Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
In-notifika tad-dokumenti hija azzjoni proċedurali eżekwita u kkonfermata bil-mod u l-forma stabbiliti bil-liġi, fejn il-qorti toffri lid-destinatarju li jsir jaf il-kontenut tad-dokument innotifikat.
Jeżistu regoli speċifiċi dwar in-notifika tad-dokumenti biex jiġi żgurat li persuna tirċievi d-dokument u t-tagħrif, u jiġi ggarantit li d-dritt li persuna tiddefendi l-interess tagħha fil-proċess.
Skond l-Artikolu 117 (1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (approvat bl-Att Nru IX-743, 28 ta’ Frar 2002 (Gazzetta Uff., Nru 36-1340, 2002,) id-dokumenti tal-qorti jridu jiġu nnotifikati. Hemm żewġ kategoriji tad-dokumenti tal-qorti:
Ġeneralment, il-qorti hija responsabbli għan-notifika tad-dokumenti. Imma meta d-dokumenti jiġu nnotifikati bil-posta rreġistrata, permezz tal-marixxalli, kurjers, parti fil-kawżi, avukat u eċċ. – persuna, min qed jeżekwixxi n-notifika ikun responsabbli wkoll.
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-metodi li ġejjin għan-notifika tad-dokumenti tal-qorti:
Jekk parti fil-kawża tkun persuna naturali, id-dokumenti tal-qorti għandhom jiġu kkonsenjati lilha personalment jew lir-rappreżentant tagħha jekk din ma tkunx kompetenti ċivilment skond il-liġi, filwaqt li d-dokumenti tal-qorti indirizzati lil persuna legali għandhom jiġu kkonsenjati lill-kap ta’ din il-persuna legali, l-entitatjiet tat-tmexxija tagħha, jew impjegat ta’ l-uffiċċju segretarjali tagħha (L-Artikolu 123 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Dokumenti tal-Qorti indirizzati lil organizzazzjonijiet paramilitari għandhom jiġu kkonsenjati lilll-kmandant jew l-uffiċjal ta’ l-għassa ta’ l-organizzazzjoni xierqa jew l-unità tagħha (L-Artikolu 125 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), u dawk indirizzati lil persuni li jkun qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija – permezz ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-istituzzjoni xierqa ta’ kustodja (L-Artikolu 126 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk il-persuna inkarigata biex twassal id-dokument ma ssibx lid-destinatarju fil-post fejn jgħix jew jaħdem, id-dokument għandu jiġi kkonsenjat lil xi membru ieħor adult tal-familja li jgħix miegħu ħlief f’każijiet fejn il-membri tal-familja ikollhom interess legali kontra xulxin fl-aħħar tal-każ u jekk ma jkun hemm l-ebda membru ieħor adult tal-familja li jgħix miegħu, lill-amministrazzjoni tad-dar (assoċjazzjoni tas-sidien), organizzazzjoni għall-manutenzjoni ta’ l-appartament, persuna anzjana tax-xaqliba, jew lill-amministrazzjoni tal-post tax-xogħol tad-destinatarju ( L-Artikolu 123 (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk il-persuna inkarigata biex twassal id-dokument ma ssibx lid-destinatarju fil-post ta’ l-uffiċċju rreġistrat tal-persuna legali jew post ieħor indikat mill-persuna legali, id-dokument tal-qorti għandu jiġi kkonsenjat lil kwalunkwa impjegat tal-persuna legali li jkun fil-post tal-konsenja, jew jekk ma jkunx jista’ jsir dan, id-dokumenti tal-qorti għandhom jiġu nnotifikati lill-kap ta’ l-amministrazzjoni li jidher fuq ir-reġistru tal-persuni legali jew lill-membri ta’ l-entità tat-tmexxija, bħala persuni naturali, jew lil-membri adulti tal-familji tagħhom (L-Artikolu 126 (4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk trid tiġi kkonsenjata kopja tat-talba jew dokumenti oħra tal-qorti, li joħolqu l-ħtieġa ta’ difiża tad-drittijiet tal-parti, u ma jkunux mgħrufa la l-post fejn tgħix u lanqas dawk fejn taħdem din ill-parti u li m’għandhiex entità tirrapreżentaha, id-dokumenti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu nnotifikati, sakemm jiġi skopert il-post fejn tgħix jew il-post fejn taħdem din il-persuna jew jidħol rappreżentant tagħha fil-proċedura, lil kuratur, li għandu jinħatar mill-qorti odjerna fuq talba tal-parti interessata (L-Artikolu 129 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jekk il-post fejn jgħix u dak fejn jaħdem id-destinatarju ma jkunux magħrufa u jekk ikun impossibbli li jinħatar kuratur jew meta jkun hemm aktar minn 10 kopartijiet fil-kawża u ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li d-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati bil-proċedura msemmija aktar ’il fuq fil-każ ta’ kompliċità proċedurali, jew jekk ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li d-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati lil persuna legali bil-proċedura msemmija aktar ’il fuq, il-qorti tista’ tikkonsenja d-dokumenti tagħha b’avviż pubbliku fl-istampa. B’dan il-mod, kopja tat-talba tista’ tiġi nnotifikata lill-parti konvenuta u t-taħrikiet u l-avviżi jew dokumenti oħra tal-qorti jistgħu jiġu nnotifikati lill-partijiet fil-kawża (L-Artikolu 130 (1,2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
F’każijiet eċċezzjonali, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi tal-każ, jekk ma jkunx magħruf fejn tinsab il-parti konvenuta, il-qorti tista’ tippubblika tiftixa għall-parti konvenuta permezz tal-pulizija jekk il-parti attriċi tipprova li din tkun ħadet kull miżura biex tistabbilixxi l-post fejn tgħix il-persuna konvenuta (L-Artikolu 132 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Għandhom jiġu ppreżentati taħrika u kopja tat-talba (rikors, appell, tweġiba għal talba ppreżentata, jew duplicatio) lid-destinatarju u għandha tittieħed firma ta’ konferma tal-konsenja. Meta l-posta, il-kurjer tal-qorti, il-marixxall, jew parti fil-kawża tinnotifika taħrika jew kopja ta’ talba, id-destinatarju għandu jiffirma riċevuta tal-formola stabbilita mill-Ministru tal-Ġustizzja, u d-destinatarju għandu jżomm parti minn din il-formola filwaqt li n-nofs l-ieħor iffirmat u bid-data tan-notifika indikata għandu jintbagħat lura l-qorti. Meta taħrika jew kopja tat-talba ma jiġux innotifikati lid-destinatarju nnifsu, il-persuna li taċċettaha għandha tniżżel isimha sħiħ fuq ir-riċevuta kif ukoll ir-relazzjoni tiegħu mad-destinatarju jew il-pożizzjoni tiegħu f’xogħlu f’dak iż-żmien. Jekk it-taħrika jew kopja tat-talba jiġu nnotifikati permezz ta’ terminal tat-telekommunikazzjoni, in-notifika għandha tiġi kkonfermata bil-proċedura stabbilita bil-liġijiet jew atti oħra legali. Id-dokumenti tal-qorti jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta’ terminal tat-telekomunikazzjoni bil-kunsens ta’ parti fil-kawża.
Meta persuna tirrifjuta d-dokumenti tal-qorti jew tirrifjuta li tiffirma r-riċevuta tal-konsenja, dan għandu jitqies bħallikieku n-notifika saret kif għandu jkun għajr f’każijiet fejn dawn ikunu ġew innotifikati minn parti fil-kawża. Il-persuna inkarigata biex tinnotifikahom għandha tniżżel nota dwar ir-rifjut tat-taħrika jew tal-kopja tat-talba u r-raġuni għar-rifjut. Meta d-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati permezz ta’ terminal tat-telekomunikazzjoni, għandu jitqies li l-persuna irrifjutat id-dokumenti tal-qorti jekk fi żmien tlett ijiem min-notifika jibqa’ ma jiffirmax ir-riċevuta tal-formola stabbilita b’firma elettronika jew jibqa’ ma jikkonfermax taħt forma oħra li ġie nnotifikat bid-dokumenti.
L-avviżi u d-dokumenti l-oħra tal-qorti għandhom jiġu nnotifikati lid-destinatarju bil-mezzi u l-proċedura stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili bla ma trid tintbagħat riċevuta l-qorti. Il-ħaddiema tal-posta, marixxalli, jew kurjers għandhom iniżżlu nota tal-konsenja ta’ l-avviż jew dokument ieħor tal-qorti lid-destinatarju f’kotba xierqa, fejn jindikaw id-destinatarju, id-data tal-konsenja tad-dokument tal-qorti, il-persuna li aċċettat id-dokument tal-qorti u r-relazzjoni tiegħu mad-destinatarju jew il-pożizzjoni tiegħu f’xogħlu dak iż-żmien, jekk ma tkunx ikkonsenjata lid-destinatarju nnifsu.
Meta n-notifika tad-dokumenti issir bi ksur tal-liġi, din ma tkunx korretta u din jitqies li d-dokumenti ma ġewx innotifikati. Il-parti fil-kawża, li ma kienetx innotifikata bil-ħin u l-post tas-smigħ, tista’ sejjes l-appell tagħha biex id-deċiżjoni titreġġa’ lura fuq dawn iċ-ċirkustanzi u dan il-każ għandu jingħata għarfien bħala bażi assoluta għall-invalidità tad-deċiżjoni (L-Artikolu 329(3) il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ).
Skond id-diżpożizzjonijiet tal-Proċedura tal-Ħlas u l-Ammonti ta’ l-Ispejjeż marbuta man-Notifika tad-Dokumenti tal-Qorti f’Każijiet Ċivili in Civil Case (approvati bl-Ordni Nru 343/388 tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja tas-06/12/2002), meta d-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati bil-posta rreġġistrata, permezz ta’ marixxall jew kurjer, l-ispejjeż jiġu koperti mill-fondi tal-qort, għajr f’każ fejn parti fil-każ tkun qed titlob metodu partikulari ta’ notifika tad-dokumenti. Għalhekk l-ispejjeż ta’ din il-proċedura jridu jiġu koperti minn din il-parti f’dan il-każ u jekk id-dokumenti tal-qorti ġew innotifikati minnha jew b’avviż pubbliku fl-istampa. Meta d-dokumenti tal-qorti jkunu ġew innotifikati permezz tar-tappreżentant legali, l-ispejjeż jiġu koperti kif jiftiehmu r-rappreżentant legali u l-klijent tiegħu.
Il-persuni li jipprovdu notifiki bil-posta, bil-kurjer u fl-istampa jistabbilixxu t-tariffi tagħhom ta’ l-ispejjeż. L-ispejjeż ta’ messaġġier tal-qorti għan-notifika tad-dokumenti permezz ta’ marixxall huma stipulati fil-Para Nru 2 14 tat-tabella fl-Istruzzjoni għall-Eżekuzzjoni tad-Deċiżjonijiet (approvata bl-Ordni Nru 432 tal-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja tal-31/12/2002) u jammontaw għal 30 Lt.
L-ispejjeż marbuta man-Notifika tad-Dokumenti huma inklużi fl-ispejjeż marbuta mas-smigħ tal-każ. Dawn l-ispejjeż, li tagħmel il-parti, li tikseb deċiżjoni favorevoli, għandhom jinqatgħu mill-qorti kontra l-kontroparti anki jekk din ta’ l-aħħar tinħeles mill-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-litigazzjoni u dawn jitħallsu mill-fondi ta’ l-istat.
« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 27-09-2006

