Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Latvja

L-aħħar aġġornament: 15-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser it-terminu “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-notifika tad-dokumenti? 1.
2. Liema dokumenti jinħtieġ li jiġu notifikati b’mod formali? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Dokument kif jiġi nnotifikat normalment fil-prattika? 4.
5. X’jiġri meta n-notifika personalment lid-destinatarju ma tkunx possibbli (eż. minħabba li ma jkunx id-dar)? 5.
6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument ikun ġie notifikat? 6.
7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u d-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew jekk in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (eż. id-dokument jiġi nnotifikat lil persuna terza)? Jista’ t-twassil ta’ dokument jitqies li seħħ u li huwa validu (pereżempju, huwa possibbli li jiġi evitat il-ksur ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi), jew id-dokumenti jkollhom jerġgħu jinħarġu? 7.
8. Għandi nħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi jfisser it-terminu “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-notifika tad-dokumenti?

In-notifika tad-dokumenti tirreferi għall-mod kif destinatarju jiġi infurmat dwar dokument bil-miktub jew proċedura skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi lid-destinatarju l-opportunità li jsir jaf bid-dokument fil-ħin.

Jeżistu regoli speċifiċi dwar in-notifika ta’ ċerti dokumenti bil-miktub biex jiġu żgurati d-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti f’kawża u dritt indaqs li jieħdu vantaġġ mid-drittijiet tagħhom. Pereżempju, l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, inkluż id-dritt tagħhom li jirċievu kopji ta’ sentenzi, deċiżjonijiet u dokumenti oħra relatati mal-każ.

2. Liema dokumenti jinħtieġ li jiġu notifikati b’mod formali?

Persuna naturali jew legali li tkun qiegħda tiddefendi d-drittijiet miksura jew ikkontestati tagħha tressaq it-talba permezz ta' rikors bil-miktub fejn il-persuna tinnotifika lill-qorti bit-talba tagħha. Dan isir f'forma ta' rikors sottomess lill-uffiċċju ta' l-iskrivan tal-qorti jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

L-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jimponi wkoll obbligu fuq il-qrati li jipprovdu għan-notifika tad-dokumenti lill-parteċipanti tal-kawża bil-mezzi li ġejjin:

  1. tinnotifika taħrika tal-qorti lill-partijiet;
  2. tibgħat kopji ta' rikorsi għat-talba u tad-dokumenti annessi lill-partijiet opposti f'kawża, u wara li tiġi rċevuta r-risposta ta' l-intimat tibgħat kopji ta' din ir-risposta lir-rikorrent u lill-partijiet terzi;
  3. tissottometti jew tibgħat kopji ta' deċiżjonijiet tal-qorti lill-partijiet fil-kawża;
  4. toħroġ ordnijiet ta' infurzar u tibgħat ordnijiet ta' infurzar lill-marixxalli fejn l-assi li għandhom jiġu rkuprati għandhom jitħallsu fil-baġit ta' l-Istat.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

B’mod ġenerali d-dokumenti huma nnotifikati mill-qrati. Madankollu, f’kawżi individwali speċifikati taħt il-leġiżlazzjoni u bl-approvazzjoni ta’ l-imħallef taħrika tal-qorti tista’ tiġi rċevuta minn parti fil-kawża sabiex tiġi trażmessa lil persuna oħra li tiġi mistiedna jew imħarrka biex tipparteċipa fil-kawża. F'każijiet bħal dawn, il-persuna li tiġi mistiedna jew imħarrka għandha tipprovdi firma biex tiċċertifika li tkun irċeviet it-taħrika u l-parti ffirmata tat-taħrika għandha tiġi rritornata lill-qorti.

FuqFuq

Fejn il-persuna li tinnotifika t-taħrika ssib li d-destinatarju ma jkunx preżenti fl-indirizz tad-dar tiegħu t-taħrika tingħata lil membru adult ieħor tal-familja li jgħix fl-istess dar. Fejn il-persuna li tinnotifika t-taħrika ssib li d-destinatarju ma jkunx preżenti fil-post tax-xogħol tiegħu t-taħrika tingħata lil amministratur fuq il-post tax-xogħol għat-trażmissjoni lid-destinatarju. Fil-każijiet ta' hawn fuq, il-persuna li tirċievi t-taħrika għandha tipprovdi l-isem u l-kunjom tagħha u r-relazzjoni tagħha mad-destinatarju jew il-kariga li tokkupa fuq il-post tax-xogħol fuq il-parti tat-taħrika li hija intenzjonata għall-firma tar-riċevitur u għandha tgħaddi t-taħrika lid-destinatarju ma’ l-ewwel opportunità.

Fejn taħrika tkun intbagħtet skond il-proċeduri jitqies li l-persuna li tkun qiegħda tiġi mistiedna jew imħarrka tkun ġiet notifikata dwar il-ħin u l-post tas-smigħ, barra fejn id-destinatarju ma jkunx preżenti fl-indirizz tad-dar tiegħu u ma jkunx magħruf il-post fejn jinsab. F'każ bħal dan, il-persuna li tkun qiegħda twassal it-taħrika tirreġistra ċ-ċirkostanzi fuq il-parti tat-taħrika intenzjonata għall-firma tar-riċevitur, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tiddeskrivi fejn mar id-destinatarju u meta huwa jew hija mistenni/mistennija li jirritorna/tirritorna jekk ikun possibbli li tiġi aċċertata din l-informazzjoni (l-Artikolu 56 ta’ l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili).

4. Dokument kif jiġi nnotifikat normalment fil-prattika?

Il-mezz l-aktar komuni ta' notifika ta' dokument huwa bil-posta jew direttament lill-persuna li tkun qiegħda tipparteċipa fil-kawża (fil-każ ta' deċiżjonijiet tal-qorti, taħrikiet, dokumenti oħra tal-qorti) fejn id-destinatarju jiffirma formola ta' notifikazzjoni tal-każ biex jiċċertifika li rċieva d-dokument. Il-leġiżlazzjoni tal-Latvja tipprovdi wkoll għall-possibbiltà ta' twassil tat-taħrika permezz ta' telegramma, messaġġ bit-telefown, faks jew bil-kurjer.

FuqFuq

5. X’jiġri meta n-notifika personalment lid-destinatarju ma tkunx possibbli (eż. minħabba li ma jkunx id-dar)?

Fejn il-persuna li tkun qiegħda tinnotifika t-taħrika ssib li d-destinatarju ma jkunx preżenti fl-indirizz tad-dar tiegħu, it-taħrika tingħata lil membru adult ieħor tal-familja li jgħix fl-istess dar. Fejn il-persuna li tkun qiegħda tinnotifika t-taħrika ssib li d-destinatarju ma jkunx preżenti fuq il-post tax-xogħol tiegħu, it-taħrika tingħata lil amministratur fuq il-post tax-xogħol għat-trażmissjoni lid-destinatarju. Fil-każijiet ta' hawn fuq, il-persuna li tirċievi t-taħrika għandha tipprovdi l-isem u l-kunjom tagħha u r-relazzjoni tagħha mad-destinatarju jew il-kariga tagħha fuq il-post tax-xogħol fuq il-parti tat-taħrika li hija intenzjonata għall-firma tar-riċevitur u għandha tgħaddi t-taħrika lid-destinatarju ma’ l-ewwel opportunità.

6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument ikun ġie notifikat?

Fejn titwassal permezz tal-kurjer jew minn parteċipant ieħor fil-kawża, it-taħrika għandha tiġi mwassla personalment u għandha tiġi pprovduta firma mill-persuna li tkun qiegħda tiġi mistiedna jew imħarrka biex tiċċertifika li tkun irċeviet it-taħrika. Il-parti ffirmata tat-taħrika għandha tiġi rritornata lill-qorti.

Fejn taħrika tkun qiegħda tiġi nnotifikata taħt iċ-ċirkostanzi msemmija fil-mistoqsija 5, ir-riċevitur għandu jipprovdi l-isem u l-kunjom tiegħu u r-relazzjoni tiegħu mad-destinatarju jew il-kariga tiegħu fuq il-post tax-xogħol fuq il-parti tat-taħrika intenzjonata għall-firma tar-riċevitur u għandu jgħaddi t-taħrika lid-destinatarju ma' l-ewwel opportunità.

FuqFuq

Dawn l-elementi li ġejjin huma meqjusa bħala prova tat-twassil/riċevuta tad-dokument:

  1. prova ta' l-impustar jew tat-trażmissjoni (għall-persuni naturali u legali);
  2. konferma mid-destinatarju li d-dokumenti tal-qorti ġew irċevuti;
  3. il-firma tad-destinatarju u d-data fuq ċertifikat ta' rċevuta postali;
  4. il-firma tad-destinatarju fuq formola ta' notifikazzjoni tal-każ, formola speċjali jew fuq reġistru tal-proċeduri.

7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u d-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew jekk in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (eż. id-dokument jiġi nnotifikat lil persuna terza)? Jista’ t-twassil ta’ dokument jitqies li seħħ u li huwa validu (pereżempju, huwa possibbli li jiġi evitat il-ksur ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi), jew id-dokumenti jkollhom jerġgħu jinħarġu?

Fejn persuna legali ma tkunx irċeviet dokument imma hemm prova li d-dokument ikun intbagħat fl-indirizz irreġistrat tal-persuna, id-dokument jitqies bħala nnotifikat.

Taħrika tal-qorti indirizzata lil persuna naturali titqies bħala nnotifikata jekk tkun imwassla lil kwalunkwe membru tal-familja adult li jgħix fl-istess dar bħad-destinatarju. Fejn il-post ta' residenza attwali tal-persuna naturali ma jkunx magħruf jew il-persuna tkun assenti mill-post ta' residenza tagħha, il-persuna titqies li tkun ġiet innotifikata meta t-taħrika biex tidher fil-qorti tkun ġiet ippubblikata fil-ġurnal uffiċjali Latvijas Vēstnesis mill-inqas xahar qabel ma jseħħ is-smigħ. L-assenza ta' intimat mill-post ta' residenza tiegħu jew il-fatt li l-post ta' residenza ma jkunx magħruf jistgħu jiġu aċċettati mill-awtoritajiet postali jew minn marixxall bil-ġurament.

FuqFuq

Madankollu, jekk parti f'kawża ma tkunx ġiet innotifikata bil-ħin u l-post tal-proċeduri tal-qorti, is-smigħ għandu jiġi pospost.

Fejn qorti ta' l-ewwel istanza tkun naqset milli tosserva d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi relatati man-notifikazzjoni tal-ħin u l-post ta' smigħ tal-qorti u pproċediet biex tisma' l-kawża, is-sentenza tal-qorti tiġi annullata u l-każ jerġa' jiġi sottomess għal smigħ ġdid.

(Ara l-mistoqsija 5)

8. Għandi nħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm?

L-Artikolu 40 ta’ l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili jistabbilixxi li l-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-kawża għandhom jitħallsu qabel is-smigħ mill-parti li tissottometti t-talba sakemm ma tapplikax eżenzjoni mill-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-qorti lill-Istat. Il-ħlasijiet jirrapreżentaw l-ispejjeż attwali.

Fejn id-dokumenti jkunu ġew innotifikati minn nutar jew marixxall tal-qorti bil-ġurament, ir-remunerazzjoni tiġi kkalkulata skond ir-rati applikabbli mitluba min-nutar jew mill-marixxall għall-eżekuzzjoni tal-kompiti proċedurali.

It-tariffi ma japplikawx għall-ewwel ħruġ ta’ estratt ta’ deċiżjoni tal-qorti. Il-parteċipanti f’kawża huma soġġetti għal tariffa amministrattiva ta’ LVL 2 biss fejn estratt jiġi mitlub għat-tieni darba jew aktar; fejn il-persuna li tkun qiegħda tinforza sentenza tinstab li tilfet, iddistruġġiet jew serqet ordni ta’ infurzar, il-ħruġ ta’ duplikat huwa soġġett għal tariffa ta’ LVL 5; il-ħruġ ta’ dokument li jiċċertifika d-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni tal-qorti fejn din id-deċiżjoni tkun se tiġi sottomessa lil awtorità barranija huwa soġġett għal tariffa ta’ LVL 3.

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit