Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Polonja

L-aħħar aġġornament: 05-03-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Polonja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi?

Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”? 1.

2. Liema dokumenti jeħtieġu li jiġu nnotifikati b’mod formali? 2.
3. Min huwa responsabbli li jinnotifika dokument? 3.
4. Fil-prattika kif normalment jiġi nnotifikat id-dokument? 4.
5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lid-destinatarju stess ma tkunx possibbli (eż., minħabba li ma jkunx id-dar)? 5.
6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument ġie notifikat? 6.
7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna indirizzata ma tirċevix id-dokument jew in-notifika hija effettwata bi ksur tal-liġi (eż., id-dokument huwa notifikat lil terzi)?

In-notifika tad-dokument tista’ xorta tkun valida (eż, il-ksur tal-liġi jista’ jiġi rimedjat) jew għandu jsir sforz ġdid biex jiġi nnotifikat id-dokument? 7.

8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi?

Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”?

In-"notifika tad-dokumenti" tfisser għotja lil individwu definittiv ta' aċċess għall-korrispondenza maħsuba għalih skond il-liġi.

In-notifika tad-dokumenti hija importanti ħafna għall-proċeduri ċivili għaliex hija assoċjata ma' għadd ta' effetti legali speċifiċi. Il-konformità mal-prinċipju kostituzzjonali ta' trasparenza ta' l-aġġudikazzjoni, il-garanzija tad-drittijiet tal-partijiet u l-opportunitajiet li dawn jiġu difiżi, il-konformità mar-regoli dwar il-leġittimità tal-proċeduri, il-kalkolu korrett tat-termini u, għalhekk, il-validità tas-sentenza, huma kollha kontinġenti fuq in-notifika korretta tad-dokumenti.

Ir-regoli li jirregolaw in-notifika tad-dokumenti jorbtu; il-partijiet ma għandhom ebda diskrezzjoni f'dan ir-rigward. Ir-regoli huma stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili taħt l-Artikolu 131 - 147.

2. Liema dokumenti jeħtieġu li jiġu nnotifikati b’mod formali?

Fil-Polonja, id-dokumenti huma nnotifikati b’mod formali, jiġifieri n-notifika tad-dokumenti sseħħ fuq bażi ex officio. Dawn id-dokumenti li ġejjin huma nnotifikati: taħrikiet ġudizzjarji (innotifikati mill-qorti lill-partijiet u lil persuni oħrajn involuti fil-proċeduri quddiem il-qorti), inklużi t-tipi kollha ta’ notifiki, taħrikiet u ittri oħrajn li, fil-prattika, normalment għandhom formati standard u li magħhom hemm annessi kopji ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub (applikazzjonijiet u dikjarazzjonijiet mill-partijiet, ittri li jistitwixxu l-proċeduri u ittri oħrajn mibgħuta lill-qorti matul il-proċeduri) kif ukoll dokumenti oħrajn bħal opinjonijiet esperti u kopji ta’ sentenzi jew ordnijiet.

FuqFuq

3. Min huwa responsabbli li jinnotifika dokument?

Fil-kors tal-proċeduri, id-dokumenti huma nnotifikati mill-qorti. L-awtoritajiet li jinnotifikaw huma: l-uffiċċju tal-posta, il-marixxall tal-qorti, il-messaġġieri u l-aġenzija tas-servizz tal-qorti. Bħala regola, id-dokumenti huma nnotifikati bil-posta. Fejn hemm problemi partikolari bin-notifika ta’ dokument bil-posta, il-qorti tista’ toħroġ ordni biex tkun possibbli n-notifika mill-messaġġiera. Matul il-proċeduri ta’ l-infurzar, id-dokumenti huma nnotifikati minn marixxall tal-qorti. Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jistabbilixxi aġenzija tas-servizz tal-qorti u jiddetermina l-arranġamenti organizzazzjonali kif ukoll proċeduri dettaljati għan-notifika tad-dokumenti.

L-avukati u l-konsultenti legali huma eżenti mill-prinċipju tal-formalità u jistgħu jinnotifikaw dokumenti lil xulxin personalment bi rċevuta datata. Id-dokumenti jistgħu wkoll jiġu nnotifikati personalment fis-segretarjat tal-qorti lil persuni li ppruvaw l-identità tagħhom u kkonfermaw l-irċevuta.

Ukoll, taħt dispożizzjonijiet speċjali, l-imħallef presjedenti jista’ joħroġ ordni fis-sens li t-taħrikiet ġudizzjarji għandhom jiġu nnotifikati personalment lil istituzzjonijiet lokali u avukati u li l-ittri ppreżentati lill-qrati minn istituzzjonijiet lokali għandhom jiġu aċċettati personalment. L-ittri u l-konsenji mibgħuta lil istituzzjonijiet li jinsabu fl-istess bini bħall-qorti huma trażmessi personalment b’konferma ta’ l-irċevuta mingħajr ma jiġi involut is-servizz postali tal-qorti. Jekk dokument preparatorju jkun ġie ppreżentant tant tard li huwa impossibbli li tiġi notifikata kopja tiegħu għas-seduta tal-qorti, jista’ jiġi nnotifikat matul is-seduta stess.

FuqFuq

4. Fil-prattika kif normalment jiġi nnotifikat id-dokument?

It-taħrikiet ġudizzjarji huma nnotifikati b’konsenja rreġistrata bil-konferma ta’ l-irċevuta.

Fil-każijiet li jinvolvu l-liġi dwar l-impjiegi jew l-assikurazzjoni soċjali, qorti tista’ ssejjaħ lil partijiet, xhieda, esperti jew persuni oħrajn bi kwalunkwe mezz meqjus xieraq jekk dan huwa meħtieġ sabiex titħaffef il-kwistjoni.

Fil-każijiet li jinvolvu l-liġi kummerċjali, il-parti rrappreżentata minn avukat jew konsulent legali hija obbligata li tinnotifika l-kopji ta’ dikjarazzjonijiet tal-każ u annessi personalment lill-parti l-oħra matul il-proċedcuri. Madankollu, dan ma jikkonċernax dokumenti fejn il-konformità mat-terminu hija kontinġenti fuq id-data meta ġew ippreżentati fil-qorti (jiġifieri kontrotalbiet, appelli, appelli fil-kassazzjoni, ilmenti, oġġezzjonijiet għal sentenza f’kontumaċja, oġġezzjonijiet għal ordni ta’ ħlas, applikazzjonijiet għal ordni ta’ ħlas, applikazzjonijiet għal garanzija għal talbiet, petizzjonijiet għar-riappuntament tal-proċeduri).

Fejn id-destinatarju huwa persuna naturali, id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati lilha personalment, jiġifieri mogħtija lilha jew, fejn m’għandhiex kapaċità legali, lir-rappreżentant legali tagħha.

L-ittri għal persuna legali jew organizzazzjoni mingħajr personalità legali huma nnotifikati fuq il-korp awtorizzat li jirrappreżentahom fil-qorti jew mogħtija lil impjegat awtorizzat li jirċievi l-ittri mill-kap ta’ l-organizzazzjoni.

Fejn ġie maħtur rappreżentant legali jew persuna ġiet awtorizzata taċċetta taħrikiet ġudizzjarji, id-dokumenti huma notifikati lilhom.

FuqFuq

Ladarba jinħatar rappreżentant legali, id-dokumenti ma jistgħux jiġu nnotifikati fuq il-parti stess sakemm ma tkunx illimitat il-prokura jew awtorizzat lil individwu ieħor li jirċievi d-dokumenti. It-termini huma kkalkolati sa mill-mument meta t-taħrika hija nnotifikata lir-rappreżentant legali, ukoll jekk il-qorti tkun ukoll innotifikat lill-parti in kwistjoni.

Il-persuna li hija awtorizzata li taċċetta taħrikiet ġudizzjarji għandha tkun responsabbli li tirċievi l-korrispondenza ta’ dan it-tip minn min qed jinnotifika d-dokument jew personalment fl-uffiċċju postali jew fil-qorti.

Id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati lil persuni naturali li jaħdmu f’attivitajiet ta’ negozju skond ir-regoli applikabbli għall-persuni naturali. Id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati lil negozji u lil sħab fin-negozju rreġistrati fl-atti tal-qorti taħt dispożizzjonijiet separati fl-indirizz indikat fl-att, kemm-il darba parti ma tkunx indikat li d-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati f’indirizz ieħor.

Id-dokumenti jistgħu wkoll jiġu nnotifikati personalment fuq kuratur ad litem maħtur mill-qorti li tiddeċiedi dwar applikazzjoni sottomessa mill-persuna kkonċernata. Dan iseħħ meta dikjarazzjoni ta’ talbiet jew dokument ieħor li jimplika d-difiża tad-drittijiet ta’ parti hija nnotifikata lil parti li l-post ta’ residenza permanenti jew temporanja tagħha mhuwiex magħruf. L-organizzazzjonijiet li m’għandhomx korpijiet rappreżentattivi, jew fejn il-post tar-residenza tal-membri ta’ dawk il-korpijiet mhuwiex magħruf, jista’ wkoll jaħtar gwardjan.

Jekk ir-residenza ta’ parti hijiex magħrufa u l-ittra li trid tiġi nnotifikata ma timplikax id-difiża tad-drittijiet, il-wirja tagħha fuq il-ħitan tal-qrati huwa biżżejjed biex jikkostitwixxi notifika.

FuqFuq

Jekk il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom jonqsu li jagħtu notifika ta’ tibdil ta’ indirizz, id-dokument jitħalla fil-fajl tal-kawża u jitqies li ġie notifikat (ħlief fil-każ ta’ petitzzjonijiet għar-riappuntament tal-proċeduri), kemm-il darba l-indirizz il-ġdid ma jkunx magħruf lill-qorti. Meta dokument jiġi notifikat l-ewwel darba, il-qorti tgħarraf lill-parti dwar l-obbligu tagħha li tipprovdi notifika dwar kwalunkwe tibdil fl-indirizz u tal-konsegwenzi jekk tonqos milli tagħmel dan.

Id-dokumenti intiżi għal persuni li jirrisjedu barra mill-pajjiż għandhom jiġu nnotifikati lir-rappreżentant legali tagħhom jew lill-prokuratur għan-notifika tad-dokumenti li huwa residenti fil-Polonja; jekk l-ismijiet ta’ dawk il-persuni mhumiex indikati, id-dokumenti għandhom jitħallew fl-indirizz tal-parti indikat fid-dikjarazzjoni tat-talbiet.

Id-dokumenti huma nnotifikati lill-ħabsin permezz tal-gvernatur tal-ħabs rilevanti jew il-kap ta’ l-unità tal-kustodja.

5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lid-destinatarju stess ma tkunx possibbli (eż., minħabba li ma jkunx id-dar)?

In-notifika tista’ ssir id-dar, fil-post tax-xogħol jew fi kwalunkwe post fejn huwa preżenti d-destinatarju. Il-post tan-notifika huwa deċiż mill-partijiet skond ir-rekwiżit li l-qorti tiġi nnotifikata bl-indirizz tagħhom u bi kwalunkwe tibdil fl-indirizz. L-oneru mhuwiex fuq min qed jinnotifika li jistaqsi dwar indirizz ġdid tad-destinatarju. Taħt dispożizzjonijiet speċjali, il-qorti twettaq investigazzjoni biex tistabbilixxi l-indirizz tal-parti biss fil-każijiet li jinvolvu l-liġi dwar il-familja jew it-tutela; tista’ tinbeda investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-indirizz tal-konvenut f’każijiet li jinvolvu t-talbiet ta’ l-impjegati. F’każijiet eċċezzjonali, fejn huwa diffiċli li ssir notifika ta’ dokument fid-dar tad-destinatarju, il-qorti tista’ toħroġ ordni li jiġi nnotifikat fil-post tax-xogħol tagħhom. Madankollu, jekk il-parti ma tkunx indikat indirizz għan-notifika ħlief l-indirizz tad-dar, il-qorti mhijiex obbligata li tfittex fil-fajl tal-kawża għall-indirizz tal-post tax-xogħol.

FuqFuq

In-notifika sostitwita, jiġifieri fuq parti li mhijiex il-parti indirizzata, issir fuq il-persuni naturali biss b’mod li huwa stabbilit b’mod ċar fil-liġi. F’dawn il-każijiet, l-ittra titqies li ngħatat lid-destinatarju.

Jekk id-destinatarju mhuwiex id-dar, dak li qed jinnotifika jagħti l-ittra lil residenti adult fl-istess dar, jew jekk l-ebda persuna ma hija preżenti, iħalliha ma’ l-assoċjazzjoni tar-residenti, mal-kuratur jew mal-korp muniċipali, sa fejn dawn il-persuni mhumiex partijiet opposti għall-każ u qablu li jittrażmettu l-ittra lid-destinatarju. Jekk huwa impossibbli li l-ittra tiġi nnotifikata b’dan il-mod jew jekk id-destinatarju jew persuna residenti fl-istess dar tirrifjuta li taċċettaha, titħalla fl-uffiċċju postali jew fuq il-post ta’ korp muniċipali u avviż f’dan is-sens jitwaħħal fuq il-bieb tar-residenza tad-destinatarju jew titqiegħed fil-kaxxa postali. L-ittri jinżammu għal sebat ijiem li jibdew mill-jum wara li jiġu kkonsenjati. Jekk l-ittra ma tinġabarx f’dan it-terminu, tintbagħat lura lill-qorti. Id-data tal-konsenja titqies li hija d-data meta d-destinatarju jaċċetta l-ittra jew li fiha t-terminu għall-aċċettanza jiskadi.

Jgħoddu arranġamenti simili fejn id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta ittra u huwa impossibbli li titħalla fil-post tan-notifika.

Dawn l-arranġamenti jgħoddu għall-persuni naturali u legali, organizzazzjonijiet u korpijiet tat-Teżor ta’ l-Istat. Ma jgħoddux jekk l-amministrazzjoni, il-kuratur jew il-korp muniċipali jirrifjutaw li jaċċettaw l-ittra.

Jekk huwa impossibbli li ittra tiġi notifikata lil persuni legali minħabba li tibdil ta’ indirizz ma ġiex notifikat, l-ittra titħalla fil-fajl tal-każ u titqies li ġiet ikkonsenjata.

FuqFuq

Jekk huwa impossibbli li ittra tiġi notifikata lil persuni legali jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-rekwiżit tar-reġistrazzjoni minħabba li tibdil ta’ indirizz ma ġiex irrekordjat, titħalla fil-fajl tal-każ u titqies li ġiet ikkonsenjata kemm-il darba l-qorti ma tkunx taf l-indirizz il-ġdid.

6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument ġie notifikat?

Konferma ta’ rċevuta, normalment fil-formola mehmuża mal-konsenja, tipprova li dokument ġie nnotifikat u d-data tan-notifika. Il-formola tgħid li fil-jum in kwistjoni d-destinatarju aċċetta l-ittra msemmija hawn fuq fl-indirizz indikat hawn fuq. Ir-reċipjenti jikkonfermaw li d-dokument ġie nnotifikat u d-data tan-notifika bil-firma bil-miktub. Jekk ma jistgħux hew ma jridux jagħmlu dan, dak li qed jinnotifika jimla d-data tal-konsenja u jiffirma minflokhom, u jindika għaliex id-destinatarju irrifjuta li jagħmel dan. Wara li tkun saret in-notifika, l-uffiċċju postali jittimbra l-ewwel post tal-konferma ta’ l-irċevuta bid-data, u dan it-timbru jikkonferma d-data fi kwalunkwe każ li jqumu dubji.

Konferma ta’ rċevuta provduta mill-uffiċċju postali hija dokument uffiċjali li jipprova li dokument ġie nnotifikat u d-data tan-notifika. Il-persuni li jallegaw li d-dokument ġie nnotifikat f’data differenti għandhom jipprovdu evidenza.

7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna indirizzata ma tirċevix id-dokument jew in-notifika hija effettwata bi ksur tal-liġi (eż., id-dokument huwa notifikat lil terzi)?

In-notifika tad-dokument tista’ xorta tkun valida (eż, il-ksur tal-liġi jista’ jiġi rimedjat) jew għandu jsir sforz ġdid biex jiġi nnotifikat id-dokument?

Jekk min qed jinnotifika jikser ir-regoli dwar in-notifika, il-konsenja in kwistjoni titqies nulla u mingħajr effett u l-proċeduri jistgħu jiġu dikjarati invalidi.

Fejn dokument mhuwiex notifikat lill-persuna ġusta, isir validu fir-rigward tal-persuna indirizzata malli jaċċettaha.

Il-partijiet ma jistgħux jilmentaw dwar deċiżjonijiet tal-qorti fuq in-notifika tad-dokumenti. Iżda meta jitressaq appell, appell fil-kassazzjoni jew ilment dwar kwistjonijiet oħrajn, il-parti għal proċeduri legali tista’ teċċepixxili n-notifika ma saritx jew li ma saritx sew. Il-kawżi ta’ l-invalidità meqjusa inammissibbli mill-qorti fuq bażi ex officio jinkludu li l-partijiet ġew imċaħħda minn opportunità li d-drittijiet tagħhom jiġu difiżi, li jista’ jirriżulta minn nuqqas ta’ notifika ta’ taħrika fu parteċipant fil-proċeduri legali.

8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm?

Mhux direttament.

L-ispejjeż tan-notifika tad-dokumenti mill-qorti huma koperti mit-tariffi tal-qorti (reġistru) imħallsa minn parti, li huma mħallsa skond ir-regoli fis-seħħ meta ssir deċiżjoni dwar il-mertu tal-kawża.

Aktar tagħrif

Il-Ministeru tal-Ġustizzja Pollakk

http://www.ms.gov.pl polski

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-03-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit