjoni tad-destinatarju jew tat-terza persuna li lilha ser tingħata l-ittra, jieħu nota ta' l-informazzjoni fuq il-karta ta' l-identità u kull dokument uffiċjali ieħor li jipprovdi identifikazzjoni.

Meta l-ittra titħalla f'idejn terzi, il-pustier għandu r-responsabbiltà li jinforma lill-persuna bid-dmir tagħha li tagħti l-korrispondenza lill-individwu jew lill-entità legali lil min tkun indirizzata l-komunika.

Jekk il-kunsinna msemmija ma tkunx possibbli, għandha titħalla nota għad-destinatarju, li tidentifika l-Qorti li ħarġet id-dokumenti u l-proċeduri relatati, billi jitniżżlu r-raġunijiet għala d-dokumenti ma setgħux jingħataw u li l-korrispondenza ser titħalla għal tmient ijiem fl-uffiċċju postali għad-dispożizzjoni tad-destinatarju debitament identifikat.

F'każ li persuna tirrifjuta li tiffirma l-għarfien tal-wasla jew tirrifjuta li tieħu d-dokument, il-pustier għandu jieħu nota ta' l-inċident qabel ma jirritorna d-dokument. F'dan il-kuntest, it-taħrika għandha titwassal minn uffiċjal tal-qorti, b'indikazzjoni minn qabel ta' ħin tajjeb lill-persuna adattata jew lil persuna oħra li tista' tinstab f'kundizzjoni aħjar biex tittrasmetti l-komunikazzjoni. Meta din il-proċedura tkun ukoll impossibbli, issir affissazzjoni ta' avviż fil-post li jitqies li huwa l-aktar xieraq, u dan l-att jista' jitwettaq permezz ta' l-affissjoni ta' nota ta' taħrika, b'dikjarazzjoni li l-kopja duplikata u d-dokumenti mehmuża jinsabu għad-dispożizzjoni tad-destinatarju għand ir-registratur ġudizzjarju. F'dan il-każ u meta t-taħrika titħalla f'idejn persuna oħra li ma tkunx id-destinatarju, għandha tintbagħat ukoll ittra reġistrata lill-konvenut li tinformah bid-data u l-mod kif l-att jitqies li ġie mwettaq, iż-żmien li għandu biex iressaq id-difiża tiegħu, il-konsegwenza jekk jibqa' kontumaċi u l-indirizz fejn tinsab il-kopja duplikata F'każ li t-taħrika titħalla f'idejn terzi, għandha tiġi indikata l-identità tal-persuna li lilha ngħatat it-taħrika.

FuqFuq

F'kawżi li jirrigwardaw it-twettiq ta' obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt bil-miktub, it-taħrika ssir billi tinbagħat ittra mhux reġistrata lill-persuna lil min hija intenzjonata t-taħrika. Ittra bħal din tiġi indirizzata lid-domiċilju jew is-sede legali msemmija fil-kuntratt. Din il-proċedura ma ssirx kemm-il darba jiġi ddikjarat b'mod espliċitu post ieħor għall-kunsinna tat-taħrika bħala domiċilju jew sede legali tad-destinatarju.

L-uffiċjal tal-qorti irid iniżżel fil-proċess tal-kawża indikazzjoni tad-data ta' meta ntbagħtet l-ittra mhux reġistrata u d-domiċilju jew sede legali fejn intbagħtet it-taħrika.

Il-pustier għandu jipproċedi bil-kunsinna ta' l-ittra msemmija u jitfagħha fil-kaxxa ta' l-ittri tal-konvenut u għandu jikteb dikjarazzjoni li tindika d-data u tikkonferma l-lok preċiż ta' dan d-depożitu, u jibgħat din id-dikjarazzjoni minnufih lill-Qorti.

Jekk mhux possibbli li jsir id-depożitu fil-kaxxa ta' l-ittri, il-pustier għandu joħroġ nota dwar l-inċident, isemmi d-data u jibgħat din in-nota minnufih lill-Qorti, ħlief f'każ meta l-kunsinna ma tistax ssir minħabba d-dimensjonijiet ta' l-ittra; f'din is-sitwazzjoni l-pustier għandu jħalli nota lid-destinatarju, billi jidentifika l-Qorti li tkun qed tieħu konjizzjoni tal-kawża u f’xiex tikkonsisti l-kawża, u jsemmi bil-miktub ir-raġunijiet għaliex ma setgħetx issir il-kunsinna u li l-ittra ser tibqa' għal tmint ijiem fl-uffiċċju postali debitament identifikat għad-dispożizzjoni tal-konvenut.

Taħrika tingħata personalment minn uffiċjal tal-qorti lill-konvenut meta din tkun l-aħjar soluzzjoni.

FuqFuq

L-uffiċjal tal-qorti jagħti lid-destinatarju l-kopja duplikata tat-talba inizzjali u d-dokumenti li jsegwu t-talba u li huma parti integrali minnha kif ukoll in-nota tat-taħrika. Din in-nota ghandha ssemmi, b'mod obbligatorju, in-numru tal-kawża, is-sezzjoni, il-ġudikant u l-Qorti fejn qed tinstema' l-kawża, il-perjodu li fiha d-difiża tista' tippreżenta l-każ tagħha u ssemmi wkoll l-ħtieġa li jitqabbad avukat u l-konsegwenzi jekk il-parti interpellata tibqa' kontumaċi. a lawyer and the consequences of lack of contestation.

Jekk it-taħrika ma tistax tiġi kkunsinnata minħabba l-inkapaċità ta' l-akkużat li jirċeviha bħala konsegwenza ta' mard mentali ċar jew xi diżabilità oħra, l-uffiċjal tal-qorti għandu jirreġistra l-episodju, u l-awtur għandu jiġi notifikat b'dan. Wara, il-proċess jiġi ppreżentat biex jintbagħat lill-Imħallef li għandu jiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' l-inkapaċità, wara li tinġabar l-informazzjoni u jiġu prodotti l-provi meħtieġa. Malli tiġi rikonoxxuta l-inkapaċità, temporanja jew permanenti, jiġi maħtur rappreżentant għall-akkużat (kuratur proviżorju) sabiex tinħareġ taħrika f'ismu.

Inkella, it-taħrika tista' tiġi kkunsinnata minn rappreżentanti legali (avukati jew prokuraturi legali) jew minn uffiċjali forensiċi li huma indikati mir-rappreżentanti legali, f'każijiet meta fit-talba inizjali din l-intenzjoni tkun ġiet mfissra jew meta xi forma oħra ta' taħrika ma tkunx irnexxiet. L-elementi ta' trasmissjoni huma dawk indikati hawn fuq. Il-persuna inkarigata mit-taħrika għandha tiffirma u tikteb id-data ħdejn il-kitba li tireġistra l-att. Kull meta din ma tiġix ikkunsinnata fi żmien 30 jum minn meta ssir talba għal intervent ta' professjonist fil-forum, ir-rappreżentant legali ikun inkarigat mill-fatt, b'mod ġenerali għat-taħrika.

FuqFuq

It-taħrika tiġi kkunsinnata permezz ta' avviż meta ma jistax jiġi stabbilit fejn qiegħed il-konvenut jew m'hemmx ċertezza dwar il-persuni mħarrka. Minnbarra l-publikazzjoni tan-notifika fil-gazzetti (li sseħħ kemm-il darba l-kawża hija ta' tali importanza li tiġġustifika dan) issir affissjoni ta' tlett avviżi (waħda mal-bieb tal-Qorti, oħra mal-bieb ta' l-aħħar residenza magħrufa u oħra mal-bieb tal-Junta de Freguesia).

Il-prattika ta' atti proċesswali li jeħtieġu l-intervent tas-servizzi tal-ġudikatura jistgħu jintalbu lil Qrati oħrajn permezz ta' ittra prekatorja jew rogatorja, b'mod illi tintuża l-ittra prekatorja meta t-twettiq ta' l-att ikun mitlub lil Qorti jew Konslu Portuġiż waqt li tintuża ittra rogatorja meta l-awtorità tkun awtorità barranija. Permezz ta' garanzija, il-Qorti titlob l-eżekuzzjoni tad-dokument proċedurali lill-entità li taħtha hija taqa’.

It-taħrika jew n-notifika tintbagħat bil-posta direttament lid-destinatarju, tkun xi tkun iż-żona territorjali tad-destinatarju.

Għat-trasmissjoni ta' kwalunkwe messaġġ u sabiex jaslu jew jintbagħtu l-ittri prekatorji, is-serviżżi ġuridiċi jistgħu jużaw, minbarra s-servizzi postali, faks jew mezzi elettroniċi,  Jekk l-atti proċedurali huma urġenti jistgħu jintużaw it-telegram, it-telefon u mezzi tat-telekommunikazzjoni ta' din ix-xorta. It-telefonati għandhom dejjem jiġu rreġistrati fil-proċess tal-kawża u għandhom jiġu segwiti b'konferma bil-miktub permezz ta' kwalunkwe mezz; fir-rigward tal-partijiet, it-telefonata hija mezz legali għat-trasmissjoni ta' konvokazzjoni jew il-kanċellazzjoni ta' konvokazzjoni għall-atti proċedurali.

FuqFuq

Bħala regola, in-notifiki jsiru bil-posta.

In-notifiki għall-partijiet fi proċeduri pendenti jingħataw lir-rappreżentanti legali tagħhom.

Meta notifika issir biex tissejjaħ parti għal seduta tal-qorti, minbarra l-avukat, il-parti tiġi avżata b'ittra reġistrata b'indikazzjoni tad-data, il-post u l-iskop tal-konvokazzjoni.

Ir-rappreżentanti legali huma nnotifikati b'ittra reġistrata indirizzata fl-uffiċċju tagħhom jew fl-indirizz magħżul minnhom, jew jista' jkun li jiġu notifikati personalment mill-uffiċjal meta jkunu l-Qorti.

In-notifika bil-posta titqies li ġiet ikkunsinnata mat-tielet jum wara r-reġistrazzjoni tagħha, jew l-ewwel jum ta' xogħol wara dan, meta t-tielet jum ma jkunx jum ta' xogħol u ma jitlifx l-effett minħabba l-fatt li tinbagħat lura, billi l-kunsinna tkun saret fl-uffiċċju tar-rappreżentanti legali jew id-domiċilju magħżul minnhom; f'dan il-każ, jew meta l-ittra ma tkunx ġiet ikkunsinnata minħabba n-nuqqas tad-destinatarju, in-notifika bil-posta tiġi mehmuża mal-proċess, u n-notifika titqies li ġiet ikkunsinnata fit-tielet jum tax-xogħol wara r-reġistrazzjoni tagħha.

Il-preżunzjoni tista' tingħeleb mid-destinatarju, jekk jipprova li n-notifika ma ġietx ikkunsinnata lilu jew li seħħet f'data wara d-data preżunta minħabba raġunijiet li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu.

Jekk il-parti ma tkunx qabbdet avukat, in-notifiki jintbagħtu lir-residenza jew sede legali tiegħu li jkun għażel biex jirċievi n-notifiki, skond it-termini stabbiliti għan-notifiki mar-rappreżentanti legali.

Id-deċiżjonijiet finali huma dejjem notifikati, kemm-il darba r-residenza jew is-sede legali jkunu magħrufa.

FuqFuq

Għan-notifiki ta' spedizzjoni, sentenzi jew digrieti ġudizzjarji kopja li tinqara jew fotokopja tas-sentenza u tas-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu lill-persuna korretta.

L-avviżi u l-kommunikazzjonijiet magħmula lil dawk preżenti fl-att proċedurali jitqiesu bħala notifiki, billi jiġu dokumentati fil-proċess jew minuta rispettiva, skond l-att proċedurali stabbilit mill-entità kompetenti.

5. X'jiġri meta, f'każijiet eċċezzjonali, ma jkunx jista’ jinstab id-destinatarju (per eżempju, ma jkunx id-dar)? Hemm mezzi alternattivi oħra għat-taħrika jew notifika?

It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet tinsab fit-tweġiba preċedenti.

6. Hemm prova bil-miktub li d-dokument kien soġġett għal taħrika jew notifika?

Meta taħrika tintbagħat b'ittra rreġistrata, il-konferma tal-wasla tagħha, li fuqha jrid ikun hemm id-data tal-kunsinna u l-firma tal-persuna li rċeviet it-taħrika, hija prova bil-miktub ta' dan. Din in-nota jkun fiha l-elementi ta' identifikazzjoni, miktuba mill-pustier, tad-destinatarju jew tat-terza persuna f'idejn min tħalliet l-ittra skond id-dokument ta' identifikazzjoni jew dokument uffiċjali ieħor.

Ix-xhieda tal-kunsinna fir-rigward ta' korrispondenza mhux irreġistrata, hija dikjarazzjoni elaborata mill-pustier, li tiddikjara espressament id-data u l-post preċiż fejn l-ittra ġiet ikkunsinnata u l-firma tal-pustier.

Fit-taħrika mogħtija direttament, il-persuna li teżegwixxi l-att (uffiċjal tal-qorti, avukat, prokuratur legali, jew uffiċjal forensiku) għandu jelabora dokument li jkun fih id-deskrizzjoni tal-att, id-data meta dan seħħ, il-firma u l-indirizz tad-destinatarju tat-taħrika.

FuqFuq

In-notifika ġeneralment issir b'ittra reġistrata, ħlief meta din trid issir personalment; f'dak il-każ in-notifika trid timxi fuq il-bażi ta' taħrika.

Id-data ta' l-ispedizzjoni tal-korrispondenza u elementi oħrajn ta' referenza li jistgħu jippermettu l-identifikazzjoni huma dejjem msemmija fil-proċess tal-kunsinna tan-notifika. Ir-riċeviment jiġi konkluż kif indikat hawn fuq, dejjem jekk r-riċeviment ikun seħħ fit-tielet jum mid-data ta' reġistrazzjoni.

7. X'jiġri jekk jinqala' xi ħaġa u d-destinatarju ma jirċevix id-dokumenti jew jekk it-taħrika jew in-notifika jiġu kkunsinnati b'mod irregolari (l-att jiġi indirizzat lil terz)? Tista' t-taħrika jew in-notifika tiġi kkunsidrata valida minkejja dani (per eżempju, jista' il-ksur tal-liġi jiġi rimedjat) jew għandu jkun hemm impenn ġdid li jitwettaq il-kompitu?

Dak kollu li jiġi pproċessat wara t-talba inizzjali jkun null, ħlief f'każijiet fejn ma jkunux ġew mħarka l-konvenut jew il-Prosekutur Pubbliku, ftit wara ma jinbdew il-proċeduri, f'każijiet fejn irid jintervjeni bħala l-parti ewlenija.

It-taħrika titqies li ma tkunx saret meta: l-att ikun kompletament tħalla barra; kien hemm żball fl-identifikazzjoni tal-persuna mħarka; l-avviż ikun intuża b'mod ħażin; ikun hemm provi li l-att twettaq wara l-mewt tal-konvenut jew, f'każ ta' entità legali jew soċjetà, wara li din tkun ingħalqet; jiġi ppruvat li d-destinatarju tat-taħrika personali ma jafx bl-att minħabba li dan mhux attribwibbli għall-konvenut.

It-taħrika tkun nulla wkoll jekk, fil-kuntest ta' meta tiġi kkunsinnata, il-formalitajiet stabbiliti bil-liġi ma jiġux osservati.

FuqFuq

In-nullità trid tiġi rikonoxxuta mill-ġudikant u hija soġġetta għal perjodu ta' disponibbiltà.

Jekk l-irregolarità hija relatata ma' l-indikazzjoni ta' perjodu ta' difiża itwal minn dak previst mil-liġi, id-difiża trid issir f'dak il-perjodu indikat, kemm-il darba l-attur ma jkunx ħarrek lill-konvenut għal darba oħra f'termini regolari. F'każ ta' ksur tal-formalitajiet legali, it-talba għan-nullità tingħata biss jekk il-ksur imwettaq jista' jagħmel ħsara għad-difiża tad-destinatarju.

Id-dikjarazzjoni ta' nullità tapplika wkoll għall-atti anullati.

Jekk l-konvenut jew il-Prosekuzzjoni Pubblika jintervjenu fil-proċeduri mingħajr ma jissollevaw in-nuqqas ta' taħrika, in-nullità titqies li ġiet rettifikata.

Fir-rigward tan-notifiki, in-nuqqas ta' xi formalità legali trid tiġi invokata mill-parti li tista' tiġi preġudikata mid-difett.

L-evalwazzjoni tat-talba ta' nullità hija f'idejn il-ġudikant li jrid jirrikonoxxi l-eżistenza tagħha meta jkun hekk iddikjarat mil-liġi jew meta l-irregolarità jista' jkollha influwenza fuq l-eżami jew fuq is-sentenza.

8. Għandi nħallas għal taħrika jew notifika, u jekk iva, kemm?

M'hemmx ħlasijiet minn qabel speċifikament għal taħrika jew notifika.

L-ispejjez tat-trasport ta' l-uffiċjal tal-qorti inkarigat mill-kunsinna tat-taħrika jew notifika (b'kuntatt dirett), kif ukoll l-ispejjeż tal-bolol, telefonati, telegrammi jew mezzi elettroniċi huma inklużi fl-ispejjeż tal-proċeduri u għandhom jitħallsu mill-parti li titlef il-kawża.

In-notifiki ġudizzjarji sporadiċi (dawk li ma jidhrux waqt il-proċeduri) huma dejjem ikkunsinnati minn uffiċjal tal-qorti. L-ispejjez rispettivi jitħallsu mir-rikorrent u jinkludu l-ispejjeż tat-trasport ta' l-imsemmi uffiċjal tal-qorti.

Aktar tagħrif

Dawn in-noti ser ikomplu jiġu żviluppati u m'humiex maħsuba biex jagħtu informazzjoni li torbot iżda jiriflettu l-kontenut leġislattiv u l-lingwaġġ użat mil-leġislatur, billi jevitaw li jagħtu interpretazzjoni u jimmiraw li jippreżentaw tagħrif sempliċi u fil-qosor ta' l-aspetti speċifiċi tal-Liġi Portugiża.

Dan il-qari ma jeliminax l-bżonn li tfittex parir mingħand professjonist legali, meta dan ikun meħtieġ.

Tista' ssib tagħrif kumplimentari fl-indirizzi li ġejjin fuq l-Internet:

  • Supremo Tribunal de Justiça English - français - português;(Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja)
  • Ministério da Justiça English - português;(Ministeru tal-Ġustizzja)
  • Tribunal Constitucional português;(Qorti Kostituzzjonali)
  • Tribunal da Relação de Lisboa português;(Qorti ta' l-Appell ta' Lisbona)
  • Tribunal da Relação de Coimbra português;(Qorti ta' l-Appell ta' Coimbra)
  • Tribunal da Relação de Évora English - français - português;(Qorti ta' l-Appell ta' Évora)
  • Tribunal da Relação do Porto português;(Qorti ta' l-Appell ta' Porto)
  • Procuradoria Geral da República português;(Uffiċċu ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika)
  • Centro de Estudos Judiciários English - français - português;(entità responsabbli għat-taħriġ ta' l-Imħallfin Portugiżi)
  • Direcção Geral da Administração da Justiça português;(li tipprovdi fost oħrajn, il-kuntatti tal-Qrati u l-ġurisdizzjonijiet territorjali tagħhom u l-aċċess għall-website ta' l-Uffiċjali tal-Ġustizzja)
  • Gabinete de Política Legislativa e Planeamento do Ministério da Justiça English - português;(Uffiċċju tal-Politika Leġislattiva u l-Ippjanar fil-Ministeru tal-Ġustizzja)
  • Direcção Geral dos Registos e do Notariado português;(Direttorat Ġenerali tar-Reġistri u tan-Notarjat)
  • Instituto do Consumido português;(Istitut tal-Konsumaturi)
  • Associação Sindical dos Juizes Portugueses português;(Assoċjazzjoni ta' l-Imħallfin Portugiżi)
  • Sindicato dos Magistrados do Ministério Público português;(Sindikat tal-Maġistrati tal-Ministeru Pubbliku)
  • Ordem dos Advogados português;(Kamra ta' l-Avukati)
  • Base de legislação online português;(fih iċ-ċertifikati u l-atti ppubblikati fis Serje I ta' D.R. sa mill-01-01-1970; jippermetti aċċess liberu għal leġislazzjoni ppubblikata fis-Serje I sa mill-1/1/00);

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Portugall - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 25-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit